EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31980R3245

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3245/80 tal-15 ta’ Diċembru 1980 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2237/77 dwar il-forma ta’ prospett fl-irziezett għandha tintuża għall-iskop biex ikun determinat id-dħul ta’ azjendi agrikoli

ĠU L 341, 16.12.1980, p. 19–19 (DA, DE, EN, FR, IT, NL)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (EL, ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2008; Impliċitament imħassar minn 32008R0868

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1980/3245/oj

31980R3245



Official Journal L 341 , 16/12/1980 P. 0019 - 0019
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 12 P. 0214
Greek special edition: Chapter 03 Volume 32 P. 0031
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 12 P. 0214
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 20 P. 0038
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 20 P. 0038


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3245/80

tal-15 ta’ Diċembru 1980

li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2237/77 dwar il-forma ta’ prospett fl-irziezett għandha tintuża għall-iskop biex ikun determinat id-dħul ta’ azjendi agrikoli

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jikkonċerna l-adeżjoni tar-Repubblika Ellenika mal-Komunità Ewropea u mal-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika [1], iffirmat fit-28 ta’ Mejju 1979, u b’mod partikolari l-Artikolu 146 ta’ l-Att anness miegħu,

Billi taħt l-Artikolu 22 ta’ l-Att, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2237/77 [2], kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KEE) Nru 600/79 [3] għandu jkun emendat f’konformità mal-linji gwida pprovduti fl-Anness II u skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 146 ta’ dak l-Att; konsegwentament, ir-Regolament (KEE) Nru 2237/77 għandu jkun hekk komplut,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Lill-Anness II, Titolu II tar-Regolament (KEE) Nru 2237/77 għandu għalhekk jiżdied kif ġej:

1. taħt

"G. Art u bini, karkassi u kapital li jiċċirkola"

, intestatura

"Deprezzament ta’makkinarju u tagħmir"

, ta’ l-annotament 1 għandha tiżdied:

"Dr 6000";

2. taħt

"I. Taxxa fuq il-Valur Miżjud (VAT)"

, intestatura 107

"sistema tal-VAT"

għandha tiżdied:

"GREĊJA | Numru tal-kodiċi |

VAT mhux applikabbli | 0" |

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jibda’ jseħħ fl-1 ta’ Jannar, 1981.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Brussel, fil-15 ta’ Diċembru 1980.

Għall-Kummissjoni

Finn Gundelach

Viċi-President

[1] ĠU L 291, tad-19.11.1979, p. 9.

[2] ĠU L 263, tas-17.10.1977, p. 1.

[3] ĠU L 78, tat-30.3.1979, p. 22.

--------------------------------------------------

Top