This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22026D0219
Decision of the EEA Joint Committee No 237/2025 of 24 October 2025 amending Annex II (Technical regulations, standards, testing and certification) to the EEA Agreement [2026/219]
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 237/2025 tal-24 ta’ Ottubru 2025 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, testijiet u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2026/219]
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 237/2025 tal-24 ta’ Ottubru 2025 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, testijiet u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2026/219]
ĠU L, 2026/219, 12.2.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/219/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
| Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
|---|---|---|---|---|---|
| Modifies | 21994A0103(52) | Żieda | kapitolu XXX punt 11 inċiż 4 Test | 25/10/2025 |
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/219 |
12.2.2026 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 237/2025
tal-24 ta’ Ottubru 2025
li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, testijiet u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2026/219]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2025/788 tas-16 ta’ April 2025 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2023/2197 fir-rigward tad-data tal-applikazzjoni (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
|
(2) |
Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness II tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Dan li ġej jiżdied fir-raba’ inċiż (ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/2197) mal-punt 11 (ir-Regolament (UE) 2017/745 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu XXX tal-Anness II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:
“, kif emendat permezz ta’
|
— |
32025 R 0788: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2025/788 tas-16 ta’ April 2025 (ĠU L, 2025/788, 28.7.2025).” |
Artikolu 2
It-test tar-Regolament Delegat (UE) 2025/788 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-25 ta’ Ottubru 2025, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Ottubru 2025.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Stefán Haukur JÓHANNESSON
(1) ĠU L, 2025/788, 28.7.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2025/788/oj.
(*1) Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/219/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)