Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31964D0732

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-28 ta' Diċembru 1963 dwar il-konklużjoni ta' Ftehim dwar il-ħolqien ta' Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u t-Turkija

    ĠU 217, 29.12.1964, p. 3685–3686 (DE, FR, IT, NL)
    Information about publishing Official Journal not found, p. 44–58 (DA)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (EL, ES, PT, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1964/732/oj

    Related international agreement
    Related international agreement
    Related international agreement

    31964D0732



    Official Journal 217 , 29/12/1964 P. 3685 - 3686
    Greek special edition: Chapter 11 Volume 1 P. 0048
    Spanish special edition: Chapter 11 Volume 1 P. 0018
    Portuguese special edition Chapter 11 Volume 1 P. 0018


    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

    tat-28 ta' Diċembru 1963

    dwar il-konklużjoni ta' Ftehim dwar il-ħolqien ta' Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u t-Turkija

    (64/732/KEE)

    IL KUNSILL TAL-KOMUNITÀ EKONOMIKA EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 238 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar il-ħolqien ta' Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u t-Turkija, iffirmat f'Ankara fit-12 ta' Settembru 1963,

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew bid-data tat-28 ta' Ottubru 1963 [1],

    IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

    Artikolu 1

    Ġew konklużi, approvati u konfermati f'isem il-Komunità, il-Ftehim li joħloq Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u t-Turkija u l-Protokolli li jinsabu miegħu, kif ukoll id-dikjarazzjonijiet li jinsabu ma' l-att finali iffirmati f'Ankara fit-tnax ta' Settembru elf disa' mija u tlieta u sittin.

    Artikolu 2

    Il-President tal-Kunsill qiegħed jipproċedi biex jinnotifika din id-Deċiżjoni, b'konformità ma' l-Artikolu 31(2) tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni.

    Magħmul fi Brussel, fit-23 ta' Diċembru 1963.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    L. De Block

    [1] ĠU C 182 tat-12.12.1963, pġ. 2906/63.

    --------------------------------------------------

    Top