This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31978L0511
Commission Directive 78/511/EEC of 24 May 1978 amending Directive 74/268/EEC laying down special conditions concerning the presence of 'Avena fatua' in fodder plant and cereal seed
Id-Direttiva tal-Kummissjoni tal-24 ta’ Mejju 1978 li temenda d-Direttiva 74/268/KEE li tistipula kondizzjonijiet speċjali dwar il-preżenza ta’ “Avena fatua” fiż-żerriegħa tal-pjanta tal-għalf u taċ-ċereali
Id-Direttiva tal-Kummissjoni tal-24 ta’ Mejju 1978 li temenda d-Direttiva 74/268/KEE li tistipula kondizzjonijiet speċjali dwar il-preżenza ta’ “Avena fatua” fiż-żerriegħa tal-pjanta tal-għalf u taċ-ċereali
ĠU L 157, 15.6.1978, p. 34–34
(DA, DE, EN, FR, IT, NL) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(EL, ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)
No longer in force, Date of end of validity: 12/06/2006; Impliċitament imħassar minn 32006L0047
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 31974L0268 | abolizzjoni | artikolu 1 | 29/05/1978 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Implicitly repealed by | 32006L0047 | 13/06/2006 |
Official Journal L 157 , 15/06/1978 P. 0034 - 0034
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 10 P. 0004
Greek special edition: Chapter 03 Volume 21 P. 0150
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 10 P. 0004
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 14 P. 0118
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 14 P. 0118
Id-Direttiva tal-Kummissjoni tal-24 ta’ Mejju 1978 li temenda d-Direttiva 74/268/KEE li tistipula kondizzjonijiet speċjali dwar il-preżenza ta’ "Avena fatua" fiż-żerriegħa tal-pjanta tal-għalf u taċ-ċereali (78/511/KEE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 66/401/KEE tal-14 ta’ Ġunju 1966 dwar il-bejgħ ta’ żerriegħa tal-pjanta tal-għalf [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 78/55/KEE [2], u partikolarment l-Artikolu 11 ta’ l-istess Direttiva, Billi d-Direttiva msemmija stipulat tolleranzi fir-rigward tal-presenza ta’ l-Avena fatua fiż-żerriegħa tal-pjanta ta’ l-għalf; Billi dawn it-tolleranzi dehru li kienu għolja wisq għal ċerti ħtiġijiet; Billi d-Direttiva tal-Kummissjoni 74/268/KEE tat-2 ta’ Mejju 1974 [3] għalhekk stipulat kondizzjonijiet speċjali fir-rigward tal-preżenza ta’ l-Avena fatua fiż-żerriegħa tal-pjanta tal-għalf; Billi l-Ewwel Direttiva tal-Kummissjoni 78/386/KEE tat-18 ta’ April 1978 li temenda l-Annessi għad-Direttiva tal-Kunsill 66/401/KEE dwar il-bejgħ taż-żerriegħa tal-pjanta tal-għalf [4] stipulat kondizzjonijiet ġodda fil-livell ta’ Komunità fir-rigward tal-preżenza ta’ l-Avena fatua fiż-żerriegħa tal-pjanta tal-għalf; Billi minħabba dawn l-emendi l-kondizzjonijiet speċjali li jinsabu fid-Direttiva 74/268/KEE m’għadhomx aktar meħtieġa; Billi dawn il-kondizzjonijiet speċjali għandhom għalhekk jiġu mħassra sa fejn jolqtu ż-żerriegħa tal-pjanta tal-għalf; Billi l-miżuri li hemm provdut dwarhom f’din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar Żerriegħa w Materjal ta’ Propagazzjoni għall-Agrikoltura, Ortikoltura u Forestrija, ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA: Artikolu 1 L-Artikolu 1 tad-Direttiva 74/268/KEE qiegħed hawnhekk jiġi mħassar. Artikolu 2 L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ, mhux aktar tard mill-1 Lulju 1980, il-liġijiet, regolamenti jew dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva. Minn issa ‘l quddiem għandhom jinformaw lill-Kummissjoni dwar dan, li imbagħad għandha tinforma lill-Istati Membri l-oħra. Artikolu 3 Din id-Direttiva hija ndirizzata lill-Istati Membri. Magħmul fi Brussel, fl-24 ta’ Mejju 1978. Għall-Kummissjoni Finn Gundelach Viċi-President [1] ĠU C 125, tal-11.7.1966, p. 2298/66. [2] ĠU L 16, ta’ l-20.1.1978, p. 23. [3] ĠU L 141, ta’ l-24.5.1974, p. 19. [4] ĠU L 113, tal-25.4.1978, p. 1. --------------------------------------------------