Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31982R3402

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3402/82 tas-17 ta' Diċembru 1982 dwar il-klassifika ta' oġġetti taħt is-sottotitolu 38.19. X tat-Tariffa Doganali Komuni

    ĠU L 357, 18.12.1982, p. 16–16 (DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1982/3402/oj

    31982R3402



    Official Journal L 357 , 18/12/1982 P. 0016 - 0016
    Finnish special edition: Chapter 2 Volume 3 P. 0140
    Spanish special edition: Chapter 02 Volume 9 P. 0139
    Swedish special edition: Chapter 2 Volume 3 P. 0140
    Portuguese special edition Chapter 02 Volume 9 P. 0139


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3402/82

    tas-17 ta' Diċembru 1982

    dwar il-klassifika ta' oġġetti taħt is-sottotitolu 38.19. X tat-Tariffa Doganali Komuni

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 97/69 tas-16 ta' Jannar 1969 dwar miżuri li għandhom jittieħdu għall-applikazzjoni unformi tan-nomenklatura tat-Tariffa Doganali Komuni [1], kif l-aħħar emendat minn l-Att ta' Adeżjoni tal-Greċja, u b'mod partikolari Artikolu 3 tiegħu,

    Filwaqt li biex tkun żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-nomenklatura tat-Tariffa Doganali Komuni, għandha ssir dispożizzjoni għall-klassiffika tat-tariffa ta' preparazzjoni ta' bażi għal chewing gum, fl-għamla ta' biċċiet ċilindriċi li jikkonsistu (b'piż) f'34 % ta' gomma sintetika, 15 % politilin, 13 % poli(aċetat tal-vinil), 28 % raża veġetali (tal-ħxejjex) u 10 % karbunat tal-kalċju);

    Filwaqt li t-titolu Nru 38.19 tat-Tariffa Doganali Komuni, mehmuż(a) mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 950/68 [2], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 3000/82 [3] jinkludi inter alia preparazzjonijiet ta' l-industriji kimiċi u assoċjati mhux speċifikati jew inklużi band'oħra;

    Filwaqt li l-prodott in kwestjoni għandu l-karatteristiċi ta' preparazzjoni ta' l-industriji kimiċi jew bħalhom;

    Filwaqt li, fl-assenza ta' titolu aktar speċifiku, għandu jkun klassifikat taħt it-titolu Nru 38.19; filwaqt li, taħt dak it-titolu, is-sottotitolu 38.19 X huwa xieraq;

    Filwaqt li d-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat dwar in-Nomenklatura tat-Tariffa Doganali Komuni,

    ADDOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Preparazzjonijiet ta' bażi għal chewing gum, fl-għamla ta' biċċiet ċilindriċi li jikkonsistu (b'piż) f'34 gomma sintetika, 15 % politilin, 13 % poli(aċetat tal-vinil), 28 % raża veġetali (tal-ħaxix) u 10 % karbunat tal-kalċju għandhom ikunu kklassifikati fit-Tariffa Doganali Komuni taħt is-sottotitolu:

    38.19 Prodotti kimiċi u preparazzjonijiet ta' l-industriji kimiċi jew assoċjati (inklużi dawk li jikkonsistu f'taħlit ta' prodotti naturali), mhux speċifikati jew inkluż band'oħra; prodotti residwi ta' industriji kimiċi u assoċjati, mhux speċifikati jew inklużi band'oħra:

    X. Oħra.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-21 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul Brussel, fis-17 ta' Diċembru 1982.

    Għall-Kummissjoni

    Karl-Heinz Narjes

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 14, tal-21.1.1969, p. 1.

    [2] ĠU L 172, tat-22.7.1968, p. 1.

    [3] ĠU L 318, tal-15.11.1982, p. 1.

    --------------------------------------------------

    Top