Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22024D1594

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 70/2024 tal-15 ta' Marzu 2024 li temenda l-Anness IX (Servizzi finanzjarji) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2024/1594]

ĠU L, 2024/1594, 4.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1594/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1594/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/1594

4.7.2024

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 70/2024

tal-15 ta' Marzu 2024

li temenda l-Anness IX (Servizzi finanzjarji) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2024/1594]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/2111 tat-13 ta’ Lulju 2022 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2020/1503 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw ir-rekwiżiti tal-kunflitti ta’ interess għall-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(2)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/2112 tat-13 ta’ Lulju 2022 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2020/1503 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw ir-rekwiżiti u l-arranġamenti għall-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni bħala fornitur ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE

(3)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/2113 tat-13 ta’ Lulju 2022 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2020/1503 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji għall-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti fir-rigward tal-attivitajiet ta’ investigazzjoni, superviżjoni u infurzar fir-rigward tal-fornituri Ewropej ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv għan-negozji (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(4)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/2114 tat-13 ta’ Lulju 2022 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2020/1503 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw it-test tal-għarfien tad-dħul u s-simulazzjoni tal-kapaċità li jġarrbu t-telf għal investituri mhux sofistikati prospettivi fi proġetti ta’ finanzjament kollettiv (4) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(5)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/2115 tat-13 ta’ Lulju 2022 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2020/1503 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-metodoloġija għall-kalkolu tar-rati ta’ inadempjenza tas-self offrut fuq pjattaforma ta’ finanzjament kollettiv (5) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(6)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/2116 tat-13 ta’ Lulju 2022 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2020/1503 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-miżuri u l-proċeduri għall-pjan tal-kontinwità tal-operat tal-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv (6) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(7)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/2117 tat-13 ta’ Lulju 2022 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2020/1503 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw ir-rekwiżiti, il-formati standard u l-proċeduri għat-trattament tal-ilmenti (7) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(8)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/2118 tat-13 ta’ Lulju 2022 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2020/1503 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji dwar il-ġestjoni tal-portafoll individwali ta’ self minn fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv, li jispeċifikaw l-elementi tal-metodu biex jiġi vvalutat ir-riskju ta’ kreditu, l-informazzjoni dwar kull portafoll individwali li għandu jiġi ddivulgat lill-investituri, u l-politiki u l-proċeduri meħtieġa fir-rigward tal-fondi ta’ kontinġenza (8) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(9)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/2119 tat-13 ta’ Lulju 2022 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2020/1503 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji għall-iskeda bl-informazzjoni ewlenija dwar l-investiment (9) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(10)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2120 tat-13 ta’ Lulju 2022 li jistabbilixxi standards tekniċi ta’ implimentazzjoni għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2020/1503 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards u l-formati tad-data, il-mudelli u l-proċeduri għar-rapportar ta’ informazzjoni dwar proġetti ffinanzjati permezz ta’ pjattaformi ta’ finanzjament kollettiv (10) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(11)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2121 tat-13 ta’ Lulju 2022 li jistabbilixxi standards tekniċi ta’ implimentazzjoni għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2020/1503 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ formoli, mudelli u proċeduri standard għall-kooperazzjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-ESMA fir-rigward tal-fornituri Ewropej ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv għan-negozji (11) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(12)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2122 tat-13 ta’ Lulju 2022 li jistabbilixxi standards tekniċi ta’ implimentazzjoni għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2020/1503 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ formoli, mudelli u proċeduri standard għall-kooperazzjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti dwar il-fornituri Ewropej ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv għan-negozji (12) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(13)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2123 tat-13 ta’ Lulju 2022 li jistabbilixxi standards tekniċi ta’ implimentazzjoni għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2020/1503 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-formoli, il-mudelli u l-proċeduri standard għan-notifiki tar-rekwiżiti nazzjonali tal-kummerċjalizzazzjoni applikabbli għall-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv mill-awtoritajiet kompetenti lill-ESMA (13) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(14)

L-Anness IX tal-Ftehim ŻEE jenħtieġ għalhekk li jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Dan li ġej jiddaħħal wara l-punt 31bla (ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/1988) tal-Anness IX tal-Ftehim ŻEE:

“31blb.

32022 R 2111: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/2111 tat-13 ta’ Lulju 2022 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2020/1503 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw ir-rekwiżiti tal-kunflitti ta’ interess għall-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv (ĠU L 287, 8.11.2022, p. 1).

31blc.

32022 R 2112: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/2112 tat-13 ta’ Lulju 2022 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2020/1503 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw ir-rekwiżiti u l-arranġamenti għall-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni bħala fornitur ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv (ĠU L 287, 8.11.2022, p. 5).

Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom jinqraw skont l-adattamenti li ġejjin:

Sakemm ma jkunx previst mod ieħor f’dan il-Ftehim, ir-referenzi għal-liġi tal-Unjoni għandhom jinftiehmu bħala li jirreferu għall-Ftehim ŻEE.

31bld.

32022 R 2113: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/2113 tat-13 ta’ Lulju 2022 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2020/1503 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji għall-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti fir-rigward tal-attivitajiet ta’ investigazzjoni, superviżjoni u infurzar fir-rigward tal-fornituri Ewropej ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv għan-negozji (ĠU L 287, 8.11.2022, p. 22).

31ble.

32022 R 2114: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/2114 tat-13 ta’ Lulju 2022 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2020/1503 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw it-test tal-għarfien tad-dħul u s-simulazzjoni tal-kapaċità li jġarrbu telf għal investituri mhux sofistikati prospettivi fi proġetti ta’ finanzjament kollettiv (ĠU L 287, 8.11.2022, p. 26).

31blf.

32022 R 2115: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/2115 tat-13 ta’ Lulju 2022 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2020/1503 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-metodoloġija għall-kalkolu tar-rati ta’ inadempjenza tas-self offrut fuq pjattaforma ta’ finanzjament kollettiv (ĠU L 287, 8.11.2022, p. 33).

31blg.

32022 R 2116: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/2116 tat-13 ta’ Lulju 2022 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2020/1503 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-miżuri u l-proċeduri għall-pjan tal-kontinwità tal-operat tal-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv (ĠU L 287, 8.11.2022, p. 38).

31blh.

32022 R 2117: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/2117 tat-13 ta’ Lulju 2022 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2020/1503 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw ir-rekwiżiti, il-formati standard u l-proċeduri għat-trattament tal-ilmenti (ĠU L 287, 8.11.2022, p. 42).

31bli.

32022 R 2118: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/2118 tat-13 ta’ Lulju 2022 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2020/1503 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji dwar il-ġestjoni tal-portafoll individwali ta’ self minn fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv, li jispeċifikaw l-elementi tal-metodu biex jiġi vvalutat ir-riskju ta’ kreditu, l-informazzjoni dwar kull portafoll individwali li għandha tiġi ddivulgata lill-investituri, u l-politiki u l-proċeduri meħtieġa fir-rigward tal-fondi ta’ kontinġenza (ĠU L 287, 8.11.2022, p. 50).

31blj.

32022 R 2119: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/2119 tat-13 ta’ Lulju 2022 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2020/1503 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji għall-iskeda bl-informazzjoni ewlenija dwar l-investiment (ĠU L 287, 8.11.2022, p. 63).

31blk.

32022 R 2120: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2120 tat-13 ta’ Lulju 2022 li jistabbilixxi standards tekniċi ta’ implimentazzjoni għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2020/1503 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards u l-formati tad-data, il-mudelli u l-proċeduri għar-rapportar ta’ informazzjoni dwar proġetti ffinanzjati permezz ta’ pjattaformi ta’ finanzjament kollettiv (ĠU L 287, 8.11.2022, p. 76).

31bll.

32022 R 2121: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2121 tat-13 ta’ Lulju 2022 li jistabbilixxi standards tekniċi ta’ implimentazzjoni għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2020/1503 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ formoli, mudelli u proċeduri standard għall-kooperazzjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-ESMA fir-rigward tal-fornituri Ewropej ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv għan-negozji (ĠU L 287, 8.11.2022, p. 86).

31blm.

32022 R 2122: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2122 tat-13 ta’ Lulju 2022 li jistabbilixxi standards tekniċi ta’ implimentazzjoni għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2020/1503 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ formoli, mudelli u proċeduri standard għall-kooperazzjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti dwar il-fornituri Ewropej ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv għan-negozji (ĠU L 287, 8.11.2022, p. 101).

Għall finijiet ta’ dan il-Ftehim, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

(a)

Sakemm ma jkunx previst mod ieħor f’dan il-Ftehim, ir-referenzi għal-liġi tal-Unjoni għandhom jinftiehmu bħala li jirreferu għall-Ftehim ŻEE.

(b)

Fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 8, il-kliem “inkluża l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea” ma għandux japplika.

31bln.

32022 R 2123: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2123 tat-13 ta’ Lulju 2022 li jistabbilixxi standards tekniċi ta’ implimentazzjoni għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2020/1503 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-formoli, il-mudelli u l-proċeduri standard għan-notifiki tar-rekwiżiti nazzjonali tal-kummerċjalizzazzjoni applikabbli għall-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv mill-awtoritajiet kompetenti lill-ESMA (ĠU L 287, 8.11.2022, p. 120).

Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom jinqraw skont l-adattamenti li ġejjin:

Fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 2, il-kliem “ 28 ta’ Novembru 2022 ” għandu jinqara bħala “id-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 70/2024 tal-15 ta’ Marzu 2024 ”.”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti Delegati (UE) 2022/2111, (UE) 2022/2112, (UE) 2022/2113, (UE) 2022/2114, (UE) 2022/2115, (UE) 2022/2116, (UE) 2022/2117, (UE) 2022/2118 u (UE) 2022/2119 u r-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2120, (UE) 2022/2121, (UE) 2022/2122 u (UE) 2022/2123 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-16 ta’ Marzu 2024, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*1), jew fil-jum tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 30/2024 tat-2 ta’ Frar 2024 (14), skont liema data tkun l-iżjed tard.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Marzu 2024.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Nicolas VON LINGEN


(1)   ĠU L 287, 8.11.2022, p. 1.

(2)   ĠU L 287, 8.11.2022, p. 5.

(3)   ĠU L 287, 8.11.2022, p. 22.

(4)   ĠU L 287, 8.11.2022, p. 26.

(5)   ĠU L 287, 8.11.2022, p. 33.

(6)   ĠU L 287, 8.11.2022, p. 38.

(7)   ĠU L 287, 8.11.2022, p. 42.

(8)   ĠU L 287, 8.11.2022, p. 50.

(9)   ĠU L 287, 8.11.2022, p. 63.

(10)   ĠU L 287, 8.11.2022, p. 76.

(11)   ĠU L 287, 8.11.2022, p. 86.

(12)   ĠU L 287, 8.11.2022, p. 101.

(13)   ĠU L 287, 8.11.2022, p. 120.

(*1)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.

(14)  ĠU L …


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1594/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)


Top