Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22018D1052

    Id-Deċiżjoni Nru 56/2017 tal-Kumitat Konġunt stabbilit skont il-Ftehim ta' Għarfien Reċiproku bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerka tal-5 ta' Ġunju 2018 relatata mal-elenkar ta' Korpi għall-Valutazzjoni tal-Konformità fl-Anness Settorjali għall-Kompatibbiltà Elettromanjetika [2018/1052]

    ĠU L 189, 26.7.2018, p. 14–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2018/1052/oj

    26.7.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 189/14


    ID-DEĊIŻJONI Nru 56/2017 TAL-KUMITAT KONĠUNT STABBILIT SKONT IL-FTEHIM TA' GĦARFIEN REĊIPROKU BEJN IL-KOMUNITÀ EWROPEA U L-ISTATI UNITI TAL-AMERKA

    tal-5 ta' Ġunju 2018

    relatata mal-elenkar ta' Korpi għall-Valutazzjoni tal-Konformità fl-Anness Settorjali għall-Kompatibbiltà Elettromanjetika [2018/1052]

    IL-KUMITAT KONĠUNT,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar l-Għarfien Reċiproku bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerka u b'mod partikolari l-Artikoli 7 u 14;

    Billi l-Kumitat Konġunt għandu jieħu d-deċiżjoni li jelenka Korp jew Korpi ta' Valutazzjoni tal-Konformità taħt Anness Settorjali;

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    1.

    Il-Korpi ta' Valutazzjoni tal-Konformità fl-Hemża A qed jiżdiedu mal-lista ta' Korpi ta' Valutazzjoni tal-Konformità fil-kolonna “Aċċess tal-KE għas-suq tal-Istati Uniti” fit-Taqsima V tal-Anness Settorjali għall-Kompatibbiltà Elettromanjetika.

    2.

    Il-kamp ta' applikazzjoni speċifiku tal-elenkar, fir-rigward ta' prodotti u proċeduri ta' valutazzjoni tal-konformità, tal-Korpi għall-Valutazzjoni tal-Konformità indikati fl-Hemża A, ġew miftiehma mill-Partijiet u se jinżammu minnhom.

    Din id-Deċiżjoni, magħmula f'żewġ kopji, għandha tiġi ffirmata minn rappreżentanti tal-Kumitat Konġunt li huma awtorizzati biex joperaw f'isem il-Partijiet għall-finijiet tal-emendar tal-Ftehim. Din id-Deċiżjoni għandha tkun effettiva minn dakinhar tal-aħħar waħda minn dawn il-firem.

    F'isem l-Istati Uniti tal-Amerka

    James C. SANFORD

    Iffirmata f'Washington DC, fit-30 ta' Mejju 2018

    F'isem l-Unjoni Ewropea

    Ignacio IRUARRIZAGA

    Iffirmata fi Brussell, fil-5 ta' Ġunju 2018


    HEMŻA A

    Korpi ta' Valutazzjoni tal-Konformità tal-KE miżjuda mal-lista ta' Korpi ta' Valutazzjoni tal-Konformità fil-kolonna “Aċċess tal-KE għas-suq tal-Istati Uniti” fit-Taqsima V tal-Anness Settorjali għall-Kompatibbiltà Elettromanjetika

    Element Materials Technology Warwick Ltd

    Unit 1 Pendle Place

    Skelmersdale

    West Lancashire

    WN8 9PN

    UNITED KINGDOM

    Element Materials Technology Warwick Ltd

    74-78 Condor Close

    Woolsbridge Industrial Park

    Three Legged Cross

    Wimborne

    Dorset

    BH21 6SU

    UNITED KINGDOM

    York EMC Services Ltd

    Unit 46

    Beeches Industrial Estate

    Yate

    South Gloucestershire

    BS37 5QT

    UNITED KINGDOM

    York EMC Services Ltd

    Unit 1

    Grangemouth Technology Park

    Earls Road

    Grangemouth

    FK3 8UZ

    UNITED KINGDOM

    York EMC Services Ltd

    Unit 5

    Speedwell Road

    Castleford

    Yorkshire

    WF10 5PY

    UNITED KINGDOM

    TÜV SÜD Product Service

    Snitterfield Road

    Bearly

    Stratford-upon-Avon

    Warwickshire

    CV37 0EX

    UNITED KINGDOM

    Polycom Inc

    Singleton Court Business Centre

    Wonastow Road Industrial Estate (West)

    Monmouth

    Monmouthshire

    NP25 5JA

    UNITED KINGDOM


    Top