This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31973R3083
Regulation (EEC) No 3083/73 of the Commission of 14 November 1973 on the communication of the information necessary for implementing Regulation (EEC) No 2358/71 on the common organization of the market in seeds
Regolament (KEE) Nru 3083/73 tal-Kummissjoni tal-14 ta' Novembru 1973 dwar il-komunikazzjoni ta' l-informazzjoni meħtieġa għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 2358/71 dwar l-organiżazzjoni komuni tas-suq taż-żrieragħ
Regolament (KEE) Nru 3083/73 tal-Kummissjoni tal-14 ta' Novembru 1973 dwar il-komunikazzjoni ta' l-informazzjoni meħtieġa għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 2358/71 dwar l-organiżazzjoni komuni tas-suq taż-żrieragħ
ĠU L 314, 15.11.1973, p. 20–21
(DA, DE, EN, FR, IT, NL) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(EL, ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)
No longer in force, Date of end of validity: 13/12/2004; Imħassar b' 32004R2081
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Corrected by | 31973R3083R(01) | ||||
Modified by | 31979R0685 | Sostituzzjoni | anness | 26/04/1979 | |
Modified by | 31979R1377 | Sostituzzjoni | anness | 01/07/1979 | |
Modified by | 31986R2811 | Emenda | anness 1.11 | 01/07/1986 | |
Modified by | 31986R2811 | Emenda | NOTE 9.1 | 01/07/1986 | |
Modified by | 31986R2811 | Emenda | artikolu 1 | 01/07/1986 | |
Modified by | 31986R2811 | Emenda | anness 1.10 | 01/07/1986 | |
Modified by | 31988R3642 | Emenda | anness | 27/11/1988 | |
Modified by | 31992R1679 | Emenda | anness | 07/07/1992 | |
Repealed by | 32004R2081 |
Official Journal L 314 , 15/11/1973 P. 0020 - 0021
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 5 P. 0176
Greek special edition: Chapter 03 Volume 10 P. 0041
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 5 P. 0176
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 7 P. 0086
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 7 P. 0086
Ir-Regolament (KEE) Nru 3083/73 Tal-Kummissjoni ta’ l-14 ta’ Novembru 1973 dwar il-komunikazzjoni ta’ l-informazzjoni meħtieġa għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 2358/71 dwar l-organizazzjoni komuni tas-suq taż-żrieragħ IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KEE) Nru 2358/71 [1] tal-Kunsill tas-26 t’Ottubru 1971 dwar l-organiżazzjoni komuni tas-suq taż-żrieragħ, kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KEE) Nru 1707/73 [2], u b’mod partikolari Artikolu 9 tiegħu, Billi Artikolu 9 tar-Regolament (KEE) Nru 2358/71 jistabbilixxi li l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jikkomunikaw lil xulxin l-informazzjoni meħtieġa għall-implimentazzjoni tar-Regolament; billi safejn għandha x’taqsam l-informazzjoni li trid tiġi komunikata lill-Kummissjoni mill-Istati Membri huwa xieraq li tiġi ffissata n-natura tagħha u l-limiti ta’ żmien li fihom għandha tingħata; Billi l-miżuri stabbiliti f’dan ir-Regolament huma skond l-Opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għaż-żrieragħ, ADDOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu Uniku L-Istati Membri jikkomunikaw lill-Kummissjoni, għal kull speċi jew grupp ta’ varjetajiet li għalihom tkun ġiet iffissata għajnuna u għal kull tip ta’ qamħirrun ibridu għaż-żriegħ li għalih ikun ġie ffissat prezz ta’ preferenza, l-informazzjoni elenkata fl-Anness sad-dati speċifikati hemmhekk. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fl-14 ta’ Novembru 1973. Għall-Kummissjoni François-Xavier Ortoli Il-President [1] ĠU L 246, tal-5.11.1971, p. 1. [2] ĠU L 175, tad-29.6.1973, p. 5. -------------------------------------------------- -ANNESS Nru | In-natura ta’ l-informazzjoni (skond l-ispeċji u grupp ta’ varjetà) | Data sa meta għandha tingħata l-informazzjoni | Sena tal-ħsad | Sena kalendarja wara l-ħsad | 1 | Żona totali mdaħħla għaċ-ċertifikazzjoni (f’ettari) | 1 ta’ Lulju | | 2 | Żona totali aċċettata għaċ-ċertifikazzjoni (f’ettari) | 15 ta’ Diċembru | | 3 | Ħsad stmat (f’100 kg) | 15 ta’ Diċembru | | 4 | Kwantitajiet stmati li aktarx ikunu sejrin jiġu preżentati għaċ-ċertifikazzjoni (l-istima għandha ssir fuq il-bażi tal-kwantitajiet ċertifikati qabel) (data proviżorja f’100 kg) | | 1 ta’ Mejju | 5 | Prezz tal-bejgħ nett riċevut minn min ikabbar (figuri proviżorji f’100 kg) | | 1 ta’ Mejju | 6 | Kwantitajiet totali maħsuda (f’100 kg) | | 1 ta’ Ottubru | 7 | Prezz tal-bejgħ nett riċevut minn min ikabbar (figuri finali f’100 kg) | | 1 ta’ Ottubru | 8 | Total ta’ importazzjonijiet u esportazzjonjiet | | 1 ta’ Ottubru | 9 | Ħażniet miżmuma minn min ikabbar u mill-bejjiegħa bl-ingrossa fit-tmiem tas-sena tal-marketing (f’100 kg) | | 1 ta’ Ottubru | 10 | Prezzijiet free-at-frontier (qamħirrum ibridu għaż-żriegħ) (f’100 kg) | 1 ta’ Diċembru, 1 ta’ Jannar, 1 ta’ Frar, 1 ta’ Marzu, 1 ta’ April | --------------------------------------------------