EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31981R3719

Ir-Regolament Tal-Kunsill (KEE) Nru 3719/81 tal-21 ta' Diċembru 1981 li jemenda Regolament (KEE) Nru 357/79 dwar stħarriġ statistiku fl-oqsma tad-dwieli

ĠU L 373, 29.12.1981, p. 5–7 (DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2011; Imħassar b' 32011R1337

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1981/3719/oj

31981R3719



Official Journal L 373 , 29/12/1981 P. 0005 - 0007
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 14 P. 0101
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 23 P. 0252
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 14 P. 0101
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 23 P. 0252


Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3719/81

tal-21 ta' Diċembru 1981

li jemenda Regolament (KEE) Nru 357/79 dwar stħarriġ statistiku fl-oqsma tad-dwieli

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 43 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Billi, bis-saħħa ta' l-Artikolu 22 ta' l-Att ta' l-Adizzjoni tal-1979, għandhom isiru ċertu bidliet fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 357/79 tal-5 ta' Frar 1979 dwar stħarriġ statistiċi fl-oqsma tad-dwieli [3], kif emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1992/80 [4], skond il-linji ta' gwida mogħtija fl-Anness II ta' dak l-Att;

Billi l-Artikolu 1(1) tar-Regolament (KEE) Nru 357/79 jipprovdi li l-Istati Membri konċernati għandhom jagħmlu kull għaxar snin stħarriġ bażiku dwar il-qasam tad-dwieli u stħarriġ intermedjarju kull sena; billi, bħala riżultat ta' diffikultajiet li ma setgħux ikunu previsti, ma kienx possibli li jkun komplut l-ewwel stħarriġannwali bażiku fil-qasam tad-dwieli fil-perijodu preskritt; billi kien għalhekk ġie deċiż li tingħata estensjoni ta' sena għall-perijodu miftiehem lil dan l-Istat Membru; billi din l-estensjoni ma kinitx biżżejjed minħabba kumplikazjonijiet ulterjuri ta' natura leġislattiva; billi kien għalhekk rakkomandabbli li dan l-Istat Membru jitħalla jipposponi għal sena oħra d-dati li fihom kellu jintemm dan l-istħarriġ u jiġu mgħoddija r-riżultati lill-Kummissjoni;

Billi huwa mixtieq li l-Komunità terfa’ parti min-nefqa involuta mill-Greċja għall-ewwel stħarriġbażiku mmexxi minn dan l-Istat Membru,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

Ir-Regolament (KEE) Nru 357/79 huwa emendat kif ġej:

1. Fl-Artikolu 1(1), it-tieni sotto-paragrafu għandu jkun sostitwit b'dan li ġej:

"Madankollu, l-ewwel stħarriġ bażiku fl-Italja jista jkun komplut sal-31 t'Ottubru 1982 u għandu juri s-sitwazjoni wara t-tneħħija tad-dud u t-tħawwil fis-sena tat-tkabbir għall-inbid 1981/82. L-ewwel stħarriġ intermedjarju f'dan l-Istat Membru għandu jsir fl-1984 u għandu juri l-bidliet matul is-sentejn tat-tkabbir għall-inbid 1982/83 u 1983/84."

2. L-Artikolu 1(2) għandu jkun sostitwit b'dan li ġej:

"2. Is-sena tat-tkabbir għall-inbid għandha tkun dik stabbilita abbażi ta' l-Artikolu 5(4) tar-Regolament (KEE) Nru 337/79."

3. Fl-Artikolu 4(3) dan li ġej għandu jidħol wara l-ewwel subinċiz:

"— fil-Greċja: ir-reġjuni għat-tkabbir għall-inbid elenkati fl-Anness ta' dan ir-Regolament,".

4. Fl-Artikolu 5(4), it-tieni sotto-paragrafu għandu jkun sostitwit b'dan li ġej:

"Madankollu, l-Italja tista tissottometti din id-deskrizzjoni dettaljata qabel it-30 ta' Ġunju 1983."

5. L-Artikolu 6(1) għandu jkun sostitwit b'dan li ġej:

"1. L-Istati Membri konċernati għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni għal kull sena tat-tkabbir għall-inbid l-ammont tal-prodott medju għal kull ettaru f'termini ta' etto-litri għal kull ettaru ta' polpa ta' l-għeneb jew inbid jew f'termini ta' deċitunnellati għal kull ettaru ta' għeneb prodott, b'effett mis-sena tat-tkabbir 1979/80, u fil-każ ta' l-Italja u l-Greċja b'effett mis-sena tat-tkabbir 1982/83, għal dawk l-oqsma ta' dwieli ta' varjetajiet ta' għeneb għall-inbid, maqsuma fil-klassijiet ta' produzzjoni li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 2."

6. L-Artikolu 6(5) għandu jkun sostitwit b'dan li ġej:

"5. L-Istati Membri konċernati għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni, għal kull sena tat-tkabbir għall-inbid u maqsuma b'żoni ġeografiċi, kalkoli tal-livell ta' alkoħol espress bħala % vol jew f’oOechsle ta' għeneb frisk, polpa tal-għeneb jew inbejjed, prodotti minn sena tat-tkabbir għall-inbid 1979/80 ’l quddiem, u fil-każ ta' l-Italja u l-Greċja mis-sena tat-tkabbir għall-inbid 1982/83 ’il quddiem, f'dawk l-oqsma ta' dwieli ta' varjetajiet ta' għeneb għall-inbid normalment intenzjonat għall-produzzjoni ta:

- inbejjed ta' kwalità psr,

- l-inbejjed oħra:

- inklużi inbejjed intenzjonati ta' bilfors għall-produzzjoni ta' ċerti spirti li jistgħu jinxtorbu li jkunu meħuda mill-inbid b'diżinjazzjoni ta' l-oriġini reġistrata."

7. L-Artikolu 6(6) għandu jkun sostitwit b'dan li ġej:

"6. L-informazjoni annwali li hemm referenza għaliha fil-paragrafi 1 u 5 għandha tkun mgħarrfa qabel l-1 t'April ta' wara kull sena tat-tkabbir għall-inbid. L-informazzjoni dwar il-klassijiet ta' produzjoni li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 2 għandhom ikunu sottomessi fil-perijodu mniżżel fl-Artikolu 4(1). L-estimi tat-tendenzi futuri fil-medja tal-produzzjoni għal kull ettaru li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 3 għandhom ikunu sottomessi:

- għall-ewwel darba, qabel l-1 t'Ottubru 1981, u għall-Italja u l-Greċja qabel l-1 t'Ottubru 1984;

- wara dan, kull ħames snin qabel l-1 t'April, ħlief fit-tieni estimi għall-Italja u l-Greċja, li għandhom jkunu sottomessi wara sentejn."

8. L-Artikolu 8(2) għandu jkun sostitut b'dan li ġej:

"2. Ir-rapprezentant tal-Kummissjoni għandu jissottometti abbozz tal-miżuri li għandhom jiġu addottati. Il-Kumitat għandu jagħti l-opinjoni tiegħu fuq l-abbozz fit-terminu stabbilit mill-President skond l-urġenza tal-każ. L-opinjoni għandha tkun mogħtija b'maġġoranza ta' 45 vot, il-voti ta' l-Istati Membri jkunu soġġetti għal tagħbija kif stabbilit fl-Artikolu 148(2) tat-Trattat. Il-president m'għandux jivvota."

9. L-Artikolu 9 għandu jkun sostitwit b'dan li ġej:

"L-Artikolu 9

L-ispiża meħtieġa għall-istħarriġ bażiku dwar is-sitwazjoni wara s-sena tat-tkabbir 1978/79, u fil-każ ta' l-Italja u l-Greċja wara s-sena tat-tkabbir 1981/82, għandha tkun koperta mill-Komunità b'somma sħiħa li għad trid tiġi ddeterminata."

10. L-Anness għandu jkun issupplimentat bit-test li jidher fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

L-Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fil-21 ta' Diċembru 1981.

Għall-Kunsill

Il-President

N. Ridley

[1] ĠU C 261, tat-13.10.1981, p. 6.

[2] L-opinjoni mogħtija fis-16 ta' Diċembru 1981 (għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[3] ĠU L 54, tal-5.3.1979, p. 124.

[4] ĠU L 195, tad-29.7.1980, p. 10.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

Lista ta reġjuni tat-tkabbir għall-inbid li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 4(3)

GREĊJA

1. Greċja Ċentrali u Euboea

2. Peloponnesus

3. Gżejjer Jonji

4. Epirus

5. Tessali

6. Maċedonia

7. Traċe

8. Gżejjer Eġjani

9. Kreta

--------------------------------------------------

Top