Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31987R3169

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3169/87 tat-23 ta’ Ottubru 1987 li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 32/82, (KEE) Nru 1964/82 u (KEE) Nru 74/84 f’dak li jirrigwarda l-formalitajiet doganali għall-esportazzjoni għal ċerta ċanga li għaliha jingħataw rifużjonijiet speċjali

    ĠU L 301, 24.10.1987, p. 21–22 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2007; Impliċitament imħassar minn 32007R1359

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1987/3169/oj

    31987R3169



    Official Journal L 301 , 24/10/1987 P. 0021 - 0022
    Finnish special edition: Chapter 3 Volume 24 P. 0170
    Swedish special edition: Chapter 3 Volume 24 P. 0170


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3169/87

    tat-23 ta’ Ottubru 1987

    li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 32/82, (KEE) Nru 1964/82 u (KEE) Nru 74/84 f’dak li jirrigwarda l-formalitajiet doganali għall-esportazzjoni għal ċerta ċanga li għaliha jingħataw rifużjonijiet speċjali

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ekonomika Ewropea,

    Wara li kkunsidrat l-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ Spanja u l-Portugal,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 805/68 tas-27 ta’ Ġunju 1968 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq taċ-ċanga u l-vitella [1], kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KEE) Nru 467/87 [2], u b’mod partikolari Artikolu 18(6) tiegħu,

    Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 32/82 [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 2688/85 [4], stabbilixxa kondizzjonijiet għall-għoti ta’ rifużjonijiet speċjali għall-esportazzjoni taċ-ċanga;

    Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1964/82 [5] jistabbilixxi kondizzjonijiet għall-għoti ta’ rifużjonijiet speċjali ta’ l-esportazzjoni fuq ċerti qagħtat taċ-ċanga bl-għadma;

    Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 74/84 [6] stabbilixxa kondizzjonijiet għall-għoti ta’ rifużjonijiet speċjali ta’ l-esportazzjoni fuq ċerti qagħtat taċ- ċanga dissossata;

    Billi biex tiġi ffaċilitata s-sorveljanza mill-awtoritajiet kompetenti tal-konformità mal-kundizzjonijiet stipulati għall-għoti tar-rifużjonijiet speċjali ir-Regolamenti hawn fuq imsemmija jirrikjedu l-użu ta’ ċerti proċeduri, b’mod partikolari l-identifikazzjoni tal-prodotti b’marka indelibbli jew b’siġill; billi d-dispożizzjonijiet li huma bhalissa stabbiliti fir-Regolamenti hawn fuq elenkati bil-għan li jipprevenu l-prodotti in kwistjoni milli jiġu mibdula jistgħu jiġu applikati b’konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti għall-kwantità tar-rifużjonijiet biss billi jirrikjedu li l-formalitajiet ta’ l-esportazzjoni u, fejn approprjat, it-tqattiegħ u d-dissossar għandhom isiru fl-Istat Membru li fih l-annimali kienu nqatlu; billi r-Regolamenti fuq imsemmija għandhom għalhekk jiġu emendati f’dak is-sens

    Billi l-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinijoni tal-Kumitat ta’ l-Amministrazzjoni taċ-Ċanga u tal-Vitella,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    1. L-ewwel subparagrafu ta’ Artikolu 2(2) tar-Regolament (KEE) Nru 32/82 qed jiġi b’hekk sostitwit b’dan li ġej:

    "2. Din il-prova għandha tingħata permezz ta’ ċertifikat, li kampjun tiegħu qed jiġi anness, maħruġ fuq talba mill-parti in kwistjoni u mill-aġenzija tal-intervent jew minn xi awtorità oħra nnominata għal dak l-iskop mill-Istati Membri li fihom l-annimali jkunu nqatlu. Dan id-dokument għandu jiġi ppreżentat lill-awtoritajiet tad-dwana meta jkunu qed jsiru l-formalitajiet tad-dwana. Dawn għandhom jitlestew fl-Istat Membru li fih l-annimali jkunu nqatlu."

    2. Is-subparagrafu 4 li ġej qiegħed b’hekk jiġi miżjud ma’ Artikolu 4 tar-Regolament (KEE) Nru 1964/82.

    "4. Id-dissossar għandu jsir u l-formalitajjiet tad-dwana għall-esportazzjoni għandhom jitlestew fl-Istat Membru li fih l-annimali jkunu nqatlu."

    3. Il-paragrafu 5 li ġej qiegħed b’hekk jiġi miżjud ma’ Artikolu 4 tar-Regolament (KEE) Nru 74/84.

    "5. Id-dissossar għandu jsir u l-formalitajiet tad-dwana għall-esportazzjoni jitlestew fl-Istat Membru li fih l-annimali jkunu nqatlu."

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum li jiġi wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Dan għandu japplika għaċ-ċertifikati kif indikat fl-Annessi tar-Regolamenti (KEE) Nru 32/82, (KEE) Nru 1964/82 u (KEE) Nru 74/84, maħruġa mill-1 ta’ Diċembru 1987 ‘il quddiem.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fit-23 ta’ Ottubru 1987.

    Għall-Kummissjoni

    Frans Andriessen

    Viċi-President

    [1] ĠU L 148, tat-28.6.1968, p. 24.

    [2] ĠU L 48, tas-17.2.1987, p. 1.

    [3] ĠU L 4, tat-8.1.1982, p. 11.

    [4] ĠU L 255, tas-26.9.1985, p. 11.

    [5] ĠU L 212, tal-21.7.1982, p. 48.

    [6] ĠU L 10, tat-13.1.1984, p. 32.

    --------------------------------------------------

    Top