This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31984R0671
Commission Regulation (EEC) No 671/84 of 15 March 1984 on applications for the financing of aids granted by Member States to producers' organizations in the fishery products sector
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 671/84 tal-15 ta' Marzu 1984 dwar applikazzjonijiet għall-iffinanzjar ta' għajnuniet mogħtija mill-Istati Membri lill-organizzazzjonijiet ta' produtturi fis-settur tal-prodotti tas-sajd
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 671/84 tal-15 ta' Marzu 1984 dwar applikazzjonijiet għall-iffinanzjar ta' għajnuniet mogħtija mill-Istati Membri lill-organizzazzjonijiet ta' produtturi fis-settur tal-prodotti tas-sajd
ĠU L 73, 16.3.1984, p. 28–32
(DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/1999; Imħassar b' 32000R0908
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Repeal | 31972R1273 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Repealed by | 32000R0908 | 01/01/2000 |
Official Journal L 073 , 16/03/1984 P. 0028 - 0032
Finnish special edition: Chapter 4 Volume 2 P. 0003
Spanish special edition: Chapter 04 Volume 3 P. 0027
Swedish special edition: Chapter 4 Volume 2 P. 0003
Portuguese special edition Chapter 04 Volume 3 P. 0027
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 671/84 tal-15 ta' Marzu 1984 dwar applikazzjonijiet għall-iffinanzjar ta' għajnuniet mogħtija mill-Istati Membri lill-organizzazzjonijiet ta' produtturi fis-settur tal-prodotti tas-sajd IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunita Ekonomika Ewropea, Wara li kkunsidraw ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3140/82 tat-22 ta' Novembru 1982 dwar l-għoti u l-iffinanzjar ta' għajnuna mogħtija mill-Istati membri lill-organizzazzjonijiet ta' produtturi fis-settur tal-prodotti tas-sajd [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 10(3) tiegħu, Billi talbiet għall-iffinanzjar ta' għajnuniet mogħtija mill-Istati Membri skond ir-Regolament (KEE) Nru 3140/82 għandhom jinkludu ċerti dettalji biex tkun tista' ssir verifika jekk in-nefqa tkunx tikkonforma mad-dispożizzjonijiet ta' l-imsemmi Regolament; Billi, biex verifiki effettivi jkunu jistgħu jsiru, l-Istati Membri għandhom iżommu dokumenti ta' sostenn għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni għall-perijodu ta' tliet snin wara l-iffinanzjar finali jkun twettaq; Billi dan ir-Regolament jibdel ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1273/72 [2]; billi dan ta' l-aħħar qiegħed għalhekk jiġi mħassar; Billi l-miżuri li għalihom jipprovdi dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Fond Ewropew tal-Gwida Agrikola u Fond tal-Garanzija, ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT: L-Artikolu 1 1. L-applikazzjoni għall-iffinanzjar li għaliha jirreferi l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KEE) Nru 3140/82 għandha tinbagħat fil-forma tat-tabelli murija fl-Anness. 2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni, flimkien ma' l-ewwel applikazzjoni għall-iffinanzjar, it-testijiet tad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jirrelataw mal-implimentazzjoni u kontroll u ta' l-istruzzjonijiet amministrattivi relevanti, flimken ma' xi formoli jew dokumenti oħra li jirrelataw ma' l-amministrazzjoni tal-għajnuna. L-Artikolu 2 L-Istati Membri għandhom iżommu għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni, dwar kull benefiċjarju u għall-perijodu ta' tliet snin wara li l-iffinanzjar finali jkun twettaq, id-dokumenti kollha ta' sostenn ta' kopji awtentikati tagħhom li jkunu fil-pussess tagħhom u li fuq il-bażi tagħhom id-deċiżjonijiet kienu ttieħdu biex tingħata l-għajnuna li għaliha jipprovdi l-Artikolu 6 tar-Regolament (KEE) Nru 3796/81. L-Artikolu 3 Ir-Regolament (KEE) Nru 1273/72 qiegħed b'dan jiġi mħassar. L-Artikolu 4 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum li jiġi wara dak li fih jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fil-15 ta' Marzu 1984. Għall-Kummissjoni Giorgios Contogeorgis Membru tal-Kummssjoni [1] ĠU L 331, tas-26.11.1982, p. 7. [2] ĠU L 141, tal-21.6.1972, p. 9. -------------------------------------------------- L-ANNESS I Tagħrif ipprovdut mill-Istati Membri dwar organizzazzjonijiet ta' produtturi fl-industrija tas-sajd skond it-tifsira ta' l-Artikolu 5 tar-Regolament (KEE) Nru 3796/81 Stat Membru … - Numru tas-serje [1] … - Organizzazzjoni ta' produtturi (isem u ndirizz) … - Data tal-formazzjoni … - Huwa b'dan konfermat illi d-data ta' l-għarfien hija … 1. L-organizzazzjoni ta' produtturi kif bi ħsiebha tiżgura li s-sajd li jsir skond linji razzjonali u dawk il-kondizzjonijiet għall-bejgħ tal-prodotti jistgħu jittejbu? 2. X'dispożizzjoni ingħamlet fid-dokument biex tkun ssodisfata l-ħtieġa li l-prodotti kollha li dwarhom il-produttur iżommu s-sħubija għandhom jiġu disponuti permezz ta' l-organizzazzjoni u kif dan qiegħed jiġi applikat fil-prattika? 3. Fejn xieraq: liema huma l-prodotti u l-kwantitajiet li l-produtturi membri huma awtoriżżati mill-organizzazzjoni ta' produtturi li jbiegħu huma stess u liema regoli komuni stabbiliti bil-quddiem japplikaw f'dan il-każ? 4. Liema regoli li jirregolaw il-produzzjoni u l-bejgħ jiġu applikati mill-organizzazzjoni ta' produtturi? 5. B'liema mezzi speċifiċi l-organizzazzjoni ta' produtturi bi ħsiebha tuża biex tassigura l-konformita mal-poduzzjoni minima u r-regoli tas-suq matul s-sena tas-sajd? 6. Ipprovdi tagħrif li jikkonferma li l-organizzazzjoni ta' produtturi m'għandhix pożizzjoni dominanti fis-suq komuni, sakemm dik il-pożizzjoni ma tkunx meħtieġa biex jintlaħqu l-għanijiet ta' l-Artikolu 39 tat-Trattat. 7. Fl-istess qasam hemm xi organizzazzjonijiet oħra li diġà ġew mogħtija għarfien u l l-attivitajiet tagħhom li jirrelataw ma' l-istess prodotti jew prodotti simili? Jekk iva, għati l-ismijiet, l-indirizzi u l-oqsma li fihom jaħdmu dawk l-organizzazzjonijiet. Uri sa liema limitu t-tagħrif dwar organizzazzjoni ta' produtturi jista' jikkawża, permezz ta' razzjonalizzazzjoni akbar fl-attivitajiet tas-sajd fuq il-bażi ta' pjanijiet ta' qbid u b'konċentrazzjoni mħejjha ta' provvisti tal-prodotti maqbuda mill-membi tagħha, titjib fil-produzzjoni u strutturi tas-suq meta mqabbla mas-sitwazzjoni presenti [2]. 8. Jekk l-organizzazzjoni ta' produtturi kienet iffurmata minn organizzazzjonijiet oħra li kienu jesiżtu qabel, għati l-ismijet u l-indirizzi ta' dawn ta' l-aħħar. 9. Kif kienet l-organizzazzjoni nformata bil-kontribuzzjoni tal-Komunita lejn l-iffinanzjar tal-għajnuna? [1] Numerar kontinwu minn sena għall-oħra. [2] Għandha tingħata tweġiba biss dwar organizzazzjonijiet ta' produtturi li qiegħdin jirċievu l-għajnuna li għaliha jipprovdi l-Artikolu 6(2)(b) tar-Regolament (KEE) Nru 3796/81 (ĠU L 379, tal-31.12.1981, p. 1). -------------------------------------------------- L-ANNESS II AA. Applikazzjoni għall-iffinanzjar Stat Membru … +++++ TIFF +++++ -------------------------------------------------- L-ANNESS II B Tabelli dwar għajnuniet mogħtij lill-organizzazzjonijiet ta' produtturi Stat Membru … Dokumenti li għandhom jintbagħtu kull sena dwar kull organizzazzjoni ta' produtturi Nru tas-serje [1] … Organizzazzjoni ta' produtturi (isem u indirizz) … Data tat-twaqqif … Data ta' l-għarfien … Data li fiha kienet ingħatat l-għajnuna … GĦAJNUNA MOGĦTIJA GĦAL … SENA LI TIĠI WARA D-DATA LI FIHA L-ORGANIZZAZZJONI TA' PRODUTTURI INGĦATAT L-GĦARFIEN +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ [1] Numerar kontinwu li jikkorrispondi ma’ dak fl-Anness I. -------------------------------------------------- L-ANNESS III Ammont rikoverati fid-19… dwar għajnuniet mħallsa skond ir-Regolament (KEE) Nru 3796/81 +++++ TIFF +++++ --------------------------------------------------