This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22020D1180
Decision No 1/2020 of the EU-Mexico Joint Council of 31 July 2020 amending Decision No 2/2000 [2020/1180]
Deċiżjoni tal-Kunsill Konġunt UE-Messiku Nru 1/20 tal-31 ta’ Lulju 2020 li temenda d-Deċiżjoni Nru 2/2000 [2020/1180]
Deċiżjoni tal-Kunsill Konġunt UE-Messiku Nru 1/20 tal-31 ta’ Lulju 2020 li temenda d-Deċiżjoni Nru 2/2000 [2020/1180]
ST/2051/2020/INIT
ĠU L 259, 10.8.2020, p. 40–48
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 22000D0630(02) | Żieda | anness I Test | 01/03/2020 | |
Modifies | 22000D0630(02) | Żieda | anness III appendiċi IV Test | 01/03/2020 | |
Modifies | 22000D0630(02) | Żieda | anness VI parti B taqsima 1 Test | 01/03/2020 | |
Modifies | 22000D0630(02) | Żieda | anness VI parti B taqsima 2 Test | 01/03/2020 | |
Modifies | 22000D0630(02) | Żieda | anness XIII parti B Test | 01/03/2020 | |
Modifies | 22000D0630(02) | Sostituzzjoni | anness III artikolu 17 paragrafu 4 | 01/03/2020 | |
Modifies | 22000D0630(02) | Sostituzzjoni | anness III artikolu 18 paragrafu 2 | 01/03/2020 |
10.8.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 259/40 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL KONĠUNT UE-MESSIKU Nru 1/20
tal-31 ta’ Lulju 2020
li temenda d-Deċiżjoni Nru 2/2000 [2020/1180]
IL-KUNSILL KONĠUNT,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar Sħubija Ekonomika, Koordinazzjoni Politika u Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Istati Uniti Messikani, min-naħa l-oħra (1) (il-“Ftehim Globali”), u b’mod partikolari l-Artikoli 5 u 10 flimkien mal-Artikolu 47 tiegħu,
Billi:
(1) |
Wara l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja (“il-Kroazja”) mal-Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Lulju 2013, it-Tielet Protokoll Addizzjonali tal-Ftehim Globali ġie ffirmat fi Brussell, is-27 ta’ Novembru 2018 u sar applikabbli mill-1 ta’ Marzu 2020. |
(2) |
Fid-dawl ta’ dak, jenħtieġ li jiġu adattati, b’effett mid-data li fiha l-Kroazja aċċediet għall-Ftehim Globali, ċerti dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni Nru 2/2000 (2), kif emendata mid-Deċiżjonijiet Nru 3/2004 (3) u Nru 2/2008 (4), li jikkonċernaw il-kummerċ f’merkanzija, iċ-ċertifikazzjoni tal-oriġini u l-akkwist pubbliku. |
(3) |
L-Artikoli 5, 6, 7, 10, u 47 tal-Ftehim Globali jagħtu s-setgħa lill-Kunsill Konġunt stabbilit taħt l-Artikolu 45 tal-Ftehim Globali biex jieħu deċiżjonijiet bl-għan li jinkisbu l-objettivi tal-Ftehim Globali, u b’mod partikolari biex jiddeċiedi dwar l-arranġamenti xierqa u kalendarju relattivament għall-kummerċ f’merkanzija, kummerċ f’servizzi u akkwist pubbliku, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. L-Anness I tad-Deċiżjoni Nru 2/2000 huwa emendat kif stipulat fl-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni.
2. Dan l-Artikolu ma jaffettwax il-kontenut tal-klawżola ta’ rieżami stabbilita fl-Artikolu 10 tad-Deċiżjoni Nru 2/2000.
Artikolu 2
L-Artikoli 17(4) u 18(2) u l-Appendiċi IV tal-Anness III tad-Deċiżjoni Nru 2/2000 huma emendati kif stipulat fl-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 3
1. L-entitajiet tal-Kroazja elenkati fl-Anness III ta’ din id-Deċiżjoni jiżdiedu mat-taqsimiet rilevanti tal-Parti B tal-Anness VI tad-Deċiżjoni Nru 2/2000.
2. Il-pubblikazzjonijiet tal-Kroazja elenkati fl-Anness IV ta’ din id-Deċiżjoni jiżdiedu mal-Parti B tal-Anness XIII tad-Deċiżjoni Nru 2/2000.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Hija għandha tapplika b’effett mid-data li fiha l-Kroazja aċċediet għall-Ftehim Globali.
Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Lulju 2020.
Għall-Kunsill Konġunt
Il-President
J. BORRELL FONTELLES
(1) ĠU L 276, 28.10.2000, p. 45.
(2) Deċiżjoni tal-Kunsill Konġunt KE-Messiku Nru 2/2000 tat-23 ta’ Marzu 2000 (ĠU L 157, 30.6.2000, p. 10).
(3) Deċiżjoni tal-Kunsill Konġunt KE-Messiku Nru 3/2004 tad-29 ta’ Lulju 2004 li temenda d-Deċizjoni tal-Kunsill Konġunt Nru 2/2000 tat-23 ta’ Marzu 2000 (ĠU L 293, 16.9.2004, p. 15).
(4) Deċiżjoni tal-Kunsill Konġunt UE-Messiku Nru 2/2008 tal-25 ta’ Lulju 2008 li temenda d-Deċizjoni tal-Kunsill Konġunt Nru 2/2000, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill Konġunt Nru 3/2004 (ĠU L 198, 26.7.2008, p. 55).
ANNESS I
SKEDA TA’ ELIMINAZZJONI TA’ TARIFFI TAL-KOMUNITÀ
Dan li ġej jiddaħħal fl-Anness I tad-Deċiżjoni Nru 2/2000:
“Kodiċi NM |
Deskrizzjoni |
Kwantità tal-kwota tariffarja annwali |
Rata tad-dazju tal-kwota tariffarja |
0803 00 19 |
Banana, friska (minbarra pjantaġġini) |
2 010 tunnellati (*1) |
EUR 70/tunnellata |
(*1) Din il-kwota tariffarja annwali għandha tkun miftuħa mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru ta’ kull sena kalendarja. Madankollu, hija għandha tiġi applikata għall-ewwel darba mit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.”
ANNESS II
VERŻJONIJIET LINGWISTIĊI ĠODDA TA’ RIMARKI AMMINISTRATTIVI U D-“DIKJARAZZJONI FUQ IL-FATTURA” FL-ANNESS III TAD-DEĊIŻJONI NRU 2/2000
L-Anness III tad-Deċiżjoni Nru 2/2000 huwa emendat kif ġej:
(1) |
fl-Artikolu 17, il-paragrafu 4 jinbidel b’dan li ġej: “4. Iċ-ċertifikati ta’ moviment EUR.1 maħruġa b’mod retrospettiv iridu jkunu annotati b’waħda minn dawn il-frażijiet li ġejjin:
|
(2) |
fl-Artikolu 18, il-paragrafu 2 jinbidel b’dan li ġej: “2. Id-duplikat maħruġ skont il-paragrafu 1 irid ikun annotat b’waħda mill-kelmiet li ġejjin:
|
(3) |
dan li ġej jiżdied mal-Appendiċi IV wara l-verżjoni Franċiża: “Verżjoni Kroata Izvoznik proizvoda obuhvaćenih ovom ispravom (carinsko ovlaštenje br. ... (1)) izjavljuje da su, osim ako je drukčije izričito navedeno, ovi proizvodi ... (2) preferencijalnog podrijetla. (1) Meta d-dikjarazzjoni fuq il-fattura ssir minn esportatur approvat skont it-tifsira tal-Artikolu 21 ta’ dan l-Anness, in-numru tal-awtorizzazzjoni tal-esportatur approvat irid jitniżżel f’dan l-ispażju." (2) Meta d-dikjarazzjoni fuq il-fattura ma ssirx minn esportatur approvat, il-kliem fil-parenteżi għandu jitħalla barra jew l-ispazju jitħalla vojt. L-oriġini tal-prodotti trid tiġi indikata. Meta d-dikjarazzjoni fuq il-fattura tirrigwarda, kompletament jew parzjalment, prodotti li joriġinaw f’Ceuta u Melilla, skont is-sens tal-Artikolu 37 ta’ dan l-Anness, l-esportatur irid jindikahom b’mod ċar fid-dokument li fih issir id-dikjarazzjoni permezz tas-simbolu “CM”.”." |
(1) Meta d-dikjarazzjoni fuq il-fattura ssir minn esportatur approvat skont it-tifsira tal-Artikolu 21 ta’ dan l-Anness, in-numru tal-awtorizzazzjoni tal-esportatur approvat irid jitniżżel f’dan l-ispażju.
(2) Meta d-dikjarazzjoni fuq il-fattura ma ssirx minn esportatur approvat, il-kliem fil-parenteżi għandu jitħalla barra jew l-ispazju jitħalla vojt. L-oriġini tal-prodotti trid tiġi indikata. Meta d-dikjarazzjoni fuq il-fattura tirrigwarda, kompletament jew parzjalment, prodotti li joriġinaw f’Ceuta u Melilla, skont is-sens tal-Artikolu 37 ta’ dan l-Anness, l-esportatur irid jindikahom b’mod ċar fid-dokument li fih issir id-dikjarazzjoni permezz tas-simbolu “CM”.”.”
ANNESS III
ENTITAJIET TAL-GVERN ĊENTRALI
1.
L-entitajiet tal-gvern ċentrali li ġejjin jiżdiedu mat-Taqsima 1 tal-Parti B tal-Anness VI tad-Deċiżjoni Nru 2/2000:“AC – Il-Kroazja
1. |
Il-Parlament Kroat |
Hrvatski Sabor |
2 |
Il-President tar-Repubblika tal-Kroazja |
Predsjednik Republike Hrvatske |
3 |
L-Uffiċċju tal-President tar-Repubblika tal-Kroazja |
Ured predsjednika Republike Hrvatske |
4 |
L-Uffiċċju tal-President tar-Repubblika tal-Kroazja wara l-iskadenza tat-terminu tal-uffiċċju |
Ured predsjednika Republike Hrvatske po prestanku obnašanja dužnosti |
5 |
Il-Gvern tar-Repubblika tal-Kroazja |
Vlada Republike Hrvatske |
6 |
L-Uffiċċji tal-Gvern tar-Repubblika tal-Kroazja |
uredi Vlade Republike Hrvatske |
7 |
Il-Ministeru tal-Ekonomija |
Ministarstvo gospodarstva |
8 |
Il-Ministeru tal-Iżvilupp Reġjonali u tal-Fondi tal-UE |
Ministarstvo regionalnoga razvoja i fondova Europske unije |
9 |
Il-Ministeru tal-Finanzi |
Ministarstvo financija |
10 |
Il-Ministeru tad-Difiża |
Ministarstvo obrane |
11 |
Il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin u Ewropej |
Ministarstvo vanjskih i europskih poslova |
12 |
Il-Ministeru tal-Intern |
Ministarstvo unutarnjih poslova |
13 |
Ministeru tal-Ġustizzja |
Ministarstvo pravosuđa |
14 |
Il-Ministeru tal-Amministrazzjoni Pubblika |
Ministarstvo uprave |
15 |
Il-Ministeru tal-Imprenditorija u l-Artiġjanat |
Ministarstvo poduzetništva i obrta |
16 |
Il-Ministeru tax-Xogħol u s-Sistema tal-Pensjonijiet |
Ministarstvo rada i mirovinskoga sustava |
17 |
Il-Ministeru għall-Affarijiet Marittimi, it-Trasport u l-Infrastruttura |
Ministarstvo pomorstva, prometa i infrastrukture |
18 |
Il-Ministeru tal-Agrikoltura |
Ministarstvo poljoprivrede |
19 |
Il-Ministeru tat-Turiżmu |
Ministarstvo turizma |
20 |
Il-Ministeru tal-Ħarsien Ambjentali u tan-Natura |
Ministarstvo zaštite okoliša i prirode |
21 |
Il-Ministeru tal-Kostruzzjoni u l-Ippjanar Fiżiku |
Ministarstvo graditeljstva i prostornoga uređenja |
22 |
Il-Ministeru għall-Affarijiet tal-Veterani |
Ministarstvo branitelja |
23 |
Il-Ministeru tal-Politika Soċjali u ż-Żgħażagħ |
Ministarstvo socijalne politike i mladih |
24 |
Il-Ministeru tas-Saħħa |
Ministarstvo zdravlja |
25 |
Il-Ministeru tax-Xjenza, l-Edukazzjoni u l-Isport |
Ministarstvo znanosti, obrazovanja i sporta |
26 |
Il-Ministeru tal-Kultura |
Ministarstvo kulture |
27 |
L-organizzazzjonijiet amministrattivi tal-istat |
državne upravne organizacije |
28 |
L-Uffiċċji tal-amministrazzjoni tal-istat tal-kontea |
uredi državne uprave u županijama |
29 |
Il-Qorti Kostituzzjonali tar-Repubblika tal-Kroazja |
Ustavni sud Republike Hrvatske |
30 |
Il-Qorti Suprema tar-Repubblika tal-Kroazja |
Vrhovni sud Republike Hrvatske |
31 |
Il-Qrati |
sudovi |
32 |
Il-Kunsill Ġudizzjarju tal-Istat |
Državno sudbeno vijeće |
33 |
L-Uffiċċji tal-Avukat tal-Istat |
državna odvjetništva |
34 |
Il-Kunsill tal-Prosekutur tal-Istat |
Državno odvjetničko vijeće |
35 |
L-uffiċċji tal-Ombudsman; |
pravobraniteljstva |
36 |
Il-Kummissjoni tal-Istat għas-Superviżjoni tal-Proċeduri tal-Akkwist Pubbliku |
Državna komisija za kontrolu postupaka javne nabave |
37 |
Il-Bank Nazzjonali Kroat |
Hrvatska narodna banka |
38 |
Aġenziji u uffiċċji tal-Istat |
državne agencije i uredi |
39 |
L-Uffiċċju tal-Awditjar tal-Istat’ |
Državni ured za reviziju”. |
2.
Il-korpi u kategoriji ta’ korpi li ġejjin jiżdiedu mal-Ehmża tat-Taqsima 2 tal-Parti B tal-Anness VI tad-Deċiżjoni Nru 2/2000:
‘(a) |
ANNESS I ‘PRODUZZJONI, TRASPORT U DISTRIBUZZJONI TA’ ILMA GĦAX-XORB’: ‘IL-KROAZJA Impriżi pubbliċi li huma entitajiet kontraenti msemmija fl-Artikolu 6 taż-Zakon o javnoj nabavi (Narodne novine broj 90/11, 83/13, 143/13 i 13/14) (l-Att dwar l-Akkwist Pubbliku, Gazzetta Uffiċjali Nru 90/11, 83/13, 143/13 u 13/14) li, skont regoli speċjali jeżerċitaw l-attività ta’ kostruzzjoni (tqegħid għad-dispożizzjoni) ta’ netwerks fissi jew il-ġestjoni ta’ netwerks fissi għall-forniment ta’ servizz pubbliku fir-rigward ta’ produzzjoni, trażmissjoni u distribuzzjoni ta’ ilma tax-xorb u l-provvista bl-ilma tax-xorb lil netwerks fissi; bħall-entitajiet stabbiliti mill-unitajiet tal-awtogvern lokali li jaġixxu bħala l-fornitur pubbliku tas-servizzi tal-provvista tal-ilma jew tas-servizzi tad-dranaġġ skont l-Att dwar l-Ilma (il-Gazzetta Uffiċjali 153/09, 63/11, 130/11, 53/13 u 14/14).’; |
(b) |
ANNESS II ‘PRODUZZJONI, TRASPORT U DISTRIBUZZJONI TAL-ELETTRIKU’: ‘IL-KROAZJA Impriżi pubbliċi li huma entitajiet kontraenti msemmija fl-Artikolu 6 taż-Zakon o javnoj nabavi (Narodne novine broj 90/11, 83/13, 143/13 i 13/14) (l-Att dwar l-Akkwist Pubbliku, Gazzetta Uffiċjali Nru 90/11, 83/13, 143/13 u 13/14) li, skont regoli speċjali jeżerċitaw l-attività ta’ kostruzzjoni (tqegħid għad-dispożizzjoni) ta’ netwerks fissi jew il-ġestjoni ta’ netwerks fissi għall-forniment ta’ servizz pubbliku fir-rigward ta’ produzzjoni, trażmissjoni u distribuzzjoni ta’ enerġija tal-elettriku u l-provvista bl-enerġija tal-elettriku lil netwerks fissi; bħall-entitajiet li jeżerċitaw fl-imsemmija attivitajiet abbażi ta’ Liċenzja biex iwettqu attivitajiet tal-enerġija skont l-Att dwar l-Enerġija (il-Gazzetta Uffiċjali 120/12 u 14/14).’; |
(c) |
ANNESS VII ‘ENTITAJIET KONTRAENTI FIL-QASAM TA’ SERVIZZI TAL-FERROVIJA URBANA, TAT-TRAMM, TAT-TROLLEYBUS JEW TAL-LINJA’: ‘IL-KROAZJA Impriżi pubbliċi li huma entitajiet kontraenti msemmija fl-Artikolu 6 taż-Zakon o javnoj nabavi (Narodne novine broj 90/11, 83/13, 143/13 i 13/14) (l-Att dwar l-Akkwist Pubbliku, Gazzetta Uffiċjali Nru 90/11, 83/13, 143/13 u 13/14) li skont regoli speċjali, jeżerċitaw l-attività li jagħmlu disponibbli n-netwerks jew li jiġestixxu n-netwerks għas-servizzi pubbliċi ta’ trasport bil-ferrovija urbana, sistemi awtomatizzati, tram, karozza tal-linja, trolleybus u funikular, bħall-entitajiet li jeżerċitaw l-attivitajiet imsemmija bħala servizz pubbliku skont l-Att dwar l-Utilitajiet (il-Gazzetta Uffiċjali 36/95, 70/97, 128/99, 57/00, 129/00, 59/01, 26/03, 82/04, 110/04, 178/04, 38/09, 79/09, 153/09, 49/11, 84/11, 90/11, 144/12, 94/13, 153/13 u 147/14).’; |
(d) |
ANNESS VIII ‘ENTITAJIET KONTRAENTI FIL-QASAM TAL-FAĊILITAJIET TAL-AJRUPORT’: ‘IL-KROAZJA L-impriżi pubbliċi li huma awtoritajiet kontraenti msemmija fl-Artikolu 6 taċ-Zakon o javnoj nabavi (Narodne novine broj 90/11, 83/13, 143/13 i 13/14) (Att dwar l-Akkwist Pubbliku, il-Gazzetta Uffiċjali Nru 90/11, 83/13, 143/13 u 13/14) li, skont regoli speċjali, jeżerċitaw attività marbuta mal-isfruttament ta’ żona ġeografika, bil-għan li jpoġġu għad-dispożizzjoni tal-operaturi tat-trasport bl-ajru ajruporti u tagħmir ieħor ta’ terminals, bħall-entitajiet involuti f’attivitajiet imsemmija abbażi ta’ konċessjonijiet mogħtija skont l-Att dwar l-Ajruporti (il-Gazzetta Uffiċjali 19/98 u 14/11).’; |
(e) |
ANNESS IX ‘ENTITAJIET KONTRAENTI FIL-QASAM TAL-FAĊILITAJIET TA’ PORT MARITTIMU JEW INTERN JEW TA’ TERMINALI OĦRA’: ‘IL-KROAZJA Impriżi pubbliċi li huma entitajiet kontraenti msemmijin fl-Artikolu 6 taċ-Zakon o javnoj nabavi (Narodne novine broj 90/11, 83/13, 143/13 i 13/14) (Att dwar l-Akkwist Pubbliku, Gazzetta Uffiċjali Nru 90/11, 83/13, 143/13 u 13/14) li, skont regoli speċjali, huma involuti f’attivitajiet li jirrigwardaw l-isfruttament ta’ żona ġeografika bil-għan li jpoġġu għad-dispożizzjoni tal-operaturi tat-trasport bil-baħar jew bix-xmara portijiet tal-baħar, portijiet tax-xmajjar u terminals oħra tat-trasport; bħall-entitajiet involuti f’attivitajiet imsemmija abbażi ta’ għoti ta’ konċessjonijiet skont l-Att dwar il-Qasam Marittimu u l-Portijiet tal-Baħar(il-Gazzetta Uffiċjali 158/03, 100/04, 141/06 u 38/09).’. |
ANNESS IV
PUBBLIKAZZJONIJIET
Dan li ġej jiżdied mal-Parti B tal-Anness XIII tad-Deċiżjoni Nru 2/2000:
“Il-Kroazja
Avviżi:
— |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
— |
Narodne Novine |
— |
Reklamar Elettroniku tal-Akkwist Pubbliku tar-Repubblika tal-Kroazja (https://eojn.nn.hr/Oglasnik/clanak/electronic-public-procurement-of-the-republic-of-croatia/0/81/)”. |