Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31981L0715

Id-Disa’ Direttiva Tal-Kummissjoni tal-31 ta’ Lulju 1981 li tistaBbilixxi metodi Komunitarji ta’ analiżi għall-kontroll uffiċjali ta’ affarijiet ta’ l-ikel għall-annimali

ĠU L 257, 10.9.1981, p. 38–46 (DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 25/08/2009; Imħassar b' 32009R0152

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1981/715/oj

31981L0715



Official Journal L 257 , 10/09/1981 P. 0038 - 0046
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 13 P. 0233
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 23 P. 0070
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 13 P. 0233
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 23 P. 0070


Id-Disa’ Direttiva tal-Kummissjoni

tal-31 ta’ Lulju 1981

li tistaBbilixxi metodi Komunitarji ta’ analiżi għall-kontroll uffiċjali ta’ affarijiet ta’ l-ikel għall-annimali

(81/715/KEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 70/373/KEE ta’ l-20 ta’ Lulju 1970 dwar l-introduzzjoni ta’ metodi Komunitarji biex jittieħdu l-kampjuni u għall-analiżi tal-kontroll uffiċjali ta’ affarijiet ta’ l-ikel għall-annimali [1], kif l-aħħar emendata mill-Att ta’ l-Adeżjoni tal-Greċja, u b’mod partikolari l-Artikolu 2 tagħha,

Billi dik id-Direttiva teħtieġ li l-kontroll ufiċjali ta’ l-affarijiet ta’ l-ikel għall-annimali bl-iskop tal-kontroll ta’ konformità mal-ħtiġiet taħt id-dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva li jikkonċernaw il-kwalità u l-kompożizzjoni ta’ affarijiet ta’ l-ikel għall-annimali jitwettaq bl-użu ta’ metodi Komunitarji biex jittieħdu l-kampjuni u ta’ analiżi;

Billi d-Direttivi tal-Kummissjoni 71/250/KEE [2], 71/393/KEE [3], 72/199/KEE [4], 73/46/KEE [5], 74/203/KEE [6], 75/84/KEE [7], 76/372/KEE [8] u 78/633/KEE [9], kif l-aħħar emendati bid-Direttiva tat-30 ta’ Lulju 1981, diġà stabbilixxew numru ta’ metodi Komunitarji ta’ analiżi; billi l-progress tax-xogħol minn dak iż-żmien jagħmlu ideali li jiġi adottat id-disa’ grupp ta’ metodi;

Billi l-miżuri previsti f’din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Affarijiet ta’ l-Ikel għall-Annimali,

ADDOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

L-Artikolu 1

L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-analiżi għall-kontrolli uffiċjali ta’ affarijiet ta’ l-ikel għall-annimali, fir-rigward tal-kontenut tagħhom ta’ avoparċina u sodju tal-monensin, jitwettqu skond il-metodi deskritti fl-Anness.

L-Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva fl-1 ta’ Diċembru 1981 u għandhom minnufih jinfurmaw lill-Kummissjoni bihom.

L-Artikolu 3

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fil-31 ta’ Lulju 1981.

Għall-Kummissjoni

Gaston Thorn

Il-President

[1] ĠU L 170, tat-3.8.1970, p. 2.

[2] ĠU L 155, tat-12.7.1971, p. 13.

[3] ĠU L 279, ta’ l-20.12.1971, p. 7.

[4] ĠU L 123, tad-29.5.1972, p. 6.

[5] ĠU L 83, tat-30.3.1973, p. 21.

[6] ĠU L 108, tat-22.4.1974, p. 7.

[7] ĠU L 32, tal-5.2.1975, p. 26.

[8] ĠU L 102, tal-15.4.1976, p. 8.

[9] ĠU L 206, tad-29.7.1978, p. 43.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

1. ID-DETERMINAZZJONI TA’ L-AVOPARĊINA PERMEZZ TA’ TIXRID F’MEDIUM TA’ L-AGAR

1. L-ISKOP U L-QASAM TA’ APPLIKAZZJONI

Il-metodu huwa għad-determinazzjoni ta’ l-avoparċina fl-affarijiet ta’ l-ikel għall-annimali u f’ taħlitiet minn qabel. Il-limitu l-iktar baxx tad-determinazzjoni huwa 2mg/kg (2 ppm). Il-preżenza ta’ antibijotiċi polieteri tista tinterferixxi fid-determinazzjoni.

2. IL-PRINĊIPJU

Il-kampjun hu estratt b’taħlita ta’ l-aċetun/ta’ l-ilma/ta’ l-aċidu idrokloriku. L-attività antibijotika ta’ l-estratt hi determinata billi jitkejjel it-tixrid ta’ l-avoparċina f’medium ta’ l-agar bil-Bacilus subtilis. It-tixrid jintwera permezz tal-formazzjoni ta’ żoni ta’ inibizzjoni tal-mikro-organiżmu. Id-djametru ta’ dawn iż-żoni jitqies bħala fi proporzjon dirett għall-logaritmu tal-konċentrazzjoni antibijotika tul il-firxa ta’ konċentrazzjonijiet antibijotiċi impjegati.

3. IL-MIKRO-ORGANIŻMU: IL-BACILLUS SUBTILIS ATCC 6633 (NCIB 8054)

3.1. Biex tinżamm il-kultura prinċipali

Laqqam tubi li jikkontjenu inklinazzjonijiet ta’ medium tal-kultura (4.1) bil-Bacillus subtilis u inkubahom tul il-lejl f’30 °C. Aħżen il-kultura fi friġġ f’madwar 4 °C. Erġa laqqam kull xahar.

3.2. Il-preparazzjoni tas-sospensjoni ta’ l-ispori [1]

Iġbor il-patina minn inklinazzjoni ta’ l-agar ippreparata riċentement (3.1) permezz ta’ 2 ml sa 3 ml ta’ ilma sterili. Uża din is-sospensjoni biex tlaqqam 300ml tal-medium tal-kultura (4.1) kontenut fi fjasketta Roux u inkuba għal bejn tlett ijiem sa ħamsa f’30 °C. Iġbor l-ispori fi 15 ml ta’ etanol (4.2) wara kontroll ta’ l-isporulazzjoni taħt mikroskopju, u ħallat sew. Din is-sospensjoni tista’ tinżamm għal mill-inqas ħames xhur f’madwar 4 °C.

4. IL-MEDJA TAL-KULTURA U R-RIAĠENTI

4.1. Il-medium tal-kultura [2]

Peptun | 6·0g |

Truptun | 4·0g |

Estratt tal-ħmira | 3·0g |

Estratt tal-laħam | 1·5g |

Glukosju | 1·0g |

Agar | 15·0g |

Ilma | 1000 ml |

pH 6·5 (wara l-isterilizzazzjoni) | |

4.2. Etanol 20 % (v/v): żid 200 ml ta’ l-etanol ma’ 800 ml ilma.

4.3. Aċidu idrokloriku, d: 1·18 sa 1·19.

4.4. L-idrossidu tas-sodju, soluzzjoni 2 M.

4.5. Newtralizzant tal-fosfat, 0 ·1 M:

Il-fosfat tad-didroġenu tal-potassju, KH2PO4:13 ·6 g.

Ilma sa 1000 ml.

Aġġusta l-pH sa 4·5.

4.6. Taħlita ta’ aċetun/ilma/aċidu idrokloriku (4.3): 65/32 ·5/2·5 (v/v/v).

4.7. Sustanza standard: sulfat ta’ l-avoparċina ta’ attività magħrufa.

5. SOLUZZJONIJIET STANDARD

Ħoll kwantità peżata b’mod eżatt ta’ bejn wieħed u ieħor 10 mg tas-sustanza standard(4.7) f’newtralizzant tal-fosfat (4.5) u żid ma’ dan in-newtralizzant biex tagħti soluzzjoni prin ċipali li tikkontjeni 100 μg avoparċina għal kull millilitru. Maħżuna fi fjasketta magħluqa f 4 °C, din is-soluzzjoni hi stabbli għal sa sebat ijiem.

5.1. Għal taħlitiet minn qabel

Minn din is-soluzzjoni prinċipali ipprepara b’dilwizzjoni suċċessiva b’newtralizzant (4.5) is-soluzzjonijiet li ġejjin:

S8 | 4·0 μg/ml |

S4 | 2·0 μg/ml |

S2 | 1·0 μg/ml |

S1 | 0·5 μg/ml |

5.2. Għal affarijiet ta’ l-ikel għall-annimali

Mis-soluzzjoni prinċipali ipprepara b’dilwizzjoni suċċessiva bin-newtralizzant (4.5) is-soluzzjonijiet li ġejjin:

S8 | 2·0 μg/ml |

S4 | 1·0 μg/ml |

S2 | 0·5 μg/ml |

S1 | 0·25 μg/ml |

6. IL-PREPARAZZJONI TA’ L-ESTRATT U TAS-SOLUZZJONIJIET TA’ ANALIŻI

6.1. Taħlitiet minn qabel

Taħlitiet minn qabelIppeża, sa l-eqreb 10 mg, kampjun biżżejjed biex jikkontjeni 10 sa 100 mg avoparċina. Ittrasferixxi għal fjasketta ggradwata ta’ 100 ml b’60 ml tat-taħlita (4.6) u ħawwad għal 15-il minuta fuq shaker mekkaniku. Ikkontrolla l-pH u aġġusta sa pH 2, jekk neċessarju, bl-aċidu idrokloriku (4.3). Żid sal-volum bit-taħlita (4.6) u ħallat sew. Iffiltra porzjon minn karta filtranti addattata (eż, Whatman Nru 1), billi tarmi l-ewwel 5 ml tal-filtrat. Ħu alikwot u aġġusta l-pH sa 4.5 b’soluzzjoni ta’ l-idrossidu tas-sodju (4.4). Iddiluwixxi din is-soluzzjoni b’newtralizzant (4.5) biex tottjeni konċentrazzjoni mistennija ta’ l-avoparċina ta’ 4 μg/ml (= U8).

Minn din is-soluzzjoni ipprepara soluzzjonijiet U4 (kontenut mistenni: 2 μg/ml), U2 (kontenut mistenni: 1 μg/ml) u U1 (kontenut mistenni: 0 75 μg/ml) permezz ta’ dilwizzjoni suċċessiva (1 + 1) b’newtralizzant (4.5).

6.2. Affarijiet għall-ikel għall-annimali

Ippeża kwantità ta’ kampjun ta’ 50 g u ħallat 100 ml tat-taħlita (4.6) għal 30 minuta fuq shaker mekkaniku. Iċċara l-estratt b’ċentrifugazzjoni (bl-użu ta’ tubi magħluqa ċentrifugi), ħu alikwot ta’ l-estratt iċċarat (ara t-tabella hawn taħt) u aġġusta l-pH għal 4.5 b’soluzzjoni ta’ l-idrossidu tas-sodju (4.4). Iddilwixxi dan l-alikwot b’newtralizzant (4.5) biex tipprvodi U8 (ara t-tabella hawn taħt).

Minn din is-soluzzjoni ipprepara soluzzjonijiet U4 (il-kontenut mistenni: 1 μg/ml), U2 (il-kontenut mistenni: 0.5 μg/ml) u U1 (l-kontenut mistenni: 0.25 μg/ml) permezz ta’ dilwizzjoni suċċessiva (1 + 1) b’newtralizzant (4.5).

Il-livell presunt ta’ avoparċina (mg/kg) | 5 | 7.5 | 10 | 15 | 20 | 40 |

Il-piż ta’ kampjun (g(+/- 0·1g)) | 50 | 50 | 50 | 50 | 50 | 50 |

Il-volum tat-taħlita (4.6 (ml) | 100 | 100 | 100 | 100 | 100 | 100 |

Il-volum ta’ l-estratt ikkjarifikat (ml) | 20 | 15 | 20 | 15 | 20 | 10 |

Il-volum finali (ml): U8 | 25 | 25 | 50 | 50 | 100 | 100 |

Il-konċentrazzjoni mistennija U8 (μg/ml) | 2 | bejn wieħed u ieħor 2 | 2 | bejn wieħed u ieħor 2 | 2 | 2 |

7. PROĊEDURA TA’ ANALIŻI

7.1. L-inokulazzjoni tal-medium ta’ analiżi

Laqqam il-medium ta’ analiżi (4.1) bis-sospensjoni ta’ l-ispora (3.2) f’50 sa 60 °C. Permezz ta’ provi preliminari fuq pjanċi b’medium ta’ analiżi (4.1) iddetermina l-kwantità tas-sospensjoni ta’ l-ispora meħtieġa biex tagħti l-akbar u l-iktar żoni ċari ta’ inibizzjoni bil-varji konċentrazzjonijiet ta’ avoparċina.

7.2. Il-preparazzjoni tal-pjanċi

It-tixrid permezz ta’ l-agar hu mwettaq fi pjanċi bl-erba’ konċentrazzjonijiet tas-soluzzjoni (S8, S4, S2, S1) u bl-erba konċentrazzjonijiet tas-soluzzjoni ta’ l-analiżi (U8, U4, U2, U1). Dawn l-erba’ konċentrazzjonijiet ta’ l-estratt u standard għandhom neċessarjament jitqiegħdu f’kull pjanċa. B’dan l-iskop, għażel pjanċi kbar biżżejjed biex jippermettu mill-inqas tmien toqbiet b’dijametru ta’ 10 sa 13-il mm u mhux inqas minn 30 mm bejn ċentri li għandhom isiru fil-medium ta’ l-agar. It-test jista jitwettaq fuq pjanċi li jikkonsistu f’folja tal-ħġieġ b’ċirku ta’ superfiċi ta’ l-aluminju jew tal-plastik imqiegħed fuq 200 mm f’dijametru u 20 mm għoli.

Ferra’ fil-pjanċi kwantità tal-medium (4.), imlaqqam bħal f’7.1, biex tagħti saff oħxon madwar 2 mm (60ml għal pjanċa ta’ 200 mm djametru). Ħallih joqgħod f’pożizzjoni livell, taqqab it-toqob u qegħidhom f’volumi mkejla eżatti ta’ analiżi u soluzzjonijiet standard (bejn 0.10 u 0.15 ml għal kull toqba, skond id-dijametru). Applika kull konċentrazzjoni mill-inqas erba darbiet sabiex kull determinazzjoni hi soġġetta għal evalwazzjoni ta’ 32 żona ta’ inibizzjoni.

7.3. L-inkubazzjoni

Inkuba l-pjanċi għal 16 sa 18-il siegħa fi 30 °C.

8. IL-VALUTAZZJONI

Kejjel id-djametru taż-żoni ta’ inibizzjoni sa l-eqreb 0 71 mm. Irreġistra l-kejl medju għal kull konċentrazzjoni fuq karta grafika semi-logaritmika li turi l-logaritmu tal-konċentrazzjonijiet meta mqabbla mad-djametri taż-żoni ta’ inibizzjoni. Immarka l-linji ta’ "l-aħjar qagħda" ta’ kemm is-soluzzjoni standard u kemm l-estratt, per eżempju bħal hawn taħt.

Iddetermina l-punt ta’ "l-aħjar qagħda" għall-ogħla livell standard (SL) bl-użu tal-formula:

SL =

10

Iddetermina l-punt ta’ "l-aħjar qagħda" għall-ogħla livell standard (SH) bl-użu tal-formula:

SH =

10

Bl-istess mod ikkalkula l-punti ta’ "l-aħjar qagħda" għal-livell l-iktar baxx ta’ l-estratt u l-livell l-iktar għoli ta’ l-estratt billi tissostitwixxi U1, U2, U3, U4 u U8 għal S1, S2, S4 u S8 fil-formula ta’ hawn fuq.

Irreġistra l-valuri kkalkolati SL u SH fuq l-istess karta grafika u għaqqadhom biex tagħti l-linja ta’ "l-aħjar qagħda" għas-soluzzjoni standard. Bl-istess mod, irreġistra l-UL u l-UH u għaqqadhom biex tagħtihom il-linja ta’ "l-aħjar qagħda" għall-estratt.

Fl-assenza ta’ linji ta’ interferenza l-linji għandhom ikunu paralleli. Għal skopijiet prattiċi l-linji jistgħu jiġu kkunsidrati paralleli jekk il-valuri (SH-SL) u (UH-UL) ma jvarjawx b’iktar minn 10 % mill-valur medju tagħhom.

Jekk il-linji jinstab li mhumiex paralleli, jew l-U1 u s-S1 jew l-U8 u s-S8 jistgħu jitwarrbu u l-SL, l-SH, il-UL u l-UH ikkalkulati, bl-użu tal-formula alternattiva, biex jagħtu linji alternattivi ta’ "l-aħjar qagħda":

a′)SL = 5 S1 + 2 S2 − S46 | või | 5 S2 + 2 S4 − S86 |

b′)SH = 5 S4 +2 S2 − S16 | jew | 5 S8 +2 S4 − S26 |

u bl-istess mod għall-UL u l-UH. Il-linji alternattivi ta’ "l-aħjar qagħda" għandhom jiġu kkontrollati għall-paralelliżmu bħal qabel. Il-fatt li r-riżultat ġie kkalkulat minn tliet livelli għandu jiġi nnutat fir-rapport finali.

Meta l-linji huma kkunsidrati bħala li huma paralleli, ikkalkula l-logaritmu tal-log ta’ l-attività relattiva.(log A) permezz ta’ waħda mill-formuli li ġejjin:

Għal erba’ livelli

log A =

U

+ U

+ U

+ U

− S

− S

− S

− S

8 × 0,602U4 + U8 + S4 + S8 − U1 − U2 − S1 − S2

Għal erba’ livelli

log A =

U

+ U

+ U

− S

− S

− S

4 × 0,401U4 + S4 − U1 − S1

Għal tliet livelli

log A =

U

+ U

+ U

– S

– S

– S

8 × 0,401U8 + S8 – U2 – S2

Attività reali = attività presupposta × attività relattiva.

Jekk l-attività relattiva jinstab li hi barra l-firxa ta’ 0 75 sa 2 70, imbagħad irrepeti l-analiżi billi tagħmel aġġustamenti approprjati għall-konċentrazzjonijiet ta’ l-estratt jew, jekk dan mhuwiex possibbli, għas-soluzzjonijiet standard. Meta l-attività relattiva ma tistax tinġieb fil-firxa adegwata, kull riżultat ottenut għandu jiġi kkunsidrat bħala approprjat u dan għandu jiġi nnutat fir-rapport finali.

Meta l-linji huma kkunsidrati bħala mhux paralleli, irrepeti d-determinazzjoni. Jekk il-paralelliżmu ikun għadu ma ntlaħaqx, id-determinazzjoni għandha tiġi kkunsidrata bħala insodisfaċenti.

9. IR-RATA TA’ REPETIZZJONI

Id-differenza bejn ir-riżultati taż-żewġ determinazzjonijiet imwettqa fuq l-istess kampjun, mill-istess analist, m’għandhiex teċċedi:

- 2 mg/kg, f’valur assolut, għal kontenuti ta’ avoparċina minn 2 u sa 10 mg/kg,

- 20 % relata ma’ l-ogħla valur għal kontenuti ta’ 10 sa 25 mg/kg,

- 5 mg/kg, f’valur assolut, għal kontenuti ta’ 25 sa 50 mg/kg,

- 10 % relatati ma’ l-ogħla valur għal kontenuti l fuq minn 50 mg/kg.

2. ID-DETERMINAZZJONI TA’ SODJU TA’ MONENSIN PERMEZZ TA’ TIXRID F’MEDIUM TA’ L-AGAR

1. L-ISKOP U L-QASAM TA’ APPLIKAZZJONI

Il-metodu huwa għad-determinazzjoni tas-sodju ta’ monesin f’affarijiet għall-ikel għall-annimali u taħlitiet minn qabel. Il-limitu ta’ determinazzjoni ’l iktar baxx huwa 10 mg/kg (10 ppm) [3].

2 IL-PRINĊIPJU

Il-kampjun hu estratt b’ 90 % metanol L-estratt hu sottomess għal proċeduri approprjati skond il-kontneut tas-sodju tal-monesin tal-kampjun. L-attività antibijotika hi ddeterminata billi jitkejjel it-tixrid tas-sodju tal-monesin f medium ta’ l-agar inokulat bil-Baciluus subtilis. Id-dijametru ta’ dawn iż-żoni għandu jiġi meqjus bi proporzjon dirett għall-logaritmu tal-konċentrazzjoni antibijotika tul il-firxa tal-konċentrazzjonijiet antibijotiċi impjegati. Is-sistema ta’ din is-sistema ta’ analiżi hi mnaqqsa fil-preżenza ta’ jonji tas-sodju.

3. MIKRO-ORGANIŻMU: BACILLUS SUBTILIS ATCC 6633 (NCIB 8054)

3.1. Biex tinżamm il-kultura prinċipali

Laqqam it-tubi li jikkontjenu inklinazzjonijiet tal-medium ta’ l-agar (4.1) bil-Bacillus subtilis u inkubahom tul il-lejl fi 30 °C. Aħżen il-kultura fi friġġ f’madwar 4 °C. Erġa laqqam kull xahar.

3.2. Il-preparazzjoni tas-sospensjoni ta’ l-ispori [4]

Iġbor il-patina minn inklinazzjoni ta’ l-agar ippreparata riċentement (3.1) permezz ta’ 2 sa 3 ml ta’ ilma sterili. Uża din is-sospensjoni biex tlaqqam 300 ml ta’ medium tal-kultura (4.1) kontenut fi fjasketta Roux u inkuba għal tlieta sa ħamest ijiem fi 30 °C. Iġbor l-ispori fi 15-il ml ta’ 20 % ta’ etanol (4.3), wara kontroll ta’ l-isporulazzjoni taħt il-mikroskopju u ħallat sewwa. Din is-sospensjoni għandha tinżamm għal mill-inqas ħames xhur f’madwar 4 °C

4. IL-MEDJA TAL-KULTURA U R-RIAĠENTI

4.1. Il-medium tal-kultura [5]

Triptun | 10·0g |

Estratt tal-ħmira | 3·0g |

Estratt tal-laħam | 1·5g |

Glukosju | 1·0g |

Agar (skond il-kwalità) | 10·0 sa 20·0g |

Ilma | 1000 ml |

pH 6·5 (wara l-isterilizzazzjoni). | |

4.2. Il-medium ta’ l-analiżi

Glukosju | 10·0g |

Estratt tal-ħmira | 2·5g |

Fosfat tad-dipotassju ta’ l-idroġenu, K2HPO4 | 0·69g |

Fosfat tad-dipotassju ta’ l-idroġenu, KH2PO4 | 0·45g |

Agar (skond il-kwalità) | 10·0 sa 20·0g |

Ilma | 1000 ml |

pH 6 (wara l-isterilizzazzjoni). | |

4.3. Etanol 20 % (v/v): żid 200 ml ta’ l-etanol ma’ 800 ml ilma.

4.4. Metanol, anidridu.

4.5. Metanol 90 % (v/v): żid 900 ml ta’ metanol (4.4) ma’ 100 ml ilma.

4.6. Metanol 50 % (v/v): żid 500 ml tal-metanol (4.4) ma’ 500 ml ilma.

4.7. Ossidu ta’ l-aluminju, ggranulat (alcoa F, 20 mesh alumina attivata UG 1: F. Lancaster and Co., jew ekwivalenti).

4.8. Sustanzi standard: sodju tal-monensin ta’ attività magħrufa (eż. mil-Laboratorju Internazzjonali għal Standards Bijoloġiċi.. Central Veterinary Laboratory, Weybridge, UK —Surrey KT 15 3NB).

5. L-APPARAT

5.1. Evaporatur dawwari ta’ vakwu, bi fjasketta biż-żaqq tond ta’ 250 ml.

5.2. Tubu tal-ħġieġ għall-kromatografija, djametru intern 25 mm, tul: 400 mm, b’tarf miftuħ ta’ 2 mm dijametru.

5.3. Tubu tal-ħġieġ għall-kromatografija, djametru intern: 11-il mm, tul: bejn wieħed u ieħor 300 mm, b’tarf miftuħ ta’ 2 mm dijametru.

6. SOLUZZJONIJIET STANDARD

Ħoll kwantità peżata b’mod eżatt tas-sustanza standard (4.8) fil-metanol (4.4) u żid biex tagħti soluzzjoni prinċipali li tikkontjeni 800 μg. Maħżuna fi fjasketti magħluqa bit-tapp f’4 °C, din is-soluzzjoni hi stabbli għal sa ġimagħtejn.

Minn din is-soluzzjoni prinċipali ipprepara b’dilwizzjoni suċċessiva b’50 % metanol (4.6) is-soluzzjonijiet li ġejjin:

S8 | 8·0 μg/ml |

S4 | 4·0 μg/ml |

S2 | 2·0 μg/ml |

S1 | 1·0 μg/ml |

7. IL-PREPARAZZJONI TA’ L-ESTRATT

7.1. L-estrazzjoni

7.1.1. It-taħlitiet minn qabel

Iżen kwantità ta’ kampjun ta’ 2 gm, żid 100 ml ta’ 90 % metanol (4.5), omoġenizza u ċċentrifuga għal ftit minuti. Iddilwixxi s-soluzzjoni supernatanti ma’ 50 % metanol (4.6) biex tottjeni kontenut tas-sodju monensin mistenni ta’ 8 μg/ml (= U8).

7.1.2. Affarijiet ta’ l-ikel għall-annimali b’livell ta’ sodju monensin mhux iktar baxx minn 50 ppm

Ippeża kwantità ta’ kampjun ta’ 10 sa 20 g, żid 100 ml ta’ 90 % metanol (4.5), omoġenizza għal 15-il minuta u ħalliha toqgħod.

Inserixxi għeluq tat-tajjar fit-tarf dejjaq ta’ tubu tal-ħġieġ (5.2) u żid l-ossidu ta’ l-aluminju (4.7) b’daqqiet ħfief sakemm il-kolonna tilħaq 75 sa 80 mm għoli.

Ferra’ l-estratt għal fuq il-kolonna ta’ l-ossidu ta’ l-aluminju u iġbor il-filtrat. Żid 30 ml tal-filtrat ma 50 ml ilma. Agħmel diluwizzjonijiet sussegwenti ma’ 50 % metanol (4.6) biex tottjeni kontenut mistenni ta’ sodju tal-monensin 8 μg/ml (= U8).

7.1.3. Affarijiet ta’ l-ikel għall-annimali b’livell tas-sodju tal-monensin iktar baxx minn 50 ppm (sa limitu ta’ 10 ppm)

Ippeża kwantità ta’ kampjun ta’ 10 sa 20 g, żid 100 ml ta’ 90 % metanol (4.5) u omoġeniżża għal 15-il minuta. Iċċentrifuga sakemm ċar.

Għal kampjun li jikkontjeni 20 ppm ta’ sodju tal-monensin, ħu 40 ml tal-likwidu supernatanti. Għal kampjunli jikkontjeni 10 ppm, ħu 80 ml u evapora san-nixfa taħt vakwu fuq evaporatur dawwari (5.1) u mhux iktar minn 40 °C. Ħoll ir-residwu f’10 ml ta’ 90 % metanol (4.5).

Inserixxi għeluq tat-tajjar fit-tarf dejjaq tat-tubu tal-ħġieġ (5.3) u żid ossidu ta’ l-aluminju (4.7) b’daqqiet ħfief sakemm il-kolonna tilħaq 75 sa 80 mm għoli.

Ferra s-soluzzjoni metanolika tar-residwu għal fuq il-kolonna ta’ l-ossidu ta’ l-aluminju u iġbor il-filtrat. Aħsel il-kolonna b 10 ml ta’ 90 % metanol (4.5) u kkombina l-ħasliet mal-filtrat.

Evapora s-soluzzjoni għal nixfa taħt vakwu fuq evaporatur dawwari (5.1) b’inqas minn 40 °C. Ħoll ir-residwu f’10 ml ta’ metanol anidruż (4.4) u żid sa 20 ml bl-ilma. Iċċentrifuga s-soluzzjoni f’mill-inqas 4000 r/min għal mill-inqas ħames minuti. Agħmel dilwizzjonijiet sussegwenti b’ 50 % metanol (4.6) biex tottjeni kontenut ta’ sodu ta’ monensin ta’ 8 μg/ml (= U8).

7.2. Soluzzjonijiet ta’ analiżi

Mis-soluzzjoni U8 ipprepara soluzzjonijiet U4 (kontenut mistenni: 4 μg/ml), U2 (kontenut mistenni: 2 μg/ml) u U1 (kontenut mistenni: 1 μg/ml) permezz ta’ dilwizzjoni suċċessiva (1 + 1) b’50 % metanol (4.6).

8. PROĊEDURA TA’ ANALIŻI

8.1. It-tilqim tal-medium ta’ analiżi

Laqqam il-medium ta’ analiżi (4.2) bis-sospensjoni ta’ l-ispora (3.2) f’50 sa 60 °C. Permezz ta’provi preliminari fuq pjanċi b’medium ta’ analiżi (4.2) iddetermina l-kwantità tas-sospensjoni ta l-ispora meħtieġa biex tagħtihom l-akbar żoni u dawk l-iktar ċari ta’ inibizzjoni bil-varji konċentrazzjonijiet ta’ sodju ta’ monensin.

8.2. Il-preparazzjoni tal-pjanċi

It-tixrid permezz ta’ agar jitwettaq fi pjanċi bl-erba’ konċentrazzonijiet tas-soluzzjoni standard (S8, S4, S2, S1) u bl-erba konċentrazzjonijiet tas-soluzzjoni ta’ analiżi (U8, U4, U2, U1). Dawn l-erba’ konċentrazzjonijiet ta’ estratt u standard għandhom neċessarjament jitqiegħdu f’kull pjanċa. Għal dan l-iskop, agħżel pjanċi kbar biżżejjed biex jippermettu mill-inqas tmien toqbiet b’dijametru ta’ 10 sa 13-il mm u mhux inqas minn 30 mm bejn iċ-ċentri li għandhom isiru fil-medium ta’ l-agar. It-test jista jitwettaq fuq pjanċi li jikkonsistu f’folja tal-ħġieġ b’ċirku ta’ superfiċi ta’ l-aluminju jew tal-plastik imqiegħed fuq, 200 mm fi djametru u 20 mm għoli.

Ferra’ fil-pjanċi kwantità tal-medium (4.2), imlaqqma bħal f’8.1, biex tagħti saff madwar 2 mm oħxon (60 ml għal pjanċa ta’ dijametru ta’ 200 mm) Ħalliha toqgħod f’pożizzjoni livell, taqqab it-toqob u qiegħed fihom volumi mkejla eżatt ta’ soluzzjonijiet ta’ analiżi u standard (bejn 0710 u 0715 ml għal kull toqba, skond id-dijametru). Applika kull konċentrazzjoni mill-inqas erba darbiet sabiex kull determinazzjoni hi soġġetta għal evalwazzjoni ta’ 32 żona ta’ inibizzjoni.

8.3. L-inkubazzjoni

Inkuba l-pjanċi għal bejn wieħed u ieħor 18-il siegħa f’35 sa 37 °C.

9. IL- VALUTAZZJONI

Kejjel id-djametru taż-żoni ta’ inibizzjoni sa l-eqreb 0· 1 mm. Irreġistra l-kejl medju għal kull konċentrazzjoni fuq karta grafika semilogaritimika li turi l-logaritmu tal-konċentrazzjonijiet f’relazzjoni mad-djametri taż-żoni ta’ inibizzjoni. Pinġi l-linji ta’ "l-aħjar qagħda" ta’ kemm is-soluzzjoni standard u l-estratt, per eżempju bħal taħt.

Iddetermina l-punt ta’ "l-aħjar qagħda" għal-livell standard l-iktar baxx (SL) bl-użu tal-formula:

SL =

10

Iddetermina l-punt ta’ "l-aħjar qagħda" għal-livell standard l-iktar għoli (SH) bl-użu tal-formula:

SH =

10

Bl-istess mod, ikkalkula l-punti ta’ "l-aħjar qagħda" għal-livell ta’ l-estratt l-iktar baxx (UL) u l-livell l-iktar għoli ta’ l-estratt (UH) billi tissostitwixxi U1, U2, U4 uU8 għal S1, S2, S4 u S8 fil-formuli ta’ hawn fuq.

Irreġistra l-valuri kkalkolati SL u SH fuq listess karta grafika u għaqqadhom biex tagħti l-linja ta’ "l-aħjar qagħda" għas-soluzzjoni standard. Bl-istess mod, irreġistra UL u UH u għaqqadhom biex tagħti l-linja ta’ "l-aħjar qagħda" għall-estratt.

Fl-assenza ta’ xi interferenza l-linji għandhom ikunu paralleli. Għal skopijiet prattiċi l-linji jistgħu jiġu kkunsidrati paralleli jekk il-valuri (SH-SL) u (UH-UL) ma jvarjawx b’iktar minn 10 % mill-valur medju tagħhom

Jekk il-linji jinstab li mhumiex paralleli, jew l-U1 u s-S1 jew l-U8 u s-S8 jistgħu jitwarrbu u s-Sl, s-SH, l-UL u l-UH ikkalkulati, bl-użu tal-formuli alternattivi, biex jagħtu l-linji alternattivi ta’ "l-aħjar qagħda":

a')SL = 5 S1 + 2 S2 − S46 | jew | 5 S2 + 2 S4 − S86 |

a')SL = 5 S1 + 2 S2 − S46 | jew | 5 S2 + 2 S4 − S86 |

u bl-istess mod għal UL u UH. Il-linji alternattivi ta’ "l-aħjar qagħda" għandhom jiġu kkontrollati għal paralelliżmu qabel. Il-fatt li r-riżultat ġie kkalkolat minn tliet livelli għandu jiġi nnutat fir-rapport finali.

Meta l-linji huma kkunsidrati bħala paralleli, ikkalkula l-logaritmu tal-log relattiv ta’ attività.

(log. A) permezz ta’ waħda mill-formuli li ġejjin:

log A =

U

+ U

+ U

+ U

– S

– S

– S

– S

8 × 0,602U4 + U8 + S4 + S8 – U1 – U2 – S1 – S2

Għal tliet livelli

log A =

U

+ U

+ U

– S

– S

– S

4 × 0,401U4 + S4 – U1 – S1

jew

log A =

U

+ U

+ U

– S

– S

– S

8 × 0,401U8 + S8 – U2— S2

L-attività reali = l-attività mistennija × l-attività relattiva.

Jekk l-attività relattiva tinstab barra l-firxa ta’ 0· 5 sa 2 ·0, imbagħad irrepeti l-analiżi b’aġġustamenti approprjati għall-konċentrazzjonijiet ta’ l-estratt jew, jekk dan mhuwiex possibbli, għas-soluzzjoni standard. Meta l-attività relattiva ma tistax tinġjieb fil-firxa meħtieġa, kull riżultat ottenut għandu jiġi kkunsidrat bħala approssimat u dan għandu jiġi nnutat fir-rapport finali.

Meta l-linji huma kkunsidrati bħala li mhumiex paralleli, irrepeti d-determinazzjoni. Jekk il-paraelliżmu xorta ma jintlaħaqx, id-determinazzjoni għandha tiġi kkunsidrata bħala insodisfaċenti.

10. IR-RATA TA’ REPETIZZJONI

Id-differenza bejn ir-riżultati ta’ żewġ determinazzjonijiet imwettqa fuq l-istess kampjun, mill-istess analist, m’għandhiex tinqabeż:

- 20 % relatat ma’ l-ogħla valur għal kontenuti ta’ sodju monensin minn 10 sa 25 mg/kg,

- 5 mg/kg, f’valur assolut, għal kontenuti ta’ 25 sa 50 mg/kg,

- 10 % relatat ma’ l-ogħla valur għal kontenuti l fuq minn 50 mg/kg.

[1] Jistgħu jintużaw metodi oħrajn sakemm ikun ġie stabbilit li jagħtu sospensjonijiet simili ta’ l-ispori.

[2] Kull medium kummerċjali tal-kultura ta’ kompożizzjoni simili u li jagħti l-istess riżultati jista’ jintuża..

[3] 1 mg tas-sodju tal-monensin hija ekwivalenti għal 1000 UK unità..

[4] Jistgħu jintużaw metodi oħrajn sakemm ikun ġie stabbilit li jagħtu sospensjonijiet simili ta’ l-ispori.

[5] Kull medium kummerċjali tal-kultura ta’ komposizzjoni simili u li jagħti l-istess riżultati jista’ jintuża.

--------------------------------------------------

Top