Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31983R2053

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2053/83 tal-20 ta' Lulju 1983 dwar il-klassifika ta' l-oġġetti fis-subintestatura 32.04 A IV tat-Tariffa Doganali Komuni

    ĠU L 202, 26.7.1983, p. 5–6 (DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1983/2053/oj

    31983R2053



    Official Journal L 202 , 26/07/1983 P. 0005 - 0006
    Finnish special edition: Chapter 2 Volume 3 P. 0197
    Spanish special edition: Chapter 02 Volume 10 P. 0038
    Swedish special edition: Chapter 2 Volume 3 P. 0197
    Portuguese special edition Chapter 02 Volume 10 P. 0038


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2053/83

    tal-20 ta' Lulju 1983

    dwar il-klassifika ta' l-oġġetti fis-subintestatura 32.04 A IV tat-Tariffa Doganali Komuni

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

    Wara li kunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 97/69 tas-16 ta' Jannar 1969 dwar il-miżuri li jridu jittieħdu sabiex tiġi applikata b'mod uniformi n-nomenklatura tat-Tariffa Doganali Komuni [1], kif l-aħħar emendat bl-Att ta' l-Adeżjoni tal-Greċja, u b'mod partikolari Artikolu 3 tiegħu,

    Billi, sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-nomenklatura tat-Tariffa Doganali Komuni, jridu jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet dwar il-klassifika tat-tariffa ta' estratt tal-paprika li jkollu l-karatteristiċi li ġejjin:

    - id-dehra: likwidu visk ħafna, aħmar skur, saħħa qawwija ta' kulur,

    - ir-riħa u t-togħma: aromatika, tixbah lill-paprika, ma taħraqx,

    - l-irmied: 0,49 % fil-piż,

    - iż-żjut essenzjali: 0,15ml/100g,

    - il-kapsajċina: ma tinkixifx — il-prinċipju ta' kemm jaħraq,

    - il-glukosi: 0,01 % fil-piż,

    - is-sukrosi: ma tinkixifx,

    - it-trigliċeridi: test pożittiv,

    - il-kapsantina: madwar 2,2g/kg (madwar 60000 unità tal-kulur ta' l-AŻE (

    ).

    Billi l-intestatura Nru 32.04 tat-Tariffa Doganali Komuni annessa mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 950/68 [2], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 604/83 [3], tirreferi inter alia għal materjal li jagħti l-kulur ta' oriġini mill-ħxejjex ta' l-ikel (inkluż l-estratt ta' l-injam li jerħi ż-żebgħa u estratti oħra taż-żebgħa mill-ħxejjex ta' l-ikel, iżda eskluż in-nir);

    Billi l-prodott in-kwistjoni, li huwa estratt tal-ħxejjex ta' l-ikel, għandu l-karatteristiċi ta' materjal li jagħti l-kulur ta' oriġini mill-ħxejjex ta' l-ikel ta' l-intestatura Nru 32.04; billi, fl-intestatura Nru 32.04, trid tingħażel is-subintestatura 32.04 A IV għall-prodott in-kwistjoni;

    Billi l-miżuri provduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat dwar in-Nomenklatura tat-Tariffa Doganali Komuni,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Il-prodott li jikkonsisti mill-estratt tal-paprika li għandu l-karatteristiċi li ġejjin:

    - id-dehra: likwidu visk ħafna, aħmar skur, saħħa qawwija ta' kulur,

    - ir-riħa u t-togħma: aromatika, tixbah lill-paprika, ma taħraqx,

    - l-irmied: 0,49 % fil-piż,

    - iż-żjut essenzjali: 0,15ml/100g,

    - il-kapsajċina: ma tinkixifx,

    - il-glukosi: 0,01 % fil-piż,

    - is-sukrosi: ma tinkixifx,

    - it-trigliċeridi: test pożittiv,

    - il-kapsantina: madwar 2,2g/kg (madwar 60000 unità tal-kulur ta' l-AŻE (

    ).

    għandu jiġi klassifikat fit-Tariffa Doganali Komuni bis-subintestatura:

    32.04 Il-materjal li jagħti l-kulur ta' oriġini mill-ħxejjex ta' l-ikel (inklużi l-estratt ta' l-injam li jerħi ż-żebgħa u l-estratti taż-żebgħa minn ħxejjex oħra ta' l-ikel, iżda eskluż in-nir) jew ta' oriġini mill-annimali:

    A. Il-materjal li jagħti l-kulur ta' oriġini mill-ħxejjex ta' l-ikel:

    IV. Oħrajn.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-21 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fl-20 ta' Lulju 1983.

    Għall-Kummissjoni

    Karl-Heinz Narjes

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 14, tal-21.1.1969, p. 1.

    [2] ĠU L 172, tat-22.7.1968, p. 1.

    [3] ĠU L 72, tat-18.3.1983, p. 3.

    --------------------------------------------------

    Top