Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31971R1696

    Ir-Regolament (KEE) Nru 1696/71 tal-Kunsill tas-26 ta' Lulju 1971 Dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħops

    ĠU L 175, 4.8.1971, p. 1–7 (DE, FR, IT, NL)
    Edizzjoni Speċjali bl-Ingliż: Serje I Volum 1971(II) P. 634 - 641

    Edizzjoni(jiet) speċjali oħra (DA, EL, ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2005; Imħassar b' 32005R1952

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1971/1696/oj

    31971R1696



    Official Journal L 175 , 04/08/1971 P. 0001 - 0007
    Finnish special edition: Chapter 3 Volume 4 P. 0005
    Danish special edition: Series I Chapter 1971(II) P. 0569
    Swedish special edition: Chapter 3 Volume 4 P. 0005
    English special edition: Series I Chapter 1971(II) P. 0634
    Greek special edition: Chapter 03 Volume 7 P. 0022
    Spanish special edition: Chapter 03 Volume 5 P. 0060
    Portuguese special edition Chapter 03 Volume 5 P. 0060


    Ir-Regolament (KEE) Nru 1696/71 tal-Kunsill

    tas-26 ta' Lulju 1971

    Dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħops

    IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 42 u 43 tiegħu:

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni;

    Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew [1];

    Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali;

    Billi l-operazzjoni u l-iżvilupp tas-suq komuni fi prodotti agrarji trid tkun akkumpanjata mit-twaqqif ta’ politika agrikola komuni u billi din ta’ l-aħħar għandha tinkludi partikolarment organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrarji, li jistgħu jieħdu diversi forom skond il-prodott ikkonċernat;

    Billi l-produzzjoni Komunitàrja tal-ħops hija ta’ interess speċjali għall-ekonomija ta’ ċerti reġjuni tal-Komunità; billi, għal ċerti bdiewa f’dawn ir-reġjuni, il-produzzjoni tal-ħops tirrappreżenta parti kbira mid-dħul tagħhom;

    Billi, minħabba li l-meraq u l-estratti veġetali tal-ħops m’humiex imniżżlin fl-Anness II tat-Trattat, huma esklużi mill-applikazzjoni tad-disposizzjonijiet li jinsabu fihom dwar l-agrikoltura, filwaqt li l-ħops huma suġġetti għalihom; billi, madankollu, minħabba li l-prodotti in kwistjoni jistgħu bejn wieħed u ieħor jintużaw wieħed flok l-ieħor, din is-sitwazzjoni tista’ tippreġudika l-effett tal-politika agrikola komuni tal-ħops; billi l-miżuri adottati għall-ħops fir-rigward tan-negozju ma’ pajjiżi terzi skond l-Artikolu 113 u r-regoli kummerċjali adottati għall-ħops skond l-Artikolu 235 għandhom jiġu estiżi għall-meraq jew l-estratti veġetali tal-ħops;

    Billi n-negozju internazzjonali tradizzjonalment kellu importanza kbira għall-produtturi u n-nies li jużaw il-ħops fil-Komunità; billi fil-biċċa l-kbira l-akbar qligħ fil-produzzjoni Komunitàrja sa issa nkiseb mill-kompettività tagħha fis-suq internazzjonali kif ukoll mill-aġġustament flessibbli tal-kwalità u l-kwantità tal-produzzjoni fiċ-ċentri tal-bejgħ; billi l-organizzazzjoni komuni tas-swieq ma għandhiex tagħmel xi tibdil bażiku f’din is-sitwazzjoni imma għandha tikkontribwixxi permezz ta’miżuri approprijati għat-titjib tal-kwalità tal-prodotti u tipproteġi lill-produtturi minn xi tnaqqis fil-livell ta’l-għajxien tagħhom;

    Billi politika ta’ kwalità għandha tiġi segwita fil-Komunità kollha kemm hi permezz ta’ disposizzjonijiet implimentattivi relatati maċ-ċertifikazzjoni tad-deskrizzjoni ta’ l-oriġini flimikien mar-regoli li jipprojbixxu, bħala regola ġenerali, in-negozju ta’ prodotti li għalihom iċ-ċertifikat ma jkunx inħareġ jew, fil-każ ta’ prodotti importati, dawk li ma jkunux konformi mal-karatteristiċi tal-kwalità minima ekwivalenti; billi għandha ssir dispożizzjoni għad-definizzjoni tal-kwalità normali li tkun tikkostitwixxi bażi ta’ referenza għat-transazzjonijiet kummerċjali u li tiżgura l-allinjament sodisfaċenti tas-suq;

    Billi jeħtieġ li jkun hemm informazzjoni adegwata dwar l-istat preżenti tas-suq fil-Komunità u l-prospetti għall-iżvilupp tiegħu; billi, f’dan ir-rigward, il-fatt li parti kbira tal-produzzjoni tinbiegħ b’kuntratti konklużi qabel il-ħsad u anke dawk għal diversi snin jistgħu jiffaċilitaw ippjanar bil-quddiem għall-iżvilupp tas-suq; billi għaldaqstant għandha ssir dispożizzjoni għar-reġistrazzjoni tal-kuntratti kollha sabiex jiġu pprovduti l-ħops fil-Komunità; billi, madankollu, din l-informazzjoni għandha tinżamm sigrieta sabiex il-persuni kkonċernati jiġu assigurati li din għandha tintuża kollha kemm hi għal skopijiet ta’ statistika u sabiex b’hekk tinkiseb informazzjoni oġġettiva;

    Billi, sabiex jiġu stabbiliti s-swieq u sabiex jiġi żgurat mod ta’ għajxien ġust għall-Komunità agrikola u prezzijiet raġonevoli għall-prodotti lill-konsumaturi, ċentralizzazzjoni tal-provvista u l-adattament konġunt minn dawk li jkabbru l-prodott tagħhom għall-ħtiġiet tas-suq għandhom jiġu inkoraġġiti;

    Billi għall dan l-għan it-tlaqqigħ ta’ dawk li jkabbru f’korpi li jkunu jeħtieġu li l-membri tagħhom jikkonformaw mar-regoli komuni x'aktarx li għandu jkabbar it-twettiq ta’ l-oġġettivi ta’l-Artikolu 39 tat-Trattat; billi dawn l-għanijiet jistgħu jiġu segwiti, partikolament, mhux biss bit-tlaqqigħ ta’ dawk li jkabbru fi gruppi ta’ produtturi iżda wkoll bil-formazzjoni ta’ unions ta’ dawn il-gruppi;

    Billi biex tiġi evitata kwalunkwe diskriminazzjoni bejn il-produtturi u biex tiġi żgurata l-unità u effettività ta’ kwalunkwe azzjoni meħuda, għandhom jiġu ffissati kondizzjonijiet għall-Komunità kollha, li magħhom il-gruppi tal-produtturi u l-unions tal-gruppi għandhom jikkonformaw sabiex dawn jiġu rikonoxxuti mill-Istati Membri; billi biex tinkiseb ċentralizzazzjoni effettiva tal-produzzjoni huwa neċessarju partikolament li l-gruppi u l-unions ikunu ta’ daqs ekonomiku vijabbli u li l-produzzjoni kollha tal-produtturi membri fil-gruppi għandha tinbiegħ jew direttament mill-grupp jew mill-union jew mill-produtturi, skond regoli komuni;

    Billi għandha ssir dispożizzjoni għal miżuri kkalkulati sabiex jiffaċilitaw it-twaqqif u l-funzjoni ta’ dawn il-gruppi; billi, għal dan l-għan, l-Istati Membri għandhom jitħallew jagħtuhom għajnuna li tkun iffinanzjata parzjalment mill-Komunità; billi, madankollu, l-ammont ta’ din l-għajnuna għandu jkun limitat u din għandha tkun innominata bħala temporanja u digressiva sabiex ir-responsabbiltà finanzjarja tal-produtturi tikber progressivament;

    Billi ċerti oqsma Komunitarji tal-ħops għandhom bżonn jiġu addattati fir-rigward tal-varjetajiet imkabbra u tal-possibbiltà li l-operazzjonijiet tal-koltivazzjoni tal-ħsad ikunu bis-sens; billi, għal ċertu għadd ta’ snin, il-konverżjoni ta’ l-oqsma tal-ħops għad-diversi varjetajiet u r-riorganizzazzjoni tagħhom għandha tiġi ffaċilitata billi tingħata għajnuna speċifika lill-gruppi tal-produtturi li jagħmlu dawn l-attivitajiet;

    Billi, sabiex jiġi żgurat livell ta’ għajxien ġust għall-produtturi, għandha tkun ipprovduta sistema ta’ għajnuna; billi l-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Kunsill kull sena wara li jinbiegħ il-ħsad sabiex hu jkun jista’ jiddeċiedi jekk din l-għajnuna għandhiex tiġi ffissata; billi l-għajnuna tista’ tingħata jekk l-eżami ta’ dan ir-rapport turi li l-qligħ medju għall kull ettaru ma kienx biżejjed waqt li jitqies l-istat peżenti u x-xejra prevedibbli tas-suq;

    Billi l-miżuri proposti għandhom jgħinu biex tiġi pprovduta sistema ta’ importazzjoni li ma tkunx tinkludi miżuri ħlief l-implimentazzjoni tat-Tariffa Doganali Komuni; billi dik it-tariffa tgħodd awtomatikament taħt it-Trattat mill-1 ta’ Jannar 1970;

    Billi dawn il-miżuri jagħmluha possibbli li tiġi rrevokata r-restrizzjoni kwantitattiva kollha fil-fruntieri esterni tal-Komunità; billi din il-proċedura tista’, madankollu, f’każijiet eċċezzjonali, tinstab li ma tkunx effettiva; billi, f’dawn il-każijiet, biex is-suq Komunitarju ma’ jibqax bla difiża kontra disturbi li jistgħu jqumu minnu la darba l-ostakli għal importazzjoni li kienu jeżistu qabel ikunu tneħħew, il-Komunità għandha tkun tista’ tieħu l-miżuri kollha neċessarji mill-aktar fis;

    Billi, fin-negozju Komunitarju intern, l-imposizzjoni ta’ kwalunkwe dazju jew imposti li jkollhom effett ekwivalenti u l-applikazzjoni ta’ kwalunkwe restrizzjoni kwantitattiva jew kwalunkwe miżura li jkollha effett ekwivalenti huma awtomatikament ipprojbiti mill-1 ta’ Jannar 1970 skond id-disposizzjonijiet tat-Trattat; billi, finalment, fl-assenza tal-prezzijiet minimi fl-31 ta’ Diċembru 1969, ir-rikors għall-Artikolu 44 tat-Trattat huwa awtomatikament eskluż mill-1 ta’ Jannar 1970;

    Billi l-effettività tal-miżuri kollha li jirregolaw l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħops tiġi ppreġudikata bl-għoti ta’ ċerta għajnuna min-naħa ta’ l-Istati Membri; billi d-disposizzjonijiet tat-Trattat biex jippermettu biex l-għajnuniet li jingħataw mill-Istati Membri jiġu vvalutati u l-għajnuniet li jkunu inkompattibli mas-suq komuni jiġu pprojbiti għandhom jiġu applikati għas-suq tal-ħops; billi, madankollu, trid issir disposizzjoni għal sistema temporanja għall-għajnuna nazzjonali li tingħata għall-kuntratti li jdumu diversi snin u li jkunu saru qabel id-dħul fis-seħħ ta’l-organizzazzjoni komuni tas-suq;

    Billi l-Komunità għandha tkun responsabbli finanzjarjament għall-ispiża li ssir mill-Istati Membri bħala riżultat ta’ l-obligazzjonijiet li jinħolqu mill-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, skond id-disposizzjonijiet tar-regolamenti dwar l-iffinanzjar tal-politika agrikola komuni;

    Billi t-tranżizzjoni mis-sistema in vigore fl-Istati Membri lejn dik imwaqqfa minn dan ir-Regolament għandha issir taħt l-aqwa kondizzjonijiet; billi, għal din ir-raġuni, miżuri temporarji jistgħu jkunu neċessarji;

    Billi l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħops trid tqis, fl-istess ħin u b’manjiera approprjata, l-oġġettivi msemmija fl-Artikoli 39 u 110 tat-Trattat;

    Billi, sabiex tiffaċilita l-implimentazzjoni tad-disposizzjonijiet proposti, għandha tiġi stabbilita proċedura biex titwaqqaf kooperazzjoni mill-qrib bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni f’Kumitat ta’ l-Amministrazzjoni;

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    1. Għandha tiġi stabbilita organizzazzjoni komuni għas-suq tal-ħops, li tkun tkopri l-prodotti li ġejjin:

    It-titolu tas-CCT Nru | Deskrizzjoni ta’l-oġġetti |

    12.06 | Konti tal-ħop u lupulin |

    2. Ir-regoli li għandhom x’jaqsmu mal-bejgħ u l-kummerċ ma’ pajjiżi terzi għandhom jgħoddu wkoll għall-prodotti li ġejjin:

    It-titolu tas-CCT Nru | Deskrizzjoni ta’l-oġġetti |

    13.03 A VI | Sapstal-ħaxix u estratti tal-ħops |

    3. Għall-fini ta’ dan ir-Regolament,

    (a) “ ħops” tfisser fjorituri ġewwinija mnixxfa, magħrufa ukoll bħala koni, tal-ħop (feminili) li tixxeblek (humulus lupulus); dawn il-fjorituri ġewwinija, li jkunu sofor fil-ħadrani u ta’ forma ta’ bajda, ikollhom iz-zokk ta’ fjura u l-itwal daqs ġeneralment ivarja bejn 2 sa 5 ċm;

    (b) "trab tal-hop" tfisser il-prodott miksub mit-tħin tal-ħops, li jkun fih l-elementi naturali kollha tagħhom;

    (ċ) "trab tal-ħop b’kontenut ogħla ta’ lupulin" tfisser il-prodott miksub mit-tħin tal-ħops wara t-tneħħija mekkanika tal-weraq, iz-zkuk u l-brakti u r-rakidi;

    (d) "estratt tal-ħop" tfisser il-prodotti kkonċentrati miksuba permezz ta’l-azzjoni ta’ solventi tal-ħops;

    (e) "prodotti mħallta tal-ħop" tfisser taħlita ta’ tnejn jew aktar mill-prodotti msemmijin hawn fuq.

    Titolu I

    Il-bejgħ

    Artikolu 2

    1. Il-prodotti msemmijin fl-Artikolu 1, maħsudin fil-Komunità jew ippreparati mill-ħops maħsudin fil-Komunità, għandhom ikunu suġġetti għall-proċedura ta’ ċertifikazzjoni fir-rigward ta’ l-indikazzjoni ta’ l-oriġini.

    2. Iċ-ċertifikat jista’ jinħareġ biss għall-prodotti:

    - maħsuda fil-lokalitajiet tal-produzzjoni rikonoxxuti jew li jiġu ppreparati minn dawn il-prodotti;

    - li jappartjenu għat-tip fil-lista Komunitarja tat-tipi, jew li jiġu ppreparati minn dawn il-prodotti; u

    - ta’ normi kwalitattivi li jissodisfaw il-limiti kummerċjali minimi validi għal stadju speċifiku ta’ bejgħ.

    3. Il-Kunsill, waqt li jaġixxi skond il-proċedura tal-voti stabbilita fl-Artikolu 43 (2) tat-Trattat fuq proposta mill-Kummisjoni, għandu jadotta, għall kull prodott, ir-regoli ġenerali għall-proċedura tac-ċertifikazzjoni rigward l-indikazzjoni ta’ l-oriġini u d-data ta’ l-implimentazzjoni tagħha.

    Artikolu 3

    1. Fejn prodotti msemmijin fl-Artikolu 1 ikunu suġġetti għall-proċedura ta’ ċertifikazzjoni rigward l-indikazzjoni ta’l-oriġini, dawn jistgħu biss jinbiegħu jew jiġu esportati jekk iċ-ċertifikat ikun inħareġ.

    2. Miżuri ta’ deroga mid-disposizzjoni stabbilita fil-paragrafu 1 jistgħu jiġu deċiżi skond il-proċedura prevista fl-Artikolu 20:

    (a) sabiex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti kummerċjali ta’ ċerti pajjiżi terzi; jew

    (b) għall-prodotti intiżi għal użi speċjali.

    Il-miżuri previsti fis-subparagrafu preċedenti għandhom:

    - ma jkunux jippreġudikaw il-bejgħ normali ta’ prodotti li għalihom ikun inħareġ iċ-ċertifikat ta’ l-indikazzjoni ta’ l-oriġini,

    - u jkunu akkumpanjati minn garanziji intiżi biex jevitaw kwalunkwe konfużjoni ma’ dawk il-prodotti.

    Artikolu 4

    1. Normi kwalitattivi għall-ħops maħsud fil-Komunità għandhom jiġu definiti fuq il-bażi tal-karatteristiċi esterni u l-kriterji oġġettivi.

    2. Regoli għall-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati skond il-proċedura prevista fl-Artikolu 20.

    Artikolu 5

    1. Il-prodotti msemmijin fl-Artikolu 1 li ġejjin minn pajjiżi terzi jistgħu jiġu importati biss jekk in-normi kwalitattivi tagħhom ikunu talanqas ekwivalenti għal-limiti kummerċjali minimi adottati għal prodotti simili, maħsudin fil-Komunità, jew għad-derivattivi tagħhom.

    2. Il-prodotti msemmijin fl-Artikolu 1 għandhom jiġu kkunsidrati li jkunu tal-kwalità msemmija fil-paragrafu 1 jekk ikunu akkumpanjati minn ċertifikat maħruġ mill-awtoritajiet tal-pajjiż ta’ l-oriġini u rikonoxxuti bħala ekwivalenti għaċ-ċertifikat ta’ l-indikazzjoni ta’ l-oriġini.

    L-ekwivalenza ta’ dawn iċ-ċertifikazzjonijiet għandhom jiġu vverifikati skond il-proċedura prevista fl-Artikolu 20.

    3. Regoli għall-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati skond il-proċedura prevista fl-Artikolu 20.

    Titolu II

    Il-kuntratt tal-provvista

    Artikolu 6

    1. Kwalunkwe kuntratt għall-provvista tal-ħops imkabbra fil-Komunità li jiġi ffinalizzat bejn produttur jew assoċjazzjoni ta’ produtturi u xerrej għandu jiġi rreġistrat minn korpi nnominati apposta minn kull Stat Membru produttur.

    2. Kuntratti relatati mal-produzzjoni ta’ kwantitajiet speċifiċi bi prezzijiet miftiehma għal perjodu li jkun ikopri ħsad wieħed jew aktar u li jiġi konkluż qabel l-1 ta’ Awwissu tas-sena ta’ l-ewwel ħsad ikkonċernat għandhom ikunu magħrufa bħala "kuntratti konklużi bil-quddiem". Dawn għandhom jiġu rreġistrati separatament.

    3. L-Istati Membri għandhom minn żmien għal żmien jipprovdu lill-Kummissjoni informazzjoni statistika dwar ir-reġistrazzjoni tal-kuntratti.

    4. L-informazzjoni li fuqha hija bbażata r-reġistrazzjoni tista’ tintuża biss għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament.

    5. Regoli għall applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati skond il-proċedura prevista fl-Artikolu 20.

    Titolu III

    Il-gruppi produtturi

    Artikolu 7

    1. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, "gruppi produtturi rikonoxxuti" tfisser grupp ta’ produtturi tal-ħops, rikonoxxuti minn Stat Membru skond id-disposizzjonijiet tal-paragrafu 3 u fformati fuq l-inizjattiva tal-produtturi bl-iskop ta’, partikolarment:

    (a) l-addattament konġunta tal-produzzjoni tagħhom għall-ħtiġiet tas-suq,

    (b) it-titjib tal-produzzjoni billi jbiddlu għal varjetajiet differenti u billi jirriorganizzaw l-oqsma tal-ħops,

    (ċ) il-promozzjoni tar-razzjonalizzazzjoni u l-mekkanizzazzjoni ta’ l-operazzjonijiet tal-kultivazzjoni u l-ħsad biex il-produzzjoni jagħmluha aktar tirrendi.

    2. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, "għaqdiet rikkonoxxuti" tfisser union ta’ gruppi ta’ produtturi rikonoxxuti li jsegwu l-istess għanijiet bħal dawn il-gruppi u li jkunu rikonoxxuti minn Stat Membru skond id-disposizzjonijiet tal-paragrafu 3.

    3. L-Istati Membri għandhom jirrikonoxxu l-gruppi tal-produtturi u l-unions tagħhom li jitolbu r-rikonoxximent u li jwettqu l-kondizzjonijiet ġenerali li ġejjin; huma għandhom:

    (a) japplikaw regoli komuni għall-produzzjoni u l-bejgħ (l-ewwel stadju tan-negozju);

    (b) jinkludu fl-istatuti tagħhom l-obbligazzjoni li produtturi li jkunu membri ta’ gruppi fil-każ ta’ gruppi ta’ produtturi rikonoxxuti li jkunu membri tal-unions tagħhom:

    - jew li jbiegħu l-prodott kollu li permezz tiegħu huma jkunu membri tal-grupp jew l-union skond ir-regoli tal-konsenja u l-bejgħ stabbiliti u kkontrollati mill-grupp jew l-għaqda rispettivament,

    - jew li jkollhom il-prodott kollu tagħhom li fir-rigward tiegħu jkunu ngħataw rikonoxximent mibjugħ mill-grupp jew l-union rispettivament, jew fl-isem u għan-nom tal-membri, jew għan-nom tal-membri, jew fl-isem u għan-nom tal-grupp jew l-union.

    Safejn għandhom x’jaqsmu l-gruppi tal-produtturi, dan l-obbligu m’għandux jgħodd għall-prodotti:

    - li għalihom il-produtturi jkunu kkonkludew kuntratti ta’ bejgħ jew taw għażliet qabel ma ssieħbu fil-grupp, sakemm il-grupp ikun ġie infurmat qabel dawn il-produtturi ssieħbu safejn u għal kemm żmien ikunu l-obbligazzjonijiet li ġew hekk ikkuntratti u jkunu approvahom;

    - li l-produtturi jkunu jistgħu jeskludu milli jinbiegħ mill-grupp wara li jkunu ssieħbu u bl-approvazzjoni espressa tal-grupp;

    (ċ) jagħtu prova ta’ attività ekonomikament vijabbli;

    (d) jeskludu fil-kamp ta’ l-attività tagħhom kwalunkwe diskriminazzjoni bejn il-produtturi Komunitarji jew il-gruppi fir-rigward, partikolarment, tan-nazzjonalità tagħhom jew tal-post fejn ikunu stabbiliti;

    (e) jinkludu fl-istatuti tagħhom disposizzjonijiet intenzjonati li jiżguraw li l-membri ta’ grupp jew ta’ union li jixtiequ jirrinunzjaw għas-sħubija tagħhom ikunu jistgħu jagħmlu dan biss jekk:

    - wara perjodu ta’ tlett snin ta’ sħubija fil-grupp jew l-union;

    - u bil-kondizzjoni li huma jinformaw lill-grupp jew lill-union bl-intenzjoni tagħhom talanqas tnax-il xahar qabel ma jitilqu;

    (f) ikollhom il-kapaċità legali neċessarja skond id-disposizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li jwettqu x-xogħol legali skond il-kompetenza tagħhom;

    (g) jinkludu fl-istatuti tagħhom l-obbligazzjoni li jżommu kontijiet separati għall-attivitajiet li fir-rigward tagħhom huma jkunu ġew rikonoxxuti.

    4. L-awtorità kompetenti li tirrikonoxxi l-gruppi tal-produtturi u l-unions tagħhom għandha tkun l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu l-grupp tal-produtturi jew l-union ikollha l-uffiċju rreġistrat tagħha.

    5. Regoli għall-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu u partikolarment dawk li jikkonċernaw il-kondizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 3 (a) u (c) għandhom jiġu adottati skond il-proċedura prevista fl-Artikolu 20.

    Artikolu 8

    L-Istati Membri jistgħu jagħtu għajnuna lil gruppi ta’ produtturi rikonoxxuti għal tlett snin wara d-data tar-rikonoxximent tagħhom sabiex jinkorraġġixxu l-formazzjoni tagħhom u biex jiffaċilitaw l-operat tagħhom. Għall-ewwel, it-tieni u t-tielet sena rispettivament, l-ammonti ta’ din l-għajnuna ma jistgħux jaqbżu t-3 %, it-2 % u l-1 % tal-valur tal-prodotti mibjugħa li għalihom ikun jirreferi r-rikonoxximent. L-għajnuna ma tistax, madankollu, taqbeż matul l-ewwel sena 60 %, matul it-tieni sena 40 % u matul it-tielet sena 20 % ta’ l-ispejjeż amministrattivi tal-gruppi tal-produtturi.

    Il-valur tal-prodotti mibjugħa għandu jiġi kkalkulat b’rati normali, għal kull sena, fuq il-bażi ta’:

    - il-produzzjoni medja mibjugħa mill-membri produtturi matul it-tlett snin kalendarji qabel ma jkunu ssieħbu,

    - il-medja tal-prezzijiet tal-produtturi miksuba minn dawk il-produtturi matul l-istess perjodu.

    Artikolu 9

    L-Istati Membri jistgħu jagħtu għajnuna lill-gruppi produtturi, għal operazzjonijiet li jkunu saru mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 1975, ta’ massimu ta’ 1500 unità tal-kontijiet għal kull ettaru, li għandhom jintużaw għall-bdil tad-diversi varjetajiet u għar-riorganizzazzjoni ta’ l-oqsma tal-ħops kif imsemmi fl-Artikolu 7 (1) (b).

    Artikolu 10

    1. Il-Kunsill, waqt li jkun jaġixxi skond il-proċedura tal-votazzjoni prevista fl-Artikolu 43 (2) tat-Trattat, fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu jadotta regoli ġenerali għall-applikazzjoni ta’ l-Artikoli 8 u 9.

    2. Regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’l-Artikoli 8 u 9 għandhom jiġu stabbiliti skond il-proċedura prevista fl-Artikolu 20.

    IT-TITOLU IV

    L-għajnuna lill-produtturi

    Artikolu 11

    Kull sena qabel it-30 ta’April il-Kummissjoni għandha tressaq rapport quddiem il-Kunsill dwar is-sitwazzjoni li tirrigwarda l-produzzjoni u l-bejgħ tal-ħops.

    Ir-rapport għandu jqis, partikolarment, it-tendenzi tal-prezzijiet u l-iżviluppi ta’ l-oqsma tal-ħops, il-produzzjoni u l-ħtiġiet.

    Artikolu 12

    1. Sistema ta’ għajnuna għandha tiġi stabbilita għall-ħops imkabbra fil-Komunità.

    2. Għajnuna tista’ tingħata lill-produtturi sabiex tgħinhom jilħqu dħul xieraq.

    3. L-ammont ta’ din l-għajnuna, għal kull ettaru li tvarja skond it-tip, għandu jkun iffissat waqt li titqies:

    (a) il-medja tal-qligħ ipparagunat mal-medja tal-qligħ mill-ħsad ta’ qabel;

    (b) il-pożizzjoni kurrenti u t-tendenza prevedibbli fil-Komunità;

    (ċ) ix-xejriet esterni tas-suq u l-prezzijiet fis-suq globali.

    4. Meta r-rapport imsemmi fl-Artikolu 11 juri li hemm riskju li jinħolqu eċċessi strutturali jew disturb fl-istruttura tal-provvista tas-suq Komunitarju tal-ħops, l-għoti ta’ l-għajnuna jista’ jkun limitat għal ammont li jkun jikkorrispondi ma’ ċerta lokalità fuq il-bażi tal-medja tal-lokalitajiet ikkoltivati matul it-tlett snin ta’ qabel li jkunu qegħdin jiġu analizzati.

    5. L-ammont ta’ għajnuna li tkun valida għal-lokalitajiet li jirrigwardaw il-ħsad tas-sena ta’ qabel għandhom jiġu ffisati, qabel it-30 ta’ Ġunju, skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 43 (2) tat-Trattat

    Artikolu 13

    1. Għajnuna għandha tingħata lill-produtturi ta’ lokalitajiet irreġistrati li l-wiċċ tagħhom ikun inħasad.

    L-Istati Membri għandhom jinnominaw lill-korpi li jkunu kompetenti biex jirreġistraw, għal kull produttur, il-lokalitajiet li huma ddedikaw biex ikabbru l-ħops, u li jkunu responsabbli għall-kontroll u biex iżommu r-reġistrazzjoni aġġornata.

    2. Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri jistgħu jikkunsidraw grupp ta’ produtturi rikonoxxut bħala produttur wieħed.

    3. Il-Kunsill, waqt li jkun jaġixxi skond il-proċedura tal-votazzjoni prevista fl-Artikolu 43 (2) tat-Trattat fuq proposta mill-Kummisjoni, għandu jadotta regoli ġenerali għall-applikazzjoni ta’ dan l-artikolu.

    4. Regoli dettaljati għall applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu għandhom jiġu stabbiliti skond il-proċedura prevista fl-Artikolu 20.

    IT-TITOLU V

    Is-sistema tal-kummerċ ma’ pajjiżi terzi

    Artikolu 14

    Minbarra kif mod ieħor previst fir-Regolament jew fejn deroga minnu tiġi deċiża mill-Kunsill, waqt li jaġixxi skond il-proċedura tal-votazzjoni prevista fl-Artikolu 43 (2) tat-Trattat fuq proposta mill-Kummissjoni, dan li ġej għandu jkun ipprojbit fil-kummerċ ma’ pajjiżi terzi:

    (a) l-imposizzjoni ta’ taxxa ta’ kwalunkwe tip li jkollha effett ekwivalenti għal dazju;

    (b) l-applikazzjoni ta’ restrizzjonijiet kwantittativi jew xi miżuri li jkollhom effett ekwivalenti.

    Artikolu 15

    1. Jekk, minħabba l-importazzjoni jew l-esportazzjoni, is-suq Komunitarju fil-prodotti msemmija fl-Artikolu 1 iġarrbu jew jiġu mhedda b’disturbi serji li jistgħu jipperikolaw l-oġġettivi ta’l-Artikolu 39 tat-Trattat, miżuri approprjati jistgħu jiġu applikati fil-kummerċ ma’ pajjiżi terzi sakemm dawn id-disturbi jew it-theddid jieqfu.

    Il-Kunsill, waqt li jaġixxi skond il-proċedura tal-votazzjoni prevista fl-Artikolu 43 (2) tat-Trattat fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu jadotta regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ dan il-paragrafu u jiddefinixxi l-każijiet fejn u l-limiti li fihom Stati Membri jistgħu jieħdu miżuri prottettivi.

    2. Jekk ikun hemm is-sitwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha, fuq talba ta’ Stat Membru jew fuq inizjattiva tagħha stess, tiddeċiedi fuq il-miżuri neċessarji; il-miżuri għandhom jiġu kkomunikati lill-Istati Membri u għandhom jibdew jgħoddu immedjatament. Jekk il-Kummissjoni tirċievi talba minn Stat Membru, din għandha tieħu deċizjoni fi żmien erbgħa u għoxrin siegħa minn mindu tirċievi t-talba.

    3. Tista’ ssir referenza mill-Kunsill għall-miżuri deċiżi mill-Kummissjoni minn kwalunkwe Stat Membru fi żmien tlett ijiem ta’ xogħol wara l-jum li fih ikunu ġew ikkomunikati. Il-Kunsill għandu jiltaqa’ mingħajr dewmien. Dan jista’ jemenda jew jirrepeti l-miżuri in kwistjoni skond il-proċedura tal-votazzjoni prevista fl-Artikolu 43 (2) tat-Trattat.

    IT-TITOLU VI

    Id-Disposizzjonijiet Ġenerali

    Artikolu 16

    Minbarra kif mod ieħor pevist f’dan ir-Regolament, l-Artikoli 92, 93 u 94 tat-Trattat għandhom jgħoddu għall-produzzjoni u l-kummerċ tal-prodotti msemmijin fl-Artikolu 1 (1).

    Madankollu, l-għajnuna li tingħata mill-Istat Membru lil produtturi tal-ħops tista’ titkompla matul il-perjodu tal-validità tal-kuntratti li jkunu saru qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, sakemm din l-għajnuna taqbeż l-ammont ta’ l-għajnuna Komunitarja prevista fl-Artikolu 12. Iż-żmien ta’ din l-għajnuna ma jistax jiġi estiż.

    Artikolu 17

    1. Id-disposizzjonijiet stabbiliti bir-regolamenti dwar l-iffinanzjar ta’ politika agrikola komuni għandhom jgħoddu għas-suq fil-prodotti elenkati fl-Artikolu 1 (1) mid-data ta’ l-implimentazzjoni tas-sistema prevista minn dan ir-Regolament.

    2. Il-miżuri previsti fl-Artikoli 8 u 9 għandhom jikkostitwixxu miżuri komuni fis-sens ta’ l-Artikolu 6 (1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 729/70 [2] tal-21 ta’ April 1970 dwar l-iffinanzjar tal-politika agrikola komuni.

    3. Is-Sezzjoni ta’ l-Iggwidar ta’l-EAGGF għandha tirrifondi lill-Istati Membri 25 % ta’ l-ispejjeż eliġibbli li huma jonfqu fir-rigward ta’ l-azzjoni prevista fl-Artikolu 8 u 50 % ta’ l-ispiża eliġibbli minfuqa fir-rigward ta’ l-azzjoni prevista fl-Artikolu 9.

    4. Talbiet għal rimborsi għandhom ikunu relatati ma’ l-ispiża li tkun saret matul sena kalendarja waħda u għandhom jittressqu quddiem il-Kummissjoni qabel it-30 ta’ Ġunju tas-sena ta’ wara.

    5. In-nefqa totali stmata tal-miżuri komuni lil EAGGF hija ta’ 1 76 miljun unità ta’ kontijiet.

    6. Iż-żmien biex issir l-azzjoni msemmija fl-Artikolu 8 għandu jkun limitat għal perijodu ta’ għaxar snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

    7. Regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-paragrafu 3 għandhom jiġu adottati skond il-proċedura prevista fl-Artikolu 13 tar-Regolament (KEE) Nru 729/70.

    Artikolu 18

    L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jikkomunikaw lil xulxin l-informazzjoni neċessarja għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Ir-regoli għall-komunikazzjoni u d-distribuzzjoni ta’ din l-informazzjoni għandhom jiġu adottati skond il-proċedura prevista fl-Artikolu 20.

    Artikolu 19

    1. Kumitat ta’ l-Amministrazzjoni għall-ħops (minn issa ’l quddiem imsejjaħ "Il-Kumitat") għandu jitwaqqaf u dan għandu jkun jikkonsisti minn rappreżentanti ta’ Stati Membri taħt il-Presidenza ta’ rappreżentant tal-Kummissjoni.

    2. Fil-Kumitat, il-voti ta’ l-Istati Membri għandhom ikunu peżati skond l-Artikolu 148 (2) tat-Trattat. Il-President ma għandux jivvota.

    Artikolu 20

    1. Fejn il-proċedura stabbilita f’dan l-Artikolu tiġi segwita, il-President għandu jirreferi l-kwistjoni lill-Kumitat jew fuq inizjattiva tiegħu stess jew fuq talba tar-rappreżentanti ta’ Stat Membru.

    2. Ir-rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jressaq abbozz tal-miżuri li għandhom jittieħdu. Il-Kumitat għandu jagħti l-Opinjoni tiegħu fuq dawn il-miżuri fiż-żmien li għandu jiġi stabbilit mill-President skond l-urġenza tal-kwistjonijiet li jkunu qed jiġu kkunsidrati. Opinjoni għandha tiġi adottata b’maġġoranza ta’ tnax-il vot.

    3. Il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri li għandhom jidħlu jibdew jgħoddu immedjatament. Iżda jekk dawn il-miżuri ma jkunux konformi ma' l-Opinjoni tal-Kumitat, dawn għandhom jiġu kkomunikati immedjatament mill-Kummissjoni lill-Kunsill. F’dak il-każ il-Kumissjoni għandha tipposponi l-applikazzjoni tal-miżuri għal mhux aktar minn xahar mid-data ta’ din il-komunika.

    Il-Kunsill, waqt li jkun jaġixxi skond il-proċedura tal-votazzjoni prevista fl-Artikolu 43 (2) tat-Trattat jista’ jieħu deċiżjoni diversa fi żmien xahar.

    Artikolu 21

    Il-Kumitat jista’ jikkonsidra kwalunkwe kwistjoni oħra mressqa quddiemu mill-President, waqt li jaġixxi jew fuq l-inizjattiva tiegħu stess jew fuq talba tar-rappreżentanti ta’ l-Istat Membru.

    Artikolu 22

    Dan ir-Regolament għandu jiġi applikat b’tali mod li jitqiesu b’mod approprijat, fl-istess ħin, l-oġġettivi mniżżlin fl-Artikolu 39 u 110 tat-Trattat.

    Artikolu 23

    Jekk miżuri transitorji jkunu neċessarji biex jiffaċilitaw it-transizzjoni mis-sistema fis-seħħ fl-Istati Membri għal dik prevista minn dan ir-Regolament, partikolarment, jekk l-introduzzjoni tas-sistema l-ġdida fid-data msemmija tkun se toħloq diffikultajiet sostanzjali, dawn il-miżuri għandhom jiġu adottati skond il-proċedura prevista fl-Artikolu 20. Dawn għandhom jibqgħu jgħoddu mhux aktar tard mill-31 ta’Lulju 1972.

    Artikolu 24

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikoli 11, 12 u 13 għandhom japplikaw, għall-ewwel darba, għall-ħsad ta’ l-1971.

    Dan ir-Regolament għandu jkun jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, 26 ta' Lulju 1971.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    A. Moro

    [1] ĠU Nru C 66, 1.7.1971, p. 28

    [2] ĠU Nru. L 94, 28.4.1970, p. 13.

    --------------------------------------------------

    Top