This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22026D0596
Decision of the EEA Joint Committee No 321/2025 of 5 December 2025 amending Annex XXI (Statistics) to the EEA Agreement [2026/596]
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 321/2025 tal-5 ta’ Diċembru 2025 li temenda l-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim ŻEE [2026/596]
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 321/2025 tal-5 ta’ Diċembru 2025 li temenda l-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim ŻEE [2026/596]
ĠU L, 2026/596, 16.4.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/596/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
| Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
|---|---|---|---|---|---|
| Modifies | 21994A0103(71) | Żieda | punt 18qm Test | 06/12/2025 | |
| Modifies | 21994A0103(71) | Żieda | punt 18qzl | 06/12/2025 | |
| Modifies | 21994A0103(71) | Żieda | punt 18qzm | 06/12/2025 | |
| Modifies | 21994A0103(71) | Żieda | punt 19bc | 06/12/2025 |
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/596 |
16.4.2026 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 321/2025
tal-5 ta’ Diċembru 2025
li temenda l-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim ŻEE [2026/596]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2025/367 tal-25 ta’ Novembru 2024 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2019/1700 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jispeċifika l-għadd u t-titlu tal-varjabbli għad-dejn eċċessiv, il-konsum u l-ġid fid-dominju tal-introjtu u l-kundizzjonijiet tal-għajxien u li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2022/29 (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(2) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2887 tal-15 ta’ Novembru 2024 li jispeċifika l-elementi tekniċi tas-sett tad-data għas-suġġett ad hoc tal-2026 tal-Impjiegi tal-Pjattaformi Diġitali fid-dominju tal-forza tax-xogħol f’konformità mar-Regolament (UE) 2019/1700 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(3) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/1182 tas-17 ta’ Ġunju 2025 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar ir-rigradazzjoni tal-indiċijiet armonizzati għall-perjodu komuni ta’ referenza tal-indiċi tal-2025 skont ir-Regolament (UE) 2016/792 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(4) |
Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness XXI tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness XXI tal-Ftehim ŻEE huwa emendat kif ġej:
|
1. |
Dan li ġej jiżdied fil-punt 18qm (ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 2022/29): “, kif emendat bi:
|
|
2. |
Il-punti li ġejjin jiddaħħlu wara l-punt 18qzk (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2915):
|
|
3. |
Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 19bb:
|
Artikolu 2
It-testi tar-Regolament Delegat (UE) 2025/367 u r-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2887 u (UE) 2025/1182 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment dwar iż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-6 ta’ Diċembru 2025, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.
Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Diċembru 2025.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Stefán Haukur JÓHANNESSON
(1) ĠU L, 2025/367, 21.2.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2025/367/oj.
(2) ĠU L, 2024/2887, 18.11.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/2887/oj.
(3) ĠU L, 2025/1182, 18.6.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/1182/oj.
(*1) Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/596/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)