Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31976R1503

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1503/76 tal-21 ta’ Ġunju 1976 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta’ Koperazzjoni Kummerċjali bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika Islamika tal-Pakistan

    ĠU L 168, 28.6.1976, p. 1–1 (DA, DE, EN, FR, IT, NL)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (EL, ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1976/1503/oj

    Related international agreement

    31976R1503



    Official Journal L 168 , 28/06/1976 P. 0001 - 0001
    Finnish special edition: Chapter 11 Volume 3 P. 0010
    Greek special edition: Chapter 11 Volume 8 P. 0094
    Swedish special edition: Chapter 11 Volume 3 P. 0010
    Spanish special edition: Chapter 11 Volume 6 P. 0123
    Portuguese special edition Chapter 11 Volume 6 P. 0123


    Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1503/76

    tal-21 ta’ Ġunju 1976

    dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta’ Koperazzjoni Kummerċjali bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika Islamika tal-Pakistan

    IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 113 u 114 tiegħu,

    Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni,

    Billi l-Ftehim ta’ Koperazzjoni Kummerċjali nnegozjat bejn il-Komunità u r-Repubblika Islamika tal-Pakistan irid jiġi konkluż,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Il-Ftehim ta’ Koperazzjoni Kummerċjali bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika Islamika tal-Pakistan, li t-test tiegħu huwa anness ma’ dan ir-Regolament, qiegħed hawnhekk jiġi konkluż għan-nom tal-Komunità.

    Artikolu 2

    Il-President tal-Kunsill għandu jinnotifika l-Parti Kontraenti l-oħra, skond l-Artikolu 15 tal-Ftehim, li jkunu ntemmu, fir-rigward tal-Komunità, il-proċeduri neċessarji sabiex dan il-Ftehim jidħol fis-seħħ [1].

    Artikolu 3

    Il-Komunità għandha tkun irrappreżentata fi ħdan il-Kummissjoni Konġunta kif previst fl-Artikolu 8 tal-Ftehim mal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, assistita minn rappreżentanti ta’ l-Istati Membri.

    Artikolu 4

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fil-Lussemburgu, fil-21 ta’ Ġunju 1976.

    F’isem il-Kunsill

    Il-President

    J. Hamilius

    [1] L-iskambju ta’ l-istrumenti tan-notifika li jkunu ntemmu l-proċeduri neċessarji għad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ta’ Koperazzjoni Kummerċjali bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika Islamika tal-Pakistan, iffirmat fi Brussel fl-1 ta’ Ġunju 1976, wara li kien sar fil-25 ta’ Ġunju 1976 fi Brussel, dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ, skond l-Artikolu 15 tiegħu, fl-1 ta’ Lulju 1976.

    --------------------------------------------------

    Top