Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31976R0312

    Ir–Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 312/76 tad-9 ta' Frar 1976 li jemenda d-dispożizzjonijiet li għandhom x'jaqsmu mad-drittijiet tat-trade unions tal-ħaddiema li jinsabu fir-Regolament (KEE) Nru 1612/68 fuq il-libertà tal-moviment fi ħdan il-Komunità

    ĠU L 39, 14.2.1976, p. 2–2 (DA, DE, EN, FR, IT, NL)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (EL, ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 15/06/2011; Imħassar b' 32011R0492

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1976/312/oj

    31976R0312



    Official Journal L 039 , 14/02/1976 P. 0002 - 0002
    Finnish special edition: Chapter 5 Volume 1 P. 0190
    Greek special edition: Chapter 05 Volume 2 P. 0068
    Swedish special edition: Chapter 5 Volume 1 P. 0190
    Spanish special edition: Chapter 05 Volume 2 P. 0069
    Portuguese special edition Chapter 05 Volume 2 P. 0069


    Ir–Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 312/76

    tad-9 ta' Frar 1976

    li jemenda d-dispożizzjonijiet li għandhom x'jaqsmu mad-drittijiet tat-trade unions tal-ħaddiema li jinsabu fir-Regolament (KEE) Nru 1612/68 fuq il-libertà tal-moviment fi ħdan il-Komunità

    IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidra it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 49 tiegħu,

    Wara li kkunsidra il-proposta tal-Kummissjoni,

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1],

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2],

    Billi għandu jiġi speċifikat fl-Artikolu 8 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1612/68 tal-15 ta' Ottubru 1968 dwar il-libertà tal-moviment tal-ħaddiema fil-Komunità [3], illi ħaddiema li huma sudditi ta' Stat Membru u li huma impjegati fit-territorju ta' Stat Membru ieħor għandhom igawdu wkoll trattament ugwali fir-rigward ta' l-eżerċizzju tad-drittijiet trejdunjonistiċi rigward l-eliġibilità għal postijiet ta' amministrazzjoni jew treġija ta' trade union,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    L-Artikolu 1

    L-Artikolu 8 ta' dan ir-Regolament (KEE) Nru 1612/68 għandu jiġi emendat kif ġej:

    1. Dan li ġej għandu jiġi miżjud ma' l-ewwel sentenza ta' paragrafu 1 wara "inkluż id-dritt għall-vot": "u li jkun eliġibbli għall-postijiet t'amministrazzjoni jew treġija ta' trade union".

    2. Il-paragrafu 2 qiegħed hawnhekk jiġi mħassar.

    L-Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal- Komunitajiet Ewropej.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fid-9 ta' Frar 1976.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    G. Thorn

    [1] ĠU C 280, tat-8.12.1975, p. 43.

    [2] ĠU C 12, tas-17.1.1976, p. 2.

    [3] ĠU L 257, tad-19.10.1968, p. 2.

    --------------------------------------------------

    Top