This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31972R1686
Regulation (EEC) No 1686/72 of the Commission of 2 August 1972 on certain detailed rules for aid for seed
Ir-Regolament (KEE) Nru 1686/72 tal-Kummissjon tat-2 ta’ Awissu, 1972 dwar ċerti regoli dettaljati għal għajnuna għaż-żerriegħa
Ir-Regolament (KEE) Nru 1686/72 tal-Kummissjon tat-2 ta’ Awissu, 1972 dwar ċerti regoli dettaljati għal għajnuna għaż-żerriegħa
ĠU L 177, 4.8.1972, p. 26–26
(DE, FR, IT, NL) Edizzjoni(jiet) speċjali oħra
(DA, EL, ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)
Edizzjoni Speċjali bl-Ingliż: Serje I Volum 1972(III) P. 831 - 832
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2004; Imħassar b' 32004R1973
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Implementation | 31971R2358 | Implimentazzjoni | artikolu 3 | 01/07/1972 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Corrected by | 31972R1686R(01) | ||||
Derogated in | 31973R1719 | Deroga | artikolu 3.2 | 01/07/1973 | |
Modified by | 31974R1382 | Sostituzzjoni | artikolu 3.2 | 08/06/1974 | |
Derogated in | 31981R3095 | Deroga | artikolu 3.2 | 31/12/1981 | |
Modified by | 31988R2511 | Tlestija | artikolu 3.1 | 11/08/1988 | |
Modified by | 31998R0709 | Żieda | artikolu 3BIS | 01/07/1998 | |
Modified by | 31998R0709 | Żieda | artikolu 2BIS | 01/07/1998 | |
Modified by | 31998R0709 | Żieda | artikolu 3QUATER | 01/07/1998 | |
Modified by | 31998R0709 | Żieda | artikolu 3TER | 01/07/1998 | |
Modified by | 31998R0709 | Żieda | artikolu 1BIS | 01/07/1998 | |
Modified by | 31998R0709 | Sostituzzjoni | artikolu 3 | 01/07/1998 | |
Modified by | 32002R0800 | Sostituzzjoni | artikolu 3 | 19/05/2002 | |
Modified by | 32002R0800 | Żieda | anness 1 | 19/05/2002 | |
Modified by | 32004R0323 | Emenda | artikolu 3.1 | 01/05/2004 | 30/06/2005 |
Modified by | 32004R0323 | Emenda | artikolu 3BIS.1 | 01/05/2004 | 30/06/2005 |
Repealed by | 32004R1973 |
Official Journal L 177 , 04/08/1972 P. 0026 - 0026
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 4 P. 0234
Danish special edition: Series I Chapter 1972(III) P. 0792
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 4 P. 0234
English special edition: Series I Chapter 1972(III) P. 0831
Greek special edition: Chapter 03 Volume 8 P. 0098
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 6 P. 0059
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 6 P. 0059
Ir-Regolament (KEE) Nru 1686/72 tal-Kummissjon tat-2 ta’ Awissu, 1972 dwar ċerti regoli dettaljati għal għajnuna għaż-żerriegħa IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ekonomika Ewropea; Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2358/71 [1] tas-26 ta’ Ottubru,1972 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiż-żrieragħ, u partikolarment l-Artikoli 3(5) u 9; Billi r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1674/72 [2] tat-2 ta’ Awissu, 1972 stabbilixxa regoli ġenerali għall-għoti u l-iffinanzjar ta’ għajnuna għal żrieragħ; billi hija l-Kummissjoni li tistabbilixxi r-regoli dettaljati rilevanti; Billi, biex ikun żgurat it-tħaddim xieraq tas-sistema ta’ għajnuna, il-kuntratti tat-tkabbir u d-dikjarazzjonijiet tat-tkabbir għandhom ikunu reġistrati biżżejjed kmieni biex issir is-superviżjoni meħtieġa; Billi l-istabbiliment taż-żrieragħ jew minn ikattar jista’ jkun jeħtieġ perjodu biex jitratta, jippakkja u jiċċertifika ż-żrieragħ provduti minn min ikabbar; billi l-għajnuna tista’ għalhekk biss tingħata lil dan ta’ l-aħħar għadd ta’ xhur wara l-ħsad iżda billi xorta waħda jrid ikun stabbilit limitu ta’ żmien; Billi applikazzjonijiet għal għajnuna mibgħuta minn min ikabbar ż-żrieragħ għandhom jagħtu ta’ l-inqas it-tagħrif meħtieġ għal finijiet ta’ superviżjoni; Billi l-miżuri meħtieġa għandhom ikunu stabbiliti għal każijiet fejn stabbiliment taż-żrieragħ jew min ikattar minn xi Stat Membru jkabbar żerriegħa f’xi Stat Membru ieħor; Billi l-miżuri li għalihom hemm ipprovdut f’dan ir-Regolament huma fi qbil ma’ l-Opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għal Żrieragħ; ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 L-Artikolu 3 tar-Regolament (KEE) Nru 2358/71 jitħaddem bi qbil mar-regoli dettaljati li ġejjin. Artikolu 2 Stati Membri jistgħu jiffissaw kull sena l-iskadenzi għar-reġistrazzjoni ta’ kuntratti tat-tkabbir u d-dikjarazzjonijiet li għalihom hemm ipprovdut fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KEE) Nru 1674/72. Artikolu 3 1. Tingħata għajnuna lil min ikabbar iż-żrieragħ bi tweġiba għal applikazzjoni li trid tintbagħat wara l-ħsad u qabel data ffissata mill-Istat Membru fil-kwistjoni għal kull speċi jew grupp ta’ varjetajiet. 2. L-Istat Membru jħallas l-ammont ta’ għajnuna lil min ikabbar qabel ma jgħaddu xahrejn wara li tintbagħat l-applikazzjoni u mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju tas-sena li tiġi wara s-sena tal-ħsad. Artikolu 4 L-applikazzjoni għal għajnuna mill-inqas ikollha: - l-isem u l-indirizz ta’ l-applikant; - il-kwantitajiet ta’ żerriegħa prodotta, espressa fi qnatar sa punt wieħed deċimali; - in-numru ta’ reġistrazzjoni tal-kuntratt ta’ tkabbir jew dikjarazzjoni tat-tkabbir. L-applikazzjoni tintbagħat flimkien ma’ dokumenti ta’ appoġġ biex jintwera li l-kwantitajiet ta’ żerriegħa msemmija ġew uffiċjalment attestati. Artikolu 5 Stabbiliment taż-żrieragħ jew min ikattar billi jkabbar iż-żerriegħa jew li għandu żerriegħa mkabbra f’xi Stat Membru barra dak li fih saret l-approvazzjoni jew ir-reġistrazzjoni għandu jipprovdi lil dak l-Istat Membru l-ieħor, jekk jintlalab, it-tagħrif kollu meħtieġ għal kontroll tad-dritt għal għajnuna. Artikolu 6 Kull Stat Membru jgħarraf lill-Kummissjoni bid-dispożizzjonijiet u l-miżuri adottati għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ għajnuna introdotta mill-Artikolu 3 tar-Regolament (KEE) Nru 2358/71. Artikolu 7 Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Jibda japplika mill-1 ta’ Lulju, 1972. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, 2 ta’ Awissu, 1972. Għall-Kummissjoni Il-President S.L. Mansholt [1] ĠU L 246, 5.11.1971, p. 1. [2] ĠU L 177, 4.8.1972, p. 1. --------------------------------------------------