EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31983R2289

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2289/83 tad-29 ta' Lulju 1983 li jniżżel dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni ta' l-Artikoli 70 sa 78 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 918/83 li jistabilixxi sistema Komunitarja ta' arranġamenti mingħajr dazju

ĠU L 220, 11.8.1983, p. 15–19 (DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 18/12/2011; Imħassar b' 32011R1224

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1983/2289/oj

31983R2289



Official Journal L 220 , 11/08/1983 P. 0015 - 0019
Finnish special edition: Chapter 2 Volume 3 P. 0206
Spanish special edition: Chapter 02 Volume 10 P. 0050
Swedish special edition: Chapter 2 Volume 3 P. 0206
Portuguese special edition Chapter 02 Volume 10 P. 0050


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2289/83

tad-29 ta' Lulju 1983

li jniżżel dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni ta' l-Artikoli 70 sa 78 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 918/83 li jistabilixxi sistema Komunitarja ta' arranġamenti mingħajr dazju

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolamnet tal-Kunsill (KEE) Nru 918/83 tat-28 ta' Marzu 1983 li jwaqqaf sistema Komunitarja ta' arranġamenti mingħajr dazju [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 143 tiegħu,

Billi r-Regolament (KEE) Nru 918/83 mibdul, minn l-Artikoli 70 sa 78 tiegħu, r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1028/79 tat-8 ta' Mejju 1979 dwar l-importazzjoni ħielsa minn dazji tat-Tariffa Doganali Komuni ta' oġġetti għall-użu minn persuni b'diżabilità [2]; billi għalhekk hu meħtieġ illi r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2783/79 tat-12 ta' Diċembru 1979 li jniżżel dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 1028/79 [3] jiġi mibdul f'Regolament li jniżżel dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni ta' l-Artikoli 70 sa 78 tar-Regolament (KEE) Nru 918/83;

Billi l-miżuri li hemm dispożizzjoni għalihom f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' l-Arranġamenti Mingħajr Dazji,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Dan ir-Regolament jniżżel dispożizzjoni għall-implimentazzjoni ta' l-Artikoli 70 sa 78 tar-Regolament (KEE) Nru 918/83, hawn taħt imsejjaħ "Regolament bażiku".

IL-KAPITOLU I

DISPOSIZZJONIJIET APPLIKABBLI GĦAL IMPORTAZZJONIJIET ESEGWITI MINN ISTITUZZJONIJIET JEW ORGANIZAZZJONIJIET

IT-TITOLU I

DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI

A. Obligazzjonijiet min-naħa ta' l-istituzzjonijiet jew organizazzjonijiet lil min jiġu konsenjati l-oġġetti

Artikolu 2

1. Id-dħul mingħajr dazju ta' oġġetti msemmijin fl-Artikoli 71, 72 (1) u (2) u 74 tar-Regolament bażiku għandu jġib miegħu l-obbligazzjonijiet segwenti min-naħa ta' l-istituzzjonij jew organizazzjoni lil min jiġu kkonsnejati:

- li jibgħatu l-oġġetti msemmija direttament lill-post ta' destinazzjoni ddikjarat,

- li jinżamm rendikont tagħhom fl-inventarju tagħha,

- li jintużaw esklussivament għall-skopijiet speċifikati fl-Artikoli msemmijin,

- li jiffaċilitaw kull verifika li l-awtoritajiet kompetenti jidhrilhom meħtieġa sabiex jiżguraw li l-kundizzjonijiet għal konċessjoni ta' dħul mingħajr dazji fuq l-importazzjoni huma sodisfatti, jew jibqgħu sodisfatti.

2. Il-kap ta' l-istituzzjoni jew organizazzjoni lil min jiġu kkonsenjati, jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu għandhom jfornu lill-awtoritajiet kompetenti b' dikjarazzjoni li tgħid li huwa konxju ta' l-obbligazzjonijiet varji elenkati fil-paragrafu 1 u tinkludi obbligazzjoni sabiex jikkonforma magħhom.

L-awtoritajiiet kompetenti jistgħu jirrikjedu li d-dikjarazzjoni msemmija fis-subparagrafu preċedenti tiġi prodotta għal kull importazzjoni, jew għal diversi importazzjonijiet jew għall-importazzjonijiet kollha esegwiti mill-istituzzjoni jew organiazzjoni lil min jiġu kkonsenjati l-oġġetti.

B. Dispożizzjonijiet li jiġu applikati fil-każ li l-oġġetti jinsilfu, jinkrew jew jiġu trasferiti

Artikolu 3

1. Fejn id-dispożizzjonijiet ta' l-ewwel sentenza tat-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 77(2) tar-regolament bażiku jiġu applikati, l-istituzzjoni jew organizazzjoni lil min jinsilef, jinkera jew jiġi trasferit oġġett għall-użu ta' persuni b'diżabilità għandha, mid-data ta' meta irċeviet l-oġġett, tikkonforma ma' l-istess obbligazzjonijiet bħal dwak stipulati fl-Artikolu 2

2. Fejn l-istituzzjoni jew organizazzjoni lil min jinsilef, jinkera jew jiġi trasferit oġġett jinsab fi Stat Membru li mhuwiex dak li fih tinsab l-istituzzjoni jew organizazzjoni li silfet, kriet jew ittrasferiet l-oġġetti, ma' l-ispedizzjoni ta' dawn l- oġġetti lil dak l-Istat Membru l-uffiċju doganali kompetenti ta' l-Istat Membru ta' spedizzjoni għandha toħroġ Kopja ta' Kontroll T Nru 5 skond ir-regoli stipulati fir-Regolament Nru 223/77 sabiex jiġi żgurat li dawn l- oġġetti jiġu adoperati għal użu li jagħtihom jedd li jkomplu jikkwalifikaw għal dħul mingħajr dazji fuq l-importazzjoni.

Għal dan il-għan, l-imsemmija kopja ta' kontroll għandha tinkludi, fil-kaxxa 104 taħt l-intestatura "oħrajn", waħda mid-daħliet li ġejjin:

- ,

- ,

- ,

- ,

- ,

- ,

- .

3. Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 1 u 2 għandha tapplika mutatis mutandis għas-self, kirja jew trasferiment ta' partijiet ta' rikambju jew aċċessorji speċifikament għal oġġetti għall-użu minn persuni b'diżabilità u għal għodda għal manutenzjoni, kontroll, kalibrazzjoni jew tiswija ta' l-oġġetti msemmijin li jkunu ddaħħlu mingħajr dazji taħt it-tieni subparagrafu ta' l-Artikoli 71 u 72 (2) tar-Regolament bażiku.

IT-TITOLU II

DISPOSIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI LI GĦANDHOM X'JAQSMU MAD-DĦUL MINGĦAJR DAZJI FUQ L-IMPORTAZZJONI TA' OĠĠETTI MSEMMIJIN FL-EWWEL SUBPARAGRAFU TA' L-ARTIKLU 71 TAR-REGOLAMENT BAŻIKU

Artikolu 4

1. Sabiex jinkiseb dħul mingħajr dazzji fuq l-importazzjoni ta' oġġett għall-użu ta' l-għomja skond l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 71 tar-Regolamaent bażiku, il-kap ta' l-istituzzjoni jew organizazzjoni lil min jiġi kkonsenjat l-oġġett, jew rappreżentant awtorizzat tiegħu, għandu jissottometti applikazzjoni lill-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru li fih tinstab l-istituzzjoni jew organizazzjoni.

Tali applikazzjoni għandha tiġi akkumpanjata minn kull tagħrif li l-awtorità kompetenti tqis meħtieġa sabiex jiġi ddtereminat jekk il-kundizzjonijiet stipulati għall-konċessjoni ta' dħul mingħajr dazji fuq l-importazzjoni humiex sodisfatti.

2. L-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru fejn tinstab l-istituzzjoni jew l-organizazzjoni lil min jiġi kkonsnejat l-oġġett għandu jieħu deċiżjoni diretta dwar l-applikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1.

IT-TITOLU III

DISPOSIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI LI GĦANDHOM X'JAQSMU MA' L-IMPORTAZZJONI MINGĦAJR DAZJI FUQ L-IMPORTAZZJONI TA' OĠĠETTI MSEMMIJIN FL-ARTIKOLU 72(1) TAR-REGOLAMENT BAŻIKU

Artikolu 5

Sakemm ma jiġix stabbilit minn deċiżjoni tal-Kummissjoni adottata skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 8(3) u (4) li d-dħul mingħajr dazji fuq l-importazzjoni ta' oġġetti msemmija fl-Artikolu 72(1) tar-Regolament bażiku hija responsabbli għal ħsara lil produzzjoni ta' oġġetti ekwivalenti fi ħdan il-Komunità, għandu jiġi konċess id-dħul mingħajr dazji fuq l-importazzjoni mingħajr ma jiġi kkontrollat jekk il-kundizzjoni stipulata fl-Artikolu 72(1) (b) ta' dak ir-Regolament hijiex sodisfatta.

Artikolu 6

1. Sabiex jinkiseb dħul mingħajr dazji ta' oġġett għall użu minn persuni b'diżabilità skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 72(1) tar-Regolament bażiku l-kap ta' l-istituzzjoni jew organizazzjoni lil min jiġi kkonsenjat l-oġġett, jew rappreżentant awtorizzat tiegħu, għandu jissottometti applikazzjoni lill-awtorità kompetnenti ta' l-istat Membru li fih tinstab l-istituzzzjoni jew organizazzjoni.

2. L-applikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandhu jkollha t-tagħrif li ġej dwar l-oġġett msemmija:

(a) id-deskrizzjoni kummerċjali preċiża ta' l-oġġett użat mill-fabbrikant, il-klassifikazzjoni preżunta tat-Tariffa Doganali Komuni u l-karatteristiċi tekniċi oġġettivi li jindikaw li l-oġġett huwa mfassal speċifikatement għall-edukazzjoni, avvanz tax-xogħol jew soċjali ta' persuni b'diżabilità

(b) l-isem jew isem tal-kummerċ u l-indirizz tal-fabbrikant u, jekk disponibbli, tal-fornitur;

(ċ) il-pajjiż ta' l-oriġini ta' l-oġġett;

(d) il-post ta' destinazzjoni ta' l-oġġett;

(e) l-użu li għalih kien maħsub l-oġġett;

(f) il-prezz ta' l-oġġett jew il-valur tiegħu għal għanijiet doganali;

(g) il-kwantità ta' l-oġġett ikkunsidrat;

(h) il-perijodu stmat tal-kunsinna;

(i) id-data ta' meta ġie ordnat l-oġġett jekk diġa ġie ordnat.

Xhieda dokumentarja li tipprovdi t-tagħrif kollu meħtieġ dwar il-karatteristiċi u speċifikazzjonijet tekniċi ta' l-oġġett għandhom jiġu forniti ma' l-applikazzjoni.

Artikolu 7

Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 9, l-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru li fih tinstab l-istituzzjoni jew organizazzjoni lil min jiġu kkonsenjati l-oġġetti, għandha tieħu deċiżjoni diretta dwar applikazzjonijet taħt l-Artikolu 6.

Artikolu 8

1. L-awtorijiet kompetenti ta' l-Istati Membri għandhom jipprovdu l-Kummissjoni, fuq inizjattiva tagħhom jew fuq talba ta' din ta' l-aħħar, b'kull tagħrif f'pussess tagħhom, inklużi d-dokumenti tekniċi rilevanti, sabiex tkun tista' tistma jekk id-dħul mingħajr dazji fuq l-importazzjoni ta' oġġett partikolari jistgħax jippreġudika l-produzzjoni ta' oġġetti ekwivalenti fi ħdan il-Komunità.

2. Billi l-Kummissjoni hija ta' l-opinjoni, fid-dawl tat-tagħrif fil-pussess tagħha, li d-dħul mingħajr dazji fuq l-importazzjoni ta' oġġett jista' jkun ta' ħsara għall-produzzjoni ta' oġġetti ekwivalenti fi ħdan il-Komunità, għandha minnufih tinnotifika grupp ta' esperti magħmulin minn rappreżentanti ta' l-Istati Membri kollha, li għandhom jiltaqgħu fi ħdan l-istruttura tal-Kumitat ta' l-Arranġamenti Mingħajr Dazju sabiex jeżamina l-kwistjoni jew kwistjonijiet involuti.

It-tagħrif f' dispożizzjoni tal-Kummissjoni għandu jiġi komunikat lill-esperti minnufih.

3. Fejn l-eżaminazzjoni li saret skond il-paragrafu 2 turi li l-importazzjoni mingħajr dazji fuq l-importazzjoni ta' oġġett jista' jkun ta' ħsara lill-produzzzjoni ta' oġġetti ekwivalenti fi ħdan il-Komunità, il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni li tistabbilixxi li l-kundizzjonijiet għad-dħul mingħajr dazji fuq l-importazzjoni ta' l-oġġett imsemmi mhumiex sodisfatti.

4. F' każijiet urġenti l-Kummissjoni tista' tadotta d-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 3 mingħajr ma tistenna konsultazzjoni ta' l-esperti mill-Istati Membri kif stipulat fil-paragrafu 2.

Tali deċiżjoni għandha tkun proviżorja u għandha tiġi kkonfermata jew revokata mill-Kummissjoni meta tkun saret l-eżaminazzjoni li hemm dispożizzjoni għaliha fil-paragrafu 2.

Sakemm tintemm din il-proċedura, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw l-importazzjoni mingħajr dazju proviżorju ta' l-oġġett msemmi b'obbligazzjoni min naħa ta' l-istituzzjoni jew organizazzjoni lil min jiġi kkonsenjat l-oġġett li tħallas id-dazji fuq l-importazzjoni rilevanti fil-każ li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tiġi kkonfermata.

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jimponu l-kundizzjoni ta' għotja ta' sigurtà skond termini stipulati minnhom fuq tali importazzjoni mingħajr dazji fuq l-importazzjoni.

5. Il-Kummissjoni għandha tinnotifika l-Istat Membru involut bid-deċiżjonijiet tagħha malli jittieħdu. Din in-notifikazzjoni għandha, mill-aktar fis possibbli, tiġi ppubblikata fejn meħtieġ f'forma mqassra, fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, serje C.

6. Ta' l-inqas darba kull sena, il-Kummissjoni għandha, fuq it-tagħrif mogħti mill-Istati Membri involuti, teżamina s-sitwazzjoni fil-fond mall-grupp ta' esperti msemmi fil-paragrafu 2 sabiex tiddetermina jekk hu meħtieġ li jiġu revokati d-deċiżjonijiet kollha jew parti minnhom li jeskludu ċerti oġġetti mid-dħul mingħajr dazji fuq l-importazzjoni.

Artikolu 9

1. Fejn l-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru li fih tinstab l-istituzzjoni jew organizazzjoni lil min jiġu kkonsenjati l-oġġetti mhix f'pożizzjoni li tiddetermina jekk l-oġġett li għalih saret applikazzjoni skond l-Artikolu 6 għandu jitqies bħala wieħed ddisinjat speċifikament għall-edukazzjoni, avvanz fl-impjieg jew soċjali ta' persuni b'diżabilità, l-applikazzjoni, bid-dokumenti rilevanti tekniċi, għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni sabiex din ta' l-aħħar tkun tista' tniehdi l-proċedura stipulata fil-paragrafi 2 sa 6 hawn taħt.

Sakemm tintemm dik il-proċedura, l-awtorità kompetenti tista' tawtorizza l-importazzjoni mingħajr dazji proviżorja ta' l-oġġett taħt obbligazzjoni min-naħa ta' l-istituzzjoni jew organizazzjoni lil min jiġi kkonsenjat l-oġġett li tħallas id-dazji doganali rilevanti fil-każ li d-dħul mingħajr dazji fuq l-importazzjoni ma jiġix konċess.

L-awtorità kompetenti tista' timponi l-kondizzjoni ta' għotja ta' sigurtà skond termini stipulati minnha fuq tali importazzjoni mingħajr dazji proviżorji.

2. Fi żmien ġimgħatejn minn meta tirċievi l-applikazzjoni, l-Kummissjoni għandha tibgħat kopja lill-Istati Membri l-oħra kollha flimkien mad-dokumentazzjoni rilevanti.

3. Jekk, fi tmiem perijodu ta' tlett xhur mid-data ta' tali dispaċċ l-ebda Stat Membru ma jibgħat oġġezzjonijiet lill-Kummissjoni dwar id-dħul mingħajr dazji fuq l-importazzjoni ta' l-oġġett li qed jiġi meqjus, l-oġġett imsemmi għandu jkun iddikjarat li jissodisfa l-kondizzjonijiet għall-importazzjoni mingħajr dazji. Il-Kummissjoni għandha tinnotifika l-Istat Membru nvolut bid-deċiżjoni fi żmien ġimgħatejn wara tmiem il-perijodu msemmi qabel. Din in-notifika għandha, mill-aktar fis possibbli, tiġi ippubblikata jekk meħtieġ f'forma mqassra, fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, serje C.

4. Jekk, fiż-żmien ta tlett xhur stipulat fil-paragrafu 3, Stat Membru jibgħat oġġezzjonijiet lill-Kummissjoni dwar l-importazzjoni mingħajr dazji ta' l-oġġett li qed jiġi kkonsidrat, il-Kummissjoni għandha mill-aktar fis possibbli tinnotifika grupp ta' esperti magħmul minn rappreżentanti ta' l-Istati Membri kollha, li għandhom jiltaqgħu fi ħdan l-istruttura tal-Kumitat ta' l-Arranġament Mingħajr Dazju sabiex jeżaminaw il-kwistjoni.

L-oġġezzjonijiet msemmijin fis-subparagrafu preċedenti għandhom jinkludu dikjarazzjoni tar-raġunijiet għalihom. Tali raġunijiet għandhom jindikaw għalfejn l-oġġett involut m'għandux jitqies li huwa ddisinjat speċifikament għall-edukazzjoni, impjieg jew avvanz soċjali ta' persuni b'diżabilità.

Il-Kummissjoni għandha tibgħat dawn l-oġġezzjonijiet lill-Istati Membri hekk kif tirċievihom.

5. Fejn l-eżaminazzjoni li tkun saret skond il-paragrafu 4 turi li l-oġġett li għalih intalab id-dħul mingħajr dazji għandu jitqies li huwa ddisinjat għall-edukazzjoni, impjieg jew avvanz soċjali ta' persuni b'diżabilità, il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni li tiddikjara li l-imsemmi oġġett jissodisfa l-kundizzjonijiet rikjesti għal dħul mingħajr dazji fuq l-importazzjoni.

Fil-każ kuntrarju l-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni li tiddikjara li l-imsemmi oġġett ma jissodisfax il-kundizzjonijiet rikjesti għal dħul mingħajr dazji.

Il-Kummissjoni għandha tinnotifika l-Istat Membru involut bid-deċiżjoni fi żmien ġimgħatejn. Din id-deċiżjoni għandha, mill-aktar fis possibbli, tiġi ippublikata f'forma mqassra, fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, serje C.

6. Jekk, ma tmiem il-perijodu ta' sitt xhur mid-data li fih il-Kummissjoni tirċievi l-applikazzjoni, din ta' l-aħħar ma tkun adottat l-ebda deċiżjoni taħt il-paragrafu 5, l-oġġett mistħarreġ għandu jitqies li jissodisfa il-kundizzjonijiet rikjesti għal dħul mingħajr dazzji.

Artikolu 10

Awtorizazzjonijiet għal dħul mingħajr dazji għandhom jibqgħu validi għal perijodu ta' sitt xhur.

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu, madankollu, jħejju perijodu itwal fid-dawl taċ-ċirkostanzi partikolari ta' kull każ.

IT-TITOLU IV

DISPOSIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI LI GĦANDHOM X'JAQSMU MAD-DĦUL MINGĦAJR DAZJI TA' OĠĠETTI MSEMMIJIN FL-ARTIKOLU 74 TAR-REGOLAMENT BAŻIKU

Artikolu 11

1. Sabiex jinkiseb dħul mingħajr dazji fuq l-importazzjoni ta' oġġetti għall-użu minn persuni b'diżabilità taħt id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 74 tar-Regolament bażiku, il-kap ta' l-istituzzjoni jew organizazzjoni lil min jiġi kkonsenjat l-oġġett, jew rappreżentant awtorizzat tiegħu, għandu jissottometti applikazzjoni lill-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru li fih tinstab l-istituzzjoni jew organizazzjoni.

2. Tali applikazzjoni għandha ġġorr t-tagħrif speċifikat fl-Artikolu 6(2)(a) sa (e) u għandha tkun akkumpanjata minn dokument jew dokumenti li jagħtu t-tagħrif kollu rilevanti dwar il-karatteristiċi u speċifikazzjonijiet tekniċi ta' l-oġġett involut.

Għandha tinkludi wkoll:

(a) l-isem jew isem kummerċjali u l-indirizz tad-donatur;

(b) dikjarazzjoni mill-applikant li l-oġġetti li għalihom jintalab dħul mingħajr dazji fuq l-importazzjoni tassew qed jiġu offruti lill-istituzzjoni jew organizazzjoni mingħajr konċessjoni kummerċjali reċiproka ta' kwalunkwe tip, b'mod partikolari mingħajr ma tiġi involuta pubbliċità.

Artikolu 12

1. L-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru li fih tinstab l-istituzzjoni jew organizazzjoni lil min jiġu kkonsenjati dawn l- oġġetti għandha tieħu deċiżjoni diretta dwar applikazzjonijiet taħt l-Artikolu 11.

2. L-awtorità kompetenti għandha tawtorizza dħul ta' dak l-oġġett mingħajr dazji fuq l-importazzjoni biss jekk ikun ġie stabbilit li d-donatur ma jkunx qed jieħu l-ebda vantaġġ kummerċjali dirett jew indirett mir-rigal tiegħu lill-istituzzjoni jew organiazzjoni lil min jiġi kkonsenjat l-oġġett.

3. Fejn l-awtorità kopetenti ta' l-Istat Membru li fih tinstab l-istituzzjoni jew l-organizazzjoni lil min jiġi kkonsenjat l-oġġett mhijiex f'pożizzjoni li tiddeċiedi permess tat-tagħrif fil-pussess tagħha jekk l-oġġett li għalih qed jintalab id-dħul mingħajr dazji fuq l-importazzjoni għandux jitqies bħal wieħed ddisinjat speċifikament għall-edukazzjoni, impjieg jew avvanz soċjali ta' persuni b'diżabilià, għandha tapplika l-proċedura stipulata fl-Artikolu 9.

IT-TITOLU V

DISPOSIZZJONIJIET SPEĊJALI LI GĦANDHOM X'JAQSMU MAD-DĦUL MINGĦAJR DAZJI TA' PARTIJIET TA' RIKAMBJU, KOMPONENTI, AĊĊESSORJI SPEĊIFIĊI JEW GĦODDA TAĦT IT-TIENI SUBPARAGRAFU TA' L-ARTIKOLU 71 U L-ARTIKOLU 72(2) TAR-REGOLAMENT BAŻIKU

Artikolu 13

Għall-għanijiet tat-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 71 u 72(2) tar-Regolament bażiku, "aċċessorji speċifiċi" jfisser oġġetti ddisinjati speċifikatament għall-użu ma oġġett speċifiku għall-għan li jtejjeb il-prestazzjoni u l-iskop tiegħu.

Artikolu 14

Sabiex jinkiseb dħul mingħajr dazji ta' partijiet ta' rikambju, komponenti, aċċessorji speċifiċi jew għodda taħt it-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 71 jew 72(2) tar-Regolament bażiku, il-kap ta' l-istituzzjoni jew organizazzjoni lil min jiġu kkonsenjati l-oġġetti, jew rappreżentant awtorizzat tiegħu, għandu jissottometti applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-_istat Membru li fih tinstab l-istituzzjoni jew organizazzjoni.

Din l-applikazzjoni għandha tkun akkumpanjata mit-tagħrif kollu meqjus meħtieġ mill-awtorità kompetenti għall-għan li jiġu ddterminati l-kundizzjonijiet stipulati fit-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 71 jew fl-Artikolu 72(2) tar-Regolament bażiku humiex sodisfatti.

Artikolu 15

L-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru li fih tinstab l-istituzzjoni jew l-organizazzjoni lil min jiġu kkonsenjati tali oġġetti għandha tieħu deċiżjoni diretta dwar applikazzjonijiet taħt l-Artikolu 14.

IL-KAPITOLU II

DISPOSIZZJONIJIET APPLIKABBLI GĦAL IMPORTAZZJONI LI JSIRU MINN GĦOMJA U PERSUNI OĦRA B'DIŻABILITA

Artikolu 16

L-Artikoli 4, 13, 14 u 15 għandhom japplikaw mutatis mutandis għal eżenzjoni minn dazji fuq l-importazzjoni ta' l-oġġetti msemmijin fl-ewwel u t-tieni subparagrafi ta' l-Artikolu 71 tar-Regolament bażiku impurtati minn persuni għomja nnifishom jew għall-użu tagħhom.

Artikolu 17

Dan li ġej għandu japplika mutatis mutandis għal eżenzjoni minn dazji fuq l-importazzjoni ta' oġġetti impurtati minn persuni b'diżabilità nnifishom jew għall-użu tagħhom:

- L-Artikoli 5 sa 10 fil-każ ta' oġġetti msemmijin fl-Artikolu 72(1) tar-Regolament bażiku,

- l-Artikoli 11 u 12 fil-każ ta' oġġetti msemmijin fl-Artikolu 74 tar-Regolament bażiku.

- l-Artikoli 13, 14 u 15 fil-każ ta' oġġetti msemmijn fl-Artikolu 72(2) tar-Regolament bażiku.

Artikolu 18

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu li l-applikazzjoni li hemm dispożizzjoni għaliha fl-Artikoli 4, 6 u 11 isiru b'mod semplifikat, fejn għandha x'taqsam ma oġġetti impurtati taħt il-kundizzjonijiet imsemmijin fl-Artikoli 16 u 17.

IL-KAPITOLU III

DISPOSIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 19

Ir-Regolament (KEE) Nru 2783/79 huwa mħassar permezz tal-preżenti.

Artikolu 20

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Lulju 1984.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fid-29 ta' Lulju 1983.

Għall-Kummissjoni

Karl-Heinz Narjes

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠUNru L 105, tat-23.4.1983, p. 1.

[2] ĠU L 134, tal-31.5.1979, p. 8.

[3] ĠU L 318, tat-13.12.1979, p. 27.

--------------------------------------------------

Top