Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31977D0587

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-13 ta' Settembru 1977 li twaqqaf proċedura ta' konsultazzjoni fuq relazzjonijiet bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi fuq kwistjonijiet ta' trasport bil-baħar u fuq azzjonijiet dwar dawn il-kwistjonijiet f'organizzazzjonijiet internazzjonali

ĠU L 239, 17.9.1977, p. 23–24 (DA, DE, EN, FR, IT, NL)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (EL, ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1977/587/oj

31977D0587



Official Journal L 239 , 17/09/1977 P. 0023 - 0024
Finnish special edition: Chapter 11 Volume 3 P. 0174
Greek special edition: Chapter 07 Volume 2 P. 0025
Swedish special edition: Chapter 11 Volume 3 P. 0174
Spanish special edition: Chapter 07 Volume 2 P. 0067
Portuguese special edition Chapter 07 Volume 2 P. 0067


Id-deċiżjoni tal-Kunsill

tat-13 ta' Settembru 1977

li twaqqaf proċedura ta' konsultazzjoni fuq relazzjonijiet bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi fuq kwistjonijiet ta' trasport bil-baħar u fuq azzjonijiet dwar dawn il-kwistjonijiet f'organizzazzjonijiet internazzjonali

(77/587/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 84(2) tiegħu,

Billi, biex ikunu ikkunsidrati l-iżviluppi li jaffettwaw it-trasport bil-baħar dinji u għall-konsegwenzi tagħhom għall-Istati Membri, huwa xieraq li problemi ta' interess komuni dwar relazzjonijiet bejn l-Istati Membri u terzi pajjiżi f'kwistjonijiet ta' trasport bil-baħar u dwar azzjoni fuq dawn il-kwistjonijiet f'organizzazzjonijiet internazzjonali għandhom ikunu identifikati fi żmien tajjeb;

Billi huwa mixtieq li jkun faċilitat il-bdil ta' informazzjoni u konsultazzjonijiet fuq dawn il-kwistjonijiet u biex titħeġġeġ il-koordinazzjoni, fejn xieraq, ta' l-azzjoni meħuda mill-Istati Membri f'organizzazzjonjiet internazzjonali;

Billi kull Stat Membru għandu jagħti l-benefiċċju ta' l-esperjenza tiegħu fir-relazzjonijiet ma' terzi persuni f'kwistjonijiet ta' trasport bil-baħar lill-Istati Membri oħra u lill-Kummissjoni;

Billi l-informazzjoni f'dan il-qasam tinbidel regolarment f'ċerti organizzazzjonjiet internazzjonali; billi dawn il-proċeduri għandhom ikunu miżjuda fuq il-livell Komunitarju bi bdil ta' informazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

L-Artikolu 1

L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jikkonsultaw lil xulxin, skond il-proċeduri msemmija f'din id-Deċiżjoni:

(a) fuq kwistjonjiet dwar affarijiet tat-trasport bil-baħar u ttrattati f'organizzazzjonjiet internazzjonali, u

(b) fuq l-aspetti varji ta' l-iżvilupp li seħħew fir-relazzjonijiet bejn l-Istati Membri u terzi pajjiżi f'kwistjonijiet tat-trasport tal-baħar, u fuq il-funzjonament ta' ftehim bilaterali u multilaterali konklużi f'din l-isfera.

Il-konsultazzjonijiet għandhom jinżammu fuq talba ta' Stat Membru jew tal-Kummissjoni, fi żmien xahar tat-talba jew ma' l-ewwel opportunità f'każijiet urġenti.

L-Artikolu 2

1. L-għanijiet ewlenin tal-konsultazzjonijiet provduti fl-Artikolu 1 taħt (a) għandhom ikunu:

(a) biex jistabbilixxu flimkien jekk il-kwistjonijiet iqajmux problemi ta' interess komuni;

(b) jiddependu fuq in-natura ta' dawn il-problemi:

- biex jikkonsidraw konġuntament jekk l-azzjoni ta' l-Istati Membri ġewwa l-organizzazzjonjiet konċernati għandhomx ikunu koordinati,

- biex ikun ikkunsidrat konġuntament kull approċċ ieħor li jista' jkun xieraq.

2. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom kemm jista' jkun malajr jibdlu kull informazzjoni ta' rilevanza għall-għanijiet deskritti fil-paragrafu 1.

L-Artikolu 3

1. Għall-għanijiet tal-konsultazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 1 taħt (b), kull Stat Membru għandu jinforma l-Istati Membri l-oħra u l-Kummissjoni ta' l-aspetti varji ta' l-iżviluppi li jkunu seħħew fir-relazzjonijiet tiegħu ma' terzi pajjiżi f'kwistjonijiet tat-trasport bil-baħar, u ta' l-operazzjoni ta' ftehim bilaterali u multilaterali konklużi f'dan il-qasam, jekk jikkonsidra li dan x'aktarx jikkontribwixxi għall-identifikazzjoni ta' problemi ta' interess komuni.

2. L-għanijiet ewlenin tal-konsultazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu biex ikunu eżaminati l-implikazzjonijiet ta' l-informazzjoni provduta u biex ikun ikkunsidrat kull approċċ li jista' jkun xieraq.

3. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi l-Istati Membri b'kull informazzjoni li jkollha dwar il-kwistjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1.

L-Artikolu 4

1. Il-bdil ta' informazzjoni msemmija f'din id-Deċiżjoni għandu jsir permezz tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.

2. Il-konsultazzjonijiet imsemmija f'din id-Deċiżjoni għandhom isiru fil-qafas tal-Kunsill.

3. L-informazzjoni u l-konsultazzjonijiet imsemmija f'din id-Deċiżjoni għandhom ikunu koperti mis-segretezza professjonali.

L-Artikolu 5

Fi tmiem ta' perjodu ta' tliet snin wara d-data tan-notifika ta' din id-Deċiżjoni, il-Kunsill għandu jeżamina mill-ġdid il-proċedura ta' konsultazzjoni biex jemendha jew jissupplimentha, jekk l-esperjenza turi li dan ikun meħtieġ.

L-Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fit-13 ta' Settembru 1977.

Għall-Kunsill

Il-President

A. Humblet

--------------------------------------------------

Top