This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31983D0222
83/222/EEC: Commission Decision of 22 April 1983 on the monitoring of the application of national plans for the eradication of classical swine fever
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta’ April 1983 fuq il-monitoraġġ ta’ l-applikazzjoni tal-pjani nazzjonali għall-qerda tad-deni klassiku tal-ħnieżer
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta’ April 1983 fuq il-monitoraġġ ta’ l-applikazzjoni tal-pjani nazzjonali għall-qerda tad-deni klassiku tal-ħnieżer
ĠU L 121, 7.5.1983, p. 31–31
(DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Corrected by | 31983D0222R(01) |
Official Journal L 121 , 07/05/1983 P. 0031 - 0031
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 16 P. 0098
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 27 P. 0182
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 16 P. 0098
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 27 P. 0182
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta’ April 1983 fuq il-monitoraġġ ta’ l-applikazzjoni tal-pjani nazzjonali għall-qerda tad-deni klassiku tal-ħnieżer (83/222/KEE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 80/1095/KEE li tippreskrivi kondizzjonijiet maħsuba biex jagħmlu u jżommu t-territorju tal-Komunità ħieles mid-deni klassiku tal-ħnieżer [1], u partikolarment Artikolu 5 tiegħu, Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 80/1096/KEE tal-11 ta’ Novembru 1980 li introduċa miżuri finanzjarji għall-qerda tad-deni klassiku tal-ħnieżer [2], u partikolarment Artikolu 5(4) tiegħu, Billi, bl-iskop partikolarment li jittejjeb l-istat tas-saħħa ta’ l-annimali fil-Komunità u biex ikun faċilitat il-kummerċ, il-Kunsill introduċa bid-Direttiva 80/1095/KEE u d-Deċiżjoni 80/1096/KEE miżura komuni biex jinqered id-deni klassiku tal-ħnieżer; Billi Artikolu 5 tad-Direttiva 80/1095/KEE u Artikolu 5(4) tad-Deċiżjoni 80/1096/KEE jipprovdu għall-verifiki regolari fuq il-post biex ikun verifikat mil-lat veterinarju jekk il-pjanijiet nazzjonali għall-qerda humiex qed ikunu applikati; billi, għall-iskop ta’ l-implimentazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, għandha tkun provduta proċedura għat-twettiq ta’ dawn il-verifiki; billi l-Kumitat Permanenti Veterinarju għandu jkun infurmat bir-riżultati tal-verifiki fuq il-post; Billi l-miżuri provduti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti Veterinarju, ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 Verifiki fuq il-post biex ikun verifikat mil-lat veterinarju jekk pjanijiet nazzjonali għall-qerda tad-deni klassiku tal-ħnieżer humiex qed jiġu applikati għandhom isiru f’kull Stat Membru konċernat l-ewwel qabel l-1 ta’ Lulju 1983 u wara kull sena matul il-perjodu tal-miżura komuni. Artikolu 2 1. F’kull każ il-Kummissjoni għandha taħtar l-esperti responsabbli għat-twettiq tal-verifiki fuq il-post msemmija f’Artikolu 1. 2. L-Istati Membri għandhom ikunu informati 30 ġurnata qabel il-verifiki fuq il-post biex ikunu jistgħu jagħtu l-għajnuna meħtieġa kif preskritt f’Artikolu 5 tad-Direttiva 80/1095/KEE u Artikolu 5(4) tad-Deċiżjoni 80/1096/KEE. 3. Fit-twettiq tal-verifiki fuq il-post, l-esperti maħtura għandhom iżuru l-awtoritajiet ċentrali jew reġjonali responsabbli għall-implimentazzjoni tal-pjanijiet tal-qerda. Għandhom iżuru kif meħtieġ, fuq talba tagħhom stess, kull merħla, biċċerija, knacker’s yards, laboratorji jew postijiet oħra rilevanti jew stabbilimenti. Artikolu 3 Ir-rapporti magħmulin wara l-verifiki fuq il-post msemmija f’Artikolu 1 għandhom ikunu komunikati lill-Kumitat Permanenti Veterinarju. Artikolu 4 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula f’Brussel, fit-22 ta’ April 1983. Għall-Kummissjoni Poul Dalsager Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 325, ta’ l-1.12.1980, p. 1. [2] ĠU L 325, ta’ l-1.12.1980, p. 5. --------------------------------------------------