Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31988L0126

    Id-Direttiva tal-Kummissjoni tat-22 ta’ Diċembru 1987 li temenda d-Direttiva 87/94/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li jirrelataw ma’ proċeduri għall-kontroll tal-karatteristiċi ta’ limiti għal u reżistenza għad-detonazzjoni ta’ fertilizzanti tan-nitrat ta’ l-ammonju pur b’kontenut għoli ta’ nitroġenu

    ĠU L 63, 9.3.1988, p. 12–12 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 10/12/2003

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1988/126/oj

    31988L0126



    Official Journal L 063 , 09/03/1988 P. 0012 - 0012
    Finnish special edition: Chapter 13 Volume 17 P. 0035
    Swedish special edition: Chapter 13 Volume 17 P. 0035


    Id-Direttiva tal-Kummissjoni

    tat-22 ta’ Diċembru 1987

    li temenda d-Direttiva 87/94/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li jirrelataw ma’ proċeduri għall-kontroll tal-karatteristiċi ta’ limiti għal u reżistenza għad-detonazzjoni ta’ fertilizzanti tan-nitrat ta’ l-ammonju pur b’kontenut għoli ta’ nitroġenu

    (88/126/KEE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

    Wara li kunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 80/876/KEE tal-15 ta’ Lulju 1980 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar fertilizzanti puri ta’ nitrat ta’ l-ammonju b’kontenut għoli ta’ nitroġenu [1], u b’mod partikolari l-Artikolu 8 tagħha,

    Wara li kunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 76/116/KEE tat-18 ta’ Diċembru 1975 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu tal-fertilizzanti [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tagħha,

    Billi t-tul u l-kumplessità teknika tad-Direttiva tal-Kummissjoni 87/94/KEE [3] - il-metodi differenti ta’ analiżi u ta’ verifika huma meħuda minn dixxiplini teknoloġiċi differenti - u n-numru ta’ lingwi li għandhom jiġu jikkorrispondu juru, li, wara l-adozzjoni tad-Direttiva mill-Kummissjoni, hemm il-ħtieġa ta’ reviżjoni lingwistika u ta’ xi korrezzjonijiet tekniċi [4];

    Billi din ir-reviżjoni lingwistika u l-korrezzjonijiet tekniċi jirrikjedu estensjoni taż-żmien stipulat biex titħares din id-Direttiva fl-Istati Membri, u jidher li hemm bżonn li d-data tkun posposta;

    Billi l-emendi li taħseb għalihom din id-Direttiva jaqblu mal-fehma tal-Kumitat dwar l-Adattament għall-Progress Tekniku tad-Direttivi dwar it-tneħħija ta’ l-ostakoli tekniċi għall-kummerċ tal-fertilizzanti,

    ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

    L-Artikolu 1

    Id-Direttiva 87/94/KEE hija hawnhekk emendata kif ġej:

    Fl-Artikolu 2(1), "31 ta’ Diċembru 1987" hija sostitwita bit-"30 ta’ Novembru 1988".

    L-Artikolu 2

    1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Novembru 1988 u għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni b’dan minnufih.

    2. L-Istati Membri jridu jikkomunikaw lill-Kummissjoni it-testi tad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.

    L-Artikolu 3

    Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussel, fit-22 ta’ Diċembru 1987.

    Għall-Kummissjoni

    Cockfield

    Viċi-President

    [1] ĠU L 250, tat-23.9.1980, p. 7.

    [2] ĠU L 24, tat-30.1.1976, p. 21.

    [3] ĠU L 38, tas-7.2.1987, p. 1.

    [4] ĠU L 63, tad-9.3.1988, p. 16.

    --------------------------------------------------

    Top