EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22023D0014

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 209/2019 tas-27 ta’ Settembru 2019 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) għall-Ftehim dwar iż-ŻEE [2023/14]

ĠU L 4, 5.1.2023, p. 9–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document Date of entry into force unknown (pending notification) or not yet in force.

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/14/oj

5.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 4/9


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 209/2019

tas-27 ta’ Settembru 2019

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) għall-Ftehim dwar iż-ŻEE [2023/14]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim dwar iż-ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/913 tad-29 ta’ Mejju 2019 li jikkonċerna t-tiġdid tal-awtorizzazzjoni tal-karbonat tal-lantanju ottaidrat bħala addittiv fl-għalf tal-qtates u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 163/2008 (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Bayer HealthCare AG) (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(2)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/914 tad-29 ta’ Mejju 2019 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ preparat ta’ Bacillus licheniformis DSM 28710 bħala addittiv tal-għalf għad-dundjani tas-simna, għad-dundjani mrobbija għat-tgħammir u għall-ispeċijiet minuri ta’ tjur tas-simna u mrobbija għall-bajd (id-detentur tal-awtorizzazzjoni HuvePharma NV) (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(3)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni dwar l-għalf. Il-leġiżlazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tibqa’ estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali tal-Anness I tal-Ftehim dwar iż-ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein,

(4)

Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness I tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat kif xieraq,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punti li ġejjin jiddaħħlu wara l-punt 295 (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/929) tal-Kapitolu II tal-Anness I tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:

“296.

32019 R 0913: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/913 tad-29 ta’ Mejju 2019 li jikkonċerna t-tiġdid tal-awtorizzazzjoni tal-karbonat tal-lantanju ottaidrat bħala addittiv fl-għalf tal-qtates u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 163/2008 (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Bayer HealthCare AG) (ĠU L 146, 5.6.2019, p. 57).

297.

32019 R 0914: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/914 tad-29 ta’ Mejju 2019 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ preparat ta’ Bacillus licheniformis DSM 28710 bħala addittiv tal-għalf għad-dundjani tas-simna, għad-dundjani mrobbija għat-tgħammir u għall-ispeċijiet minuri ta’ tjur tas-simna u mrobbija għall-bajd (id-detentur tal-awtorizzazzjoni HuvePharma NV) (ĠU L 146, 5.6.2019, p. 60).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/913 u (UE) 2019/914 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-28 ta’ Settembru 2019, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Settembru 2019.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Gunnar PÁLSSON


(1)  ĠU L 146, 5.6.2019, p. 57.

(2)  ĠU L 146, 5.6.2019, p. 60.

(*1)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.


Top