This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22026D0657
Decision of the EEA Joint Committee No 277/2025 of 5 December 2025 amending Annex II (Technical regulations, standards, testing and certification) to the EEA Agreement [2026/657]
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 277/2025 tal-5 ta’ Diċembru 2025 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, testijiet u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2026/657]
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 277/2025 tal-5 ta’ Diċembru 2025 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, testijiet u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2026/657]
ĠU L, 2026/657, 16.4.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/657/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
| Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
|---|---|---|---|---|---|
| Modifies | 21994A0103(52) | Żieda | kapitolu XV punt 12zzzzzzzzzzzzb | 06/12/2025 |
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/657 |
16.4.2026 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 277/2025
tal-5 ta’ Diċembru 2025
li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, testijiet u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2026/657]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/946 tat-22 ta’ Mejju 2025 li tipposponi d-data tal-iskadenza tal-approvazzjoni tal-aċidu ottanojku għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tip ta’ prodott 4 f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE. |
|
(2) |
Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness II tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat kif xieraq, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Wara l-punt 12zzzzzzzzzzzza (id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2950) tal-Kapitolu XV tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE jiddaħħal il-punt li ġej:
|
“12zzzzzzzzzzzzb. |
32025 D 0946: Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/946 tat-22 ta’ Mejju 2025 li tipposponi d-data tal-iskadenza tal-approvazzjoni tal-aċidu ottanojku għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tip ta’ prodott 4 f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L, 2025/946, 23.5.2025).” |
Artikolu 2
It-test tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/946 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-6 ta’ Diċembru 2025, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima dwar iż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.
Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Diċembru 2025.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Stefán Haukur JÓHANNESSON
(1) ĠU L, 2025/946, 23.5.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2025/946/oj.
(*1) Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/657/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)