Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31989R3403

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3403/89 tat-13 ta’ Novembru 1989 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2159/89 li jistabbilixxi r-regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tal-miżuri speċifiċi għal-lewż u għall-frott tal-ħarrub kif stabbilit fit-Titolu IIa tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1035/72

ĠU L 328, 14.11.1989, p. 23–32 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 06/02/2009

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1989/3403/oj

31989R3403



Official Journal L 328 , 14/11/1989 P. 0023 - 0032
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 30 P. 0193
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 30 P. 0193


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3403/89

tat-13 ta’ Novembru 1989

li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2159/89 li jistabbilixxi r-regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tal-miżuri speċifiċi għal-lewż u għall-frott tal-ħarrub kif stabbilit fit-Titolu IIa tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1035/72

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1035/72 tat-18 ta’ Mejju 1972 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-frott u tal-ħxejjex [1], kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KEE) Nru 1119/89 [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 14g tiegħu,

Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2159/89 [3] jistabbilixxi l-kondizzjonijiet għall-għoti ta’ l-għajnuna li għaliha jistgħu jikkwalifikaw l-organizzazzjonijiet tal-produtturi tal-lewż u tal-frott tal-ħarub taħt ċerti kondizzjonijiet;

Billi, sabiex jiġi mħaffef il-mod kif dawk l-organizzazzjonijiet tal-produtturi joperaw u sabiex jiġu implimentati l-pjanijiet tal-kwalità u tat-titjib fil-marketing aktar malajr, għandha tiġi stabbilita disposizzjoni għall-ħlas bil-quddiem;

Billi l-kondizzjonijiet għall-għoti ta’ dan il-ħlas bil-quddiem u l-ammont tiegħu għandu jiġi speċifikat; billi, madanakollu, il-ħlas bil-quddiem għandu jkun marbut mal-kondizzjoni li tingħata garanzija li tiggarantixxi li jitwettqu l-obbligi tal-benefiċjarji; billi l-kondizzjonijiet għad-depożitu u għar-rilaxx tal-garanzija jridu jiġu stabbiliti;

Billi r-rata tal-konverżjoni proviżorja applikabbli għall-ammont massimu ta’ l-għajnuna fis-sena trid tiġi stabbilita meta l-ħlas bil-quddiem jitħallas fuq għajnuna għall-implimentazzjoni tal-pjanijiet tal-kwalita’ u tat-titjib tal-marketing;

Billi l-miżuri stabbiliti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ l-Amministrazzjoni tal-Frott u l-Ħxejjex,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KEE) Nru 2159/89 huwa hawnhekk emendat kif ġej:

1. Il-paragrafu li ġej huwa miżjud ma’ l-Artikolu 19:

"Ħlief f’każijiet ta’ forza maġġuri, applikazzjoni mibgħuta wara l-perjodu hawn fuq imsemmi għandha twassal għal tnaqqis ta’ 5 % ta’ l-għajnuna; ebda applikazzjoni ma tista’ tiġi aċċettata wara dewmien ta’ aktar minn 30 ġurnata."

2. L-Artikolu 22a li ġej huwa mdaħħal:

"L- Artikolu 22a

1. L-Istati Membri jistgħu jagħtu lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi li japplikaw għalih ħlas bil-quddiem ta’ l-għajnuna għall-istabbiliment ta’ fond li jdur u għall-għajnuna għall-implimentazzjoni tal-pjanijiet tal-kwalità u tat-titjib tal-marketing.

2. Fil-każ ta’ l-għajnuna għall-istabbiliment tal-fond li jdur, is-self jista’ jitħallas darba biss:

- fir-rigward ta’ applikazzjoni mibgħuta sa mhux aktar tard minn 18-il xahar wara l-għarfien speċifiku u fil-forma stabbilita fl-Anness V,

- meta l-organizzazzjoni tal-produtturi applikanta ġġib provi li l-kapital tal-fond ġie kostitwit kif stabbilit fl-Artikolu 14ċ (3) tar-Regolament (KEE) Nru 1035/72.

L-ammont tal-ħlas bil-quddiem m’għandux jaqbeż is-60 % tal-kontribuzzjoni finanzjarja totali mill-Istat Membru u mill-Komunità għall-iffinanzjar tal-fond li jdur stabbilit fuq il-bażi ta’ l-informazzjoni tal-bejgħ stmat għas-sena tal-marketing ta’ wara l-għarfien speċifiku, skond il-punt 6 ta’ l-Anness V.

Meta jingħata l-ħlas bil-quddiem, l-applikazzjoni għall-bilanċ ta’ l-għajnuna għandha tiġi ppreżentata fil-forma stabbilita fl-Anness VI.

3. Fil-każ ta’ għajnuna għall-implimentazzjoni tal-pjan, l-applikazzjonijiet għas-self jistgħu jintbagħtu, fil-forma stabbilita fl-Anness VII, wara l-approvazzjoni tal-pjan. Applikazzjoni waħda biss għandha tintbagħat għal kull sena ta’ l-implimentazzjoni tal-pjan malli tintbagħat prova li bdiet il-fażi annwali ta’ l-implimentazzjoni. Il-prova, flimkien mad-dokumenti ta’ appoġġ, trid tkun relatata ma’ ta’ mill-inqas 20 % ta’ l-istima msemmija fil-punt 7 ta’ l-Anness VII.

L-ammont tal-ħlas bil-quddiem m’għandux jaqbeż it-80 % tal-kontribut finanzjarju totali mill-Istat Membru u mill-Komunità għall-ispiża totali ta’ l-implimentazzjoni tal-pjan, kif stmat mill-organizzazzjoni tal-produtturi u msemmi fil-punt 7 ta’ l-Anness VII.

Dan il-ħlas bil-quddiem m’għandux, madanakollu, jaqbeż id-90 % ta’ l-ammont imsemmi fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KEE) Nru 790/89. Għal dan il-għan, ir-rata li għandha tiġi applikata għall-konverżjoni ta’ l-ammont massimu hawn fuq imsemmi fil-munita nazzjonali għandha tkun ir-rata agrikola tal-konverżjoni fis-seħħ fl-1 ta’ Settembru ta’ qabel l-applikazzjoni għall-ħlas bil-quddiem.

L-applikazzjoni għall-ħlas tal-bilanċ ta’ l-għajnuna, fir-rigward ta’ fażi annwali ta’ l-implimentazzjoni tal-pjan, għandha tintbagħat skond il-forma stabbilita fl-Anness VIII.

4. Il-ħlas bil-quddiem imsemmi fil-paragrafi 2 u 3 huwa marbut mal-kondizzjoni li l-applikanti jġibu prova li ngħatat garanzija ekwivalenti għal 110 % tal-ħlas bil-quddiem.

Il-garanzija għandha tiġi ppreżentata skond it-Titolu VIII tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2220/85 [1] ĠU L 205, tat-3.8.1985, p. 5..

5. Il-garanzija għandha tiġi meħlusa minnufih:

(a) fir-rigward tal-ħlas bil-quddiem imsemmi fil-paragrafu 2, hekk kif il-bilanċ ta’ l-għajnuna jitħallas;

(b) fir-rigward tal-ħlas bil-quddiem fuq l-għajnuna msemmija fil-paragrafu 3, hekk kif il-bilanċ tal-porzjon annwali ta’ l-għajnuna jitħallas.

6. Il-garanzija tintilef in parti jekk il-ħlas bil-quddiem jaqbeż l-ammont ta’ l-għajnuna li għandu jitħallas fis-sena; il-garanzija tibqa’ mitlufa sal-punt ta’ l-ammont imħallas bi żball.

7. Il-garanzija tintilef kollha:

- fir-rigward ta’ l-għajnuna biex jiġi stabbilit fond li jdur, jekk l-applikazzjoni għall-għajnuna ma tkunx ġiet ippreżentata fi żmien erba’ xhur mit-tmiem tat-tieni sena tal-marketing wara d-data ta’ l-għarfien speċifiku ta’ l-organizzazzjoni tal-produtturi,

- fir-rigward ta’ l-għajnuna għall-pjan, jekk l-applikazzjoni għall-bilanċ ta’ l-għajnuna tas-sena ma tkunx ġiet preżentata skond it-tielet subparagrafu ta’ l-Artikolu 19.

Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 6, jekk l-applikazzjonijiet għall-bilanċ ta’ l-għajnuna tas-sena jiġu ppreżentati wara t-terminu ta’ skadenza hawn fuq imsemmi iżda b’dewmien ta’ mhux aktar minn 15-il ġurnata, 10 % tal-garanzija tintilef."

3. L-Anness ta’ dan ir-Regolament huwa miżjud.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-13 ta’ Novembru 1989.

Għall-Kummissjoni

Ray Mac Sharry

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 118, tad-29.4.1989, p. 12.

[2] ĠU L 118, ta' l-20.5.1972, p. 1.

[3] ĠU L 207, tad-19.7.1989, p. 19.

--------------------------------------------------

ANNESS

"

“Anness V

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

Anness VI

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

Anness VII

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

Anness VIII

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

"

--------------------------------------------------

Top