This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31982L0504
Council Directive 82/504/EEC of 12 July 1982 amending Directive 78/663/EEC laying down specific criteria of purity for emulsifiers, stabilizers, thickeners and gelling agents for use in foodstuffsM
Id-Direttiva tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 1982 li temenda d-Direttiva 78/663/KEE li tistabbilixxi kriterji speċifiċi ta’ purità għal emulsjonanti, stabbilizzaturi, thickeners u gelling agents għall-użu fl-oġġetti ta’ l-ikel
Id-Direttiva tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 1982 li temenda d-Direttiva 78/663/KEE li tistabbilixxi kriterji speċifiċi ta’ purità għal emulsjonanti, stabbilizzaturi, thickeners u gelling agents għall-użu fl-oġġetti ta’ l-ikel
ĠU L 230, 5.8.1982, p. 35–37
(DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)
No longer in force, Date of end of validity: 20/01/2010; Impliċitament imħassar minn 32008R1333
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 31978L0663 | Tlestija | anness | 19/07/1982 | |
Modifies | 31978L0663 | Sostituzzjoni | artikolu 2 | 19/07/1982 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Corrected by | 31982L0504R(01) | ||||
Implicitly repealed by | 32008R1333 | 21/01/2010 |
Official Journal L 230 , 05/08/1982 P. 0035 - 0037
Finnish special edition: Chapter 13 Volume 12 P. 0103
Spanish special edition: Chapter 13 Volume 12 P. 0245
Swedish special edition: Chapter 13 Volume 12 P. 0103
Portuguese special edition Chapter 13 Volume 12 P. 0245
Id-Direttiva tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 1982 li temenda d-Direttiva 78/663/KEE li tistabbilixxi kriterji speċifiċi ta’ purità għal emulsjonanti, stabbilizzaturi, thickeners u gelling agents għall-użu fl-oġġetti ta’ l-ikel (82/504/KEE) IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 74/329/KEE tat-18 ta’ Ġunju 1974 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ emulsjonanti, stabbilizzaturi, thickeners u gelling agents għall-użu fl-oġġetti ta’ l-ikel [1], kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 80/597/KEE [2], u b’mod partikolari fl-Artikolu 7(1) tagħha, Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni, Billi d-Direttiva tal-Kunsill 78/663/KEE [3] tistabbilixxi kriterji speċfiċi ta’ purità għal emulsjonanti, stabbilizzaturi, thickeners u gelling agents għall-użu fl-oġġetti ta’ l-ikel; Billi d-Direttiva 80/597/KEE emendat l-Anness I għad-Direttiva 74/329/KEE biex tawtorizza Xanthan gum (E 415) u ċelluloża f’għamla ta’ trab (E 460 - (ii)) u, għal din ir-raġuni, għandu jiġi definit il-kriterju tal-purità ta’ dawn is-sustanzi u b’konsegwenza ta’ dan għandha tiġi emendata n-nomenklatura ta’ E 460; Billi d-Direttiva 78/663/KEE tistipula li, fir-rigward tas-sustanzi E 474 u E 477, il-Kunsill jista’, waqt li jaġixxi b’mod unanimu fuq proposta tal-Kummissjoni, jiddeċiedi fuq l-emendi neċessarji kollha sal-31 ta’ Diċembru 1981; Billi l-kriterji ta’ purità tas-sustanzi E 400, E 401, E 402, E 403, E 404 u E 405 għandhom jiġu mmodifikati biex jieħdu f’konsiderazzjoni l-iżvilupp xjentifiku, b’mod partikolari fil-metodi ta’ analiżi, ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA: L-Artikolu 1 Id-Direttiva 78/663/KEE hija emendata kif ġej: 1. L-Artikolu 2 għandu jiġi mibdul b’dan li ġej: "L-Artikolu 2 F’dak li għandu x’jaqsam mas-sustanzi msemmija fl-Anness taħt E 477, l-Istati Membri jistgħu, sal-31 ta’ Diċembru 1984, jawtorizzaw l-użu fl-oġġetti ta’ l-ikel ta’ prodotti li fihom mhux iktar minn 4 % dimer u trimer ta’ propane-1,2-diol." 2. L-Anness għandu jiġi emendat kif ġej: (a) Taħt E 400, E 401, E 402, E 403, E 404 u E 405, l-iskrizzjonijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ sustanzi li ma jinħallux f’NaOH dilwit għandhom jiġu mħassra, u t-test ta’ l-iskrizzjonijiet li għandu x’jaqsam ma’ l-irmid li ma jinħallx fl-aċidu għandu jiġi mibdul b’ "Mhux iktar minn 2 %". (b) Dan li ġej għandu jiġi mdaħħal bejn E 414 u E 420 - (i): "E 415- Xanthan Gum Deskrizzjoni kimika | Xanthan gum hija gomma polisakkarida ta’ piż molikolari għoli magħmula minn fermentazzjoni ta’ kultura-pura ta’ karboidrati ma’ Xanthomonas campestris, purifikata b’passati ta’ alkoħol jew isopropanol, imnixxfa u mqatta’. Fiha D-glucose u D-mannose bħala unitajiet tal-hexose dominanti, flimkien ma’ l-aċidu D-glucuronic u l-aċidu piruviku, u hija ppreparata bħala l-melħ tas-sodju, potassju u kalċju. Is-soluzzjonijiet tagħha huma newtrali. | Deskrizzjoni | Trab lewn il-krema. | Kontenut | Xanthan gum jipproduċi, fuq bażi ta’ sustanza libera volatili, mhux inqas minn 4.2 % u mhux aktar minn 5.0 % ta’ diossidu karbonju. | Sustanza volatili | Mhux aktar minn 15 % stabbilit mit-tnixxif f’105 °C għall-2 1/2 sigħat | Rmied | Mhux aktar minn 16 % fuq bażi ta’ sustanza libera volatili, stabbilita f’600 °C wara t-tnixxif f’105 °C għal 4 sigħat. | Aċidu piruviku | Mhux inqas minn 1.5 %. | Nitroġenu | Mhux iktar minn 1.5 %. | Isopropanol | Mhux iktar minn 750 mg/kg. | Kriterju mikrobijoloġiku | M’għandux ikun hemm ċelloli vijabbli ta’ Xanthomonas campestris." | (ċ) In-numru "E 460" għandu jsir "E 460 - (i)". (d) Dan li ġej għandu jiġi mdaħħal bejn E 460 - (i) u E 461: "E 460- (ii) Ċelluloża f’għamla ta’ trab Deskrizzjoni kimika | Ċelluloża f’għamla ta’ trab hija ċelluloża diżintegrata purifikata b’mod mekkaniku ppreparata bi proċess ta’ alpha-ċelluloża meħuda direttament mill-materjal ta’ pjanta fibruża. Għandha piż molekolari ta’ 1.6 x 105 jew aktar. | Deskrizzjoni | Trab abjad u bla riħa. | Kontenut | Mhux aktar minn 92 % (C12H20O10)n. | Sustanza volatili | Mhux aktar minn 7 % stabbilit mit-tnixxif f’105 °C għal tliet sigħat. | pH | Ħallat madwar 5g ma’ 40ml ta’ ilma mingħajr diossidu tal-karbonju għal 20 minuta u ċċentrifuga. Il-pH tal-likwidu supernatant huwa bejn 5.0 u 7.5. | Rmied sulfat | Mhux iktar minn 0.3 % iddeterminat f’800 ± 25 °C. | Sustanzi solubbli fl-ilma | Mhux aktar minn 1 %." | (e) Taħt E 474: - L-aħħar sentenza tat-test ta’ l-iskrizzjoni li għandha x’taqsam mad-deskrizzjoni kimika għandha tiġi mibdula b’dan li ġej: "L-ebda solvent organiku m’għandu jiġi użat fil-preparazzjoni tagħhom għajr cyclohexane, dimethylformamide, ethyl acetate, isobutanol u isopropanol." - L-iskrizzjoni ġdida li ġejja għandha tiġi miżjuda: "Kontenut totali ta’ cyclohexane u isobutanol: | Mhux aktar minn 10mg/kg għalihom jew magħqudin." | (f) Taħt E 477, l-iskrizzjoni li għandha x’taqsam mad-dimer u t-trimer tal-propane-1,2-diol għandha tiġi mibdula b’dan li ġej: "Mhux iktar minn 0·5 %." L-Artikolu 2 L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 1984. Għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni minnufih b’dan. L-Artikolu 3 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fit-12 ta’ Lulju 1982. Għall-Kunsill Il-President J. Nørgaard [1] ĠU L 189, tat-12.7.1974, p. 1. [2] ĠU L 155, tat-23.6.1980, p. 23. [3] ĠU L 223, ta’ l-14.8.1978, p. 7. --------------------------------------------------