This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22017D1027
Decision of the EEA Joint Committee No 238/2015 of 30 October 2015 amending Annex I (Veterinary and phytosanitary matters) to the EEA Agreement [2017/1027]
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 238/2015 tat-30 ta' Ottubru 2015 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) għall-Ftehim ŻEE [2017/1027]
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 238/2015 tat-30 ta' Ottubru 2015 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) għall-Ftehim ŻEE [2017/1027]
ĠU L 161, 22.6.2017, pp. 8–11
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
| Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
|---|---|---|---|---|---|
| Modifies | 21994A0103(51) | Żieda | kapitolu II punt 110 Test | 01/11/2015 | |
| Modifies | 21994A0103(51) | Żieda | kapitolu II punt 121 Test | 01/11/2015 | |
| Modifies | 21994A0103(51) | Żieda | kapitolu II punt 136 | 01/11/2015 | |
| Modifies | 21994A0103(51) | Żieda | kapitolu II punt 137 | 01/11/2015 | |
| Modifies | 21994A0103(51) | Żieda | kapitolu II punt 138 | 01/11/2015 | |
| Modifies | 21994A0103(51) | Żieda | kapitolu II punt 139 | 01/11/2015 | |
| Modifies | 21994A0103(51) | Żieda | kapitolu II punt 140 | 01/11/2015 | |
| Modifies | 21994A0103(51) | Żieda | kapitolu II punt 141 | 01/11/2015 | |
| Modifies | 21994A0103(51) | Żieda | kapitolu II punt 142 | 01/11/2015 | |
| Modifies | 21994A0103(51) | Żieda | kapitolu II punt 143 | 01/11/2015 | |
| Modifies | 21994A0103(51) | Żieda | kapitolu II punt 1zs inċiż | 01/11/2015 | |
| Modifies | 21994A0103(51) | Żieda | kapitolu II punt 1zze inċiż | 01/11/2015 | |
| Modifies | 21994A0103(51) | Żieda | kapitolu II punt 1zzf inċiż | 01/11/2015 | |
| Modifies | 21994A0103(51) | Żieda | kapitolu II punt 1zzm inċiż | 01/11/2015 | |
| Modifies | 21994A0103(51) | Żieda | kapitolu II punt 1zzzx Test | 01/11/2015 | |
| Modifies | 21994A0103(51) | Żieda | kapitolu II punt 1zzzzh inċiż | 01/11/2015 | |
| Modifies | 21994A0103(51) | Żieda | kapitolu II punt 1zzzzx inċiż | 01/11/2015 | |
| Modifies | 21994A0103(51) | Żieda | kapitolu II punt 1zzzzza inċiż | 01/11/2015 | |
| Modifies | 21994A0103(51) | Żieda | kapitolu II punt 2zzf Test | 01/11/2015 | |
| Modifies | 21994A0103(51) | Żieda | kapitolu II punt 89 Test | 01/11/2015 |
|
22.6.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 161/8 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 238/2015
tat-30 ta' Ottubru 2015
li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) għall-Ftehim ŻEE [2017/1027]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/861 tat-3 ta' Ġunju 2015 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-jodur tal-potassju, il-jodat tal-kalċju anidru u l-jodat tal-kalċju anidru miksi u granulat bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim taż-ŻEE. |
|
(2) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1020 tad-29 ta' Ġunju 2015 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta' preparat tal-Bacillus subtilis (ATCC PTA-6737) bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ tal-bajd u għal speċijiet minuri ta' tjur imrobbija għall-bajd (detentur tal-awtorizzazzjoni Kemin Europa NV) (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(3) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1043 tat-30 ta' Ġunju 2015 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-preparat tal-endo-1,4-beta-ksilanażi (KE 3.2.1.8) li jsir mit-Trichoderma citrinoviride Bisset (IM SD135) bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ għat-tismin, għad-dundjani għat-tismin, għat-tiġieġ tal-bajd, għall-ħnienes miftuma, għall-ħnieżer għat-tismin u għal speċijiet minuri ta' tjur imrobbija għall-bajd u għat-tismin, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2148/2004, (KE) Nru 828/2007 u (KE) Nru 322/2009 (detentur tal-awtorizzazzjoni Huvepharma NV) (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(4) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1053 tal-1 ta' Lulju 2015 dwar l-awtorizzazzjoni tal-preparat tal-Enterococcus faecium DSM 10663/NCIMB 10415 bħala addittiv tal-għalf għall-għoġġiela għat-trobbija, għall-ħnienes, għat-tiġieġ għat-tismin, għad-dundjani għat-tismin, għall-qtates u għall-klieb u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1259/2004, (KE) Nru 255/2005, (KE) Nru 1200/2005 u (KE) Nru 1520/2007 (detentur tal-awtorizzazzjoni Chevita Tierarzneimittel-GmbH) (4) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(5) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1060 tat-2 ta' Lulju 2015 dwar l-awtorizzazzjoni tal-betaina anidra u tal-betaina kloridrat bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali (5) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(6) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1061 tat-2 ta' Lulju 2015 dwar l-awtorizzazzjoni tal-aċidu askorbiku, tal-fosfat tal-askorbil tas-sodju, tal-fosfat tal-askorbil tal-kalċju u tas-sodju, tal-askorbat tas-sodju, tal-askorbat tal-kalċju u tal-palmitat tal-askorbil bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċi tal-annimali kollha (6) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(7) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1104 tat-8 ta' Lulju 2015 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 237/2012 f'dak li għandu x'jaqsam ma' forma ġdida tal-alfa-galattożidażi (EC 3.2.1.22) prodotta minn Saccharomyces cerevisiae (CBS 615.94) u tal-endo-1,4-beta-glukanażi (EC 3.2.1.4) prodotta minn Aspergillus niger (CBS 120604) (detentur tal-awtorizzazzjoni: Kerry Ingredients and Flavours) (7) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(8) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1105 tat-8 ta' Lulju 2015 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-preparat tal-Bifidobacterium animalis ssp. animalis DSM 16284, Lactobacillus salivarius ssp. salivarius DSM 16351 u tal-Enterococcus faecium DSM 21913 bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ tal-bajd u għal speċijiet minuri ta' tjur għajr dawk tal-bajd, l-awtorizzazzjoni ta' dak l-addittiv tal-għalf għall-użu fl-ilma tax-xorb għat-tiġieġ għat-tismin u li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 544/2013 fir-rigward tal-kontenut massimu ta' dak l-addittiv tal-għalf fl-għalf sħiħ u l-kumpatibbiltà tiegħu mal-koċċidjostati (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Biomin GmbH) (8) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(9) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1114 tad-9 ta' Lulju 2015 dwar l-awtorizzazzjoni tal-L-valina prodotta mill-Escherichia coli bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 403/2009 u r-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 848/2014 u (UE) Nru 1236/2014 (9) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(10) |
Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni dwar l-għalf. Il-leġiżlazzjoni li tirrigwarda l-għalf m'għandiex tapplika għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fil-prodotti agrikoli tkun estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali fl-Anness I tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein. |
|
(11) |
L-Anness I għall-Ftehim ŻEE għandu għaldaqstant jiġi emendat kif meħtieġ, |
ADOTT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Kapitolu II tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat kif ġej:
|
1. |
L-inċiż li ġej jiżdied mal-punti 1zs (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1259/2004), 1zzf (Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 255/2005), 1zzm (Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1200/2005), u 1zzzzh (Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1520/2007):
|
|
2. |
L-inċiż segwenti jiżdied fil-punti 1zze (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2148/2004) u 1zzzzx (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 322/2009):
|
|
3. |
Is-segwenti jiżdied fil-punt 1zzzx (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 828/2007): “, kif emendat minn:
|
|
4. |
L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 1zzzzza (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 403/2009):
|
|
5. |
Dan li ġej jiżdied mal-punti 110 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 848/2014) u 121 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1236/2014): “, kif emendat minn:
|
|
6. |
Dan li ġej jiżdied fil-punt 2zzf (Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 237/2012): “, kif emendat minn:
|
|
7. |
Dan li ġej jiżdied fil-punt 89 (Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 544/2013): “, kif emendat minn:
|
|
8. |
Il-punti segwenti jiddaħħlu wara l-punt 135 (ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/724):
|
Artikolu 2
It-testi tar-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/861, (UE) 2015/1020, (UE) 2015/1043, (UE) 2015/1053, (UE) 2015/1060, (UE) 2015/1061, (UE) 2015/1104, (UE) 2015/1105 u (UE) 2015/1114 fil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Novembru 2015, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima dwar iż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Ottubru 2015.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Oda SLETNES
(2) ĠU L 163, 30.6.2015, p. 22.
(3) ĠU L 167, 1.7.2015, p. 63.
(7) ĠU L 181, 9.7.2015, p. 61.
(8) ĠU L 181, 9.7.2015, p. 65.
(9) ĠU L 182, 10.7.2015, p. 18.
(*1) L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.