Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22014D0157

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 157/2014 tad- 9 ta' Lulju 2014 li temenda l-Protokoll 31 għall-Ftehim ŻEE, dwar kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba' libertajiet [2015/92]

    ĠU L 15, 22.1.2015, p. 85–85 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2015/92/oj

    22.1.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 15/85


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

    Nru 157/2014

    tad-9 ta' Lulju 2014

    li temenda l-Protokoll 31 għall-Ftehim ŻEE, dwar kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba' libertajiet [2015/92]

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u partikolarment l-Artikoli 86 u 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Huwa xieraq li tiġi estiża l-kooperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti tal-Ftehim ŻEE biex tinkludi r-Regolament (UE) Nru 1316/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 913/2010 u jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 680/2007 u (KE) Nru 67/2010 (1).

    (2)

    Il-Protokoll 31 għall-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat sabiex ikun possibbli li din il-kooperazzjoni estiża sseħħ mill-1 ta' Jannar 2014,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Dan li ġej jiżdied fil-paragrafu 5 tal-Artikolu 2 tal-Protokoll 31 għall-Ftehim ŻEE:

    “—

    32013 R 1316: Ir-Regolament (UE) Nru 1316/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 913/2010 u jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 680/2007 u (KE) Nru 67/2010 (ĠU L 348, 20.12.2013, p. 129).

    L-Istati tal-EFTA jipparteċipaw biss fis-settur tat-telekomunikazzjonijiet tal-Faċilità Nikkolegaw l-Ewropa.

    Il-Liechtenstein jingħata eżenzjoni milli jipparteċipa fil-programm u milli jħallas kontribuzzjoni finanzjarja għalih.”

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-aħħar notifika taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

    Hija għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2014.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima ŻEE u fis-Suppliment ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, id-9 ta' Lulju 2014.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    Kurt JÄGER


    (1)  ĠU L 348, 20.12.2013, p. 129.

    (*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma ġew indikati.


    Top