This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22019D2061
Decision of the EEA Joint Committee No 25/2018 of 9 February 2018 amending Annex XIII (Transport) to the EEA Agreement [2019/2061]
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 25/2018 tad-9 ta’ Frar 2018 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE [2019/2061]
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 25/2018 tad-9 ta’ Frar 2018 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE [2019/2061]
ĠU L 323, 12.12.2019, p. 50–50
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
| Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
|---|---|---|---|---|---|
| Modifies | 21994A0103(63) | Tħassir | punt 44 Test | 10/02/2018 |
|
12.12.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 323/50 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 25/2018
tad-9 ta’ Frar 2018
li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE [2019/2061]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (il-“Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2017/1952 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2017 li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 2888/2000 u (KE) Nru 685/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1101/89 (1) irid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(2) |
Ir-Regolament (UE) 2017/1952 iħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1101/89 (2), li huwa inkorporat fil-Ftehim ŻEE u li konsegwentement irid jitħassar skont il-Ftehim ŻEE. |
|
(3) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
It-test tal-punt 44 (ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1101/89) tal-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE jitħassar.
Artikolu 2
It-test tar-Regolament (UE) 2017/1952 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-10 ta’ Frar 2018, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Frar 2018.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Claude MAERTEN
(1) ĠU L 284, 31.10.2017, p. 12.
(2) ĠU L 116, 28.4.1989, p. 25.
(*1) Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.