Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31984R1760

    Regolament tal-kummissjoni (KEE) nru 1760/84 ta-22 ta’ Ġunju 1984 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2670/81 li jippreskrivi regoli dettaljati ta’ implimentazzjoni dwar il-produzzjoni taz-zokkor b’eċċess fuq il-kwota

    ĠU L 165, 23.6.1984, p. 19–20 (DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/06/2006; Impliċitament imħassar minn 32006R0967

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1984/1760/oj

    31984R1760



    Official Journal L 165 , 23/06/1984 P. 0019 - 0020
    Spanish special edition: Chapter 03 Volume 31 P. 0081
    Portuguese special edition Chapter 03 Volume 31 P. 0081
    Finnish special edition: Chapter 3 Volume 17 P. 0183
    Swedish special edition: Chapter 3 Volume 17 P. 0183


    Ir-Regolament tal-kummissjoni (KEE) Nru 1760/84

    ta-22 ta’ Ġunju 1984

    li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2670/81 li jippreskrivi regoli dettaljati ta’ implimentazzjoni dwar il-produzzjoni taz-zokkor b’eċċess fuq il-kwota

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1785/81 tat-30 ta’ Ġunju 1981 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fis-settur tz-zokkor [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 606/82 [2], u b’mod partikolari Artikolu 26(3) tiegħu,

    Billi Artikolu 26(1) tar-Regolament (KEE) Nru 1785/81 jippreskrivi li z-zokkor prodott b’eċċess fuq il-kwota għandu jkun esportat fl-istat naturali; billi, s’issa, dan iz-zokkor kien esportat fil-forma ta’ zokkor abjad jew zokkor mhux maħdum; billi, dan l-aħħar, kien hemm żieda fil-produzzjoni ta’ ġuleppijiet miksuba qabel l-istadju tal-kristallizzazzjoni u offruti għall-bejgħ bħala tali; billi dawk il-ġuleppijiet, jekk ser ikunu esportati bħala zokkor Ċ, iridu jkunu għaddew mill-istadju ta’ kristallizzazzjoni; billi f’dawn iċ-ċirkostanzi għandhom jittieħdu passi biex jiġu adattati d-dispożizzjonijiet korrispondenti dwar l-esportazzjoni ta’ l-imsemmija ġuleppi prodotti b’eċċess fuq il-kwoti A u B fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2670/81 [3]; billi huwa xieraq, dwar il-metodu ta’ rrekordjar tal-kwantitajiet ta’ zokkor esportat fil-forma ta’ ġuleppi bħal dawn, li ssir referenza għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1443/82 tat-8 ta’ Ġunju 1982 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ kwoti fis-setur taz-zokkor [4], kif emendat bir-Regolament (KEE) Nru 434/84 [5];

    Billi r-Regolament (KEE) Nru 1443/82 jiddisponi dwar il-produzzjoni tal-ġuleppi A u B għall-possibiltà li jiġu applikati żewġ metodi biex jiġi stabbilit il-kontenut taz-zokkor li jista’ jiġi estratt; billi, fir-rigward tal-ġuleppi Ċ, metodu wieħed biss huwa applikabbli; billi għandha ssir dispożizzjoni, biex jiġu evitati diffikultajiet amministrattivi, illi ġuleppi bħal dawn prodotti minn xi impriza oħra taz-zokkor m’għandhomx jintużaw għas-sostituzzjoni ta’ l-esportazzjoni;

    Billi l-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għaz-Zokkor,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT

    Artikolu 1

    Ir-Regolament (KEE) Nru 2670/81 qiegħed b’dan jiġi emendat kif ġej:

    1. L-ewwel inċiż tat-tieni subparagrafu ta’ Artikolu 1(1) huwa mibdul b’dan li ġej:

    "— bħala zokkor abjad jew zokkor mhux maħdum, mhux denaturat, jew bħala ġuleppi, miksuba qabel l-istadju ta’ kristallizzazzjoni, li jaqgħu fis-subintestatura 17.02 D II tat-Tariffa Doganali Komuni jew bħala isoglukosju fl-istat naturali tiegħu".

    2. Ir-raba’ subparagrafu li ġej jidħol f’Artikolu 1(1):

    "Il-kwantità ta’ zokkor esportat fil-forma ta’ ġuleppi kif imsemmi fl-ewwel inċiż tat-tieni subparagrafu għandu jkun stabbilit fuq il-bażi tal-kontenut ta’ zokkor li jista’ jiġi estratt kif stabbilit skond it-tieni subparagrafu ta’ Artikolu 1(5) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1443/82 [6]."

    3. It-tieni subparagrafu ta’ Artikolu 2(2) għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

    "Madankollu, il-manifattur in kwistjoni jista’, ma’ l-esportazzjoni, jibdel iz-zokkor Ċ b’zokkor ieħor abjad jew zokkor mhux maħdum fl-istat naturali li jidħol fl-intestatura Nru 17.01 tat-Tariffa Doganali Komuni, jew jibdel l-isoglukosju Ċ b’isoglukosju ieħor, meta dawn ikunu ġew prodotti minn manifattur ieħor stabbilit fuq it-territorju ta’ l-istess Stat Membru. F’dan il-każ, il-manifattur li jagħmel is-sostituzzjoni għandu jħallas, fil-każ taz-zokkor, ammont ta’ 1,25 ECU għal kull 100 kilogramma espress bħala zokkor abjad, u fil-każ ta’ l-isoglukosju, ammont ta’ 1,25 ECU għal kull 100 kilogramma ta’ sustanza niexfa."

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fit-22 ta’ Ġunju 1984.

    Għall-Kummissjoni

    Poul Dalsager

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 177, ta’ l-1.7.1981, p. 4.

    [2] ĠU L 74, tat-18.3.1982, p. 1.

    [3] ĠU L 262, tas-16.9.1981, p. 14.

    [4] ĠU L 158, tad-9.6.1982, p. 17.

    [5] ĠU L 51, tat-22.2.1984, p. 13.

    [6] ĠU L 158, tad-9.6.1982, p. 7.

    --------------------------------------------------

    Top