This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22013D0006
Decision of the EEA Joint Committee No 6/2013 of 1 February 2013 amending Annex I (Veterinary and phytosanitary matters) and Annex II (Technical regulations, standards, testing and certification) to the EEA Agreement
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 6/2013 tal- 1 ta’ Frar 2013 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) u l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 6/2013 tal- 1 ta’ Frar 2013 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) u l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE
ĠU L 144, 30.5.2013, p. 8–10
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 21994A0103(51) | Żieda | kapitolu II punt 40 inċiż | 02/02/2013 | |
Modifies | 21994A0103(52) | Żieda | kapitolu XII punt 54zzy inċiż | 02/02/2013 | |
Modifies | 21994A0103(52) | Żieda | kapitolu XII punt 54zzzzr inċiż | 02/02/2013 | |
Modifies | 21994A0103(52) | Żieda | kapitolu XII punt 54zzzzzn | 02/02/2013 | |
Modifies | 21994A0103(52) | Żieda | kapitolu XII punt 54zzzzzo | 02/02/2013 | |
Modifies | 21994A0103(52) | Żieda | kapitolu XII punt 54zzzzzp | 02/02/2013 |
30.5.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 144/8 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 6/2013
tal-1 ta’ Frar 2013
li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) u l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 307/2012 tal-11 ta’ April 2012 li jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni għall-applikazzjoni tal-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iż-żieda ta’ vitamini u minerali u ta’ ċerti sustanzi oħra mal-ikel (1) irid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 322/2012 tas-16 ta’ April 2012 li jemenda l-Annessi II u III għar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta’ residwi għall-klopiralid, id-dimetomorf, il-fenpirażammina, il-folpet u l-pendimetalina f’ċerti prodotti jew fuqhom (2) irid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
(3) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 379/2012 tat-3 ta’ Mejju 2012 li ma jawtorizzax ċerti stqarrijiet sanitarji li jsiru dwar l-ikel, ħlief dawk li jirreferu għat-tnaqqis tar-riskju tal-mard u għall-iżvilupp u s-saħħa tat-tfal (3) irid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
(4) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 380/2012 tat-3 ta’ Mejju 2012 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet ta’ użu u l-livelli ta’ użu għall-addittivi tal-ikel li fihom l-aluminju (4) jrid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
(5) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 432/2012 tas-16 ta’ Mejju 2012 li jippermetti li jsiru ċerti stqarrijiet li jirrigwardaw is-saħħa fuq il-prodotti tal-ikel, għajr dawk li jirreferu għat-tnaqqis ta’ riskju ta’ mard u ta’ riskju għall-iżvilupp u għas-saħħa tat-tfal (5) irid jiġi inkorporat fil-Ftehim. |
(6) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 441/2012 tal-24 ta’ Mejju 2012 li jemenda l-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta’ residwu għal bifenażat, bifentrina, boskalid, kadusafos, klorantraniliprol, klorotalonil, klotijanidin, ċiprokonażol, deltametrina, dikamba, difenokonażol, dinokap, etossażol, fenpirossimat, flubendiammid, fludiossonil, glifosat, metalaksil-M, meptildinokap, novaluron, tijametossam, u triażofos f’ċerti prodotti jew fuqhom (6) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
(7) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 470/2012 tal-4 ta’ Ġunju 2012 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-użu tal-Polidestrożju (E 1200) fil-birra (7) jrid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
(8) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 471/2012 tal-4 ta’ Ġunju 2012 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-użu tal-Lisożima (E 1105) fil-birra (8) jrid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
(9) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 472/2012 tal-4 ta’ Ġunju 2012 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-esteri tal-gliċerol ta’ raża tal-injam (E 445) għall-istampar fuq prodotti tal-ħelu b’kisja iebsa (9) jrid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
(10) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 473/2012 tal-4 ta’ Ġunju 2012 li jemenda l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta’ residwi għall-ispinetoram (XDE-175) f’ċerti prodotti jew fuqhom (10) irid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
(11) |
Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni rigward l-għalf u l-oġġetti tal-ikel. Il-leġiżlazzjoni dwar l-għalf u l-oġġetti tal-ikel ma tapplikax għal-Liechtenstein dment li l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tkun estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali għall-Anness I u fl-introduzzjoni tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim. B’hekk, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein. |
(12) |
Għalhekk, l-Annessi I u II tal-Ftehim ŻEE għandhom jiġu emendati skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 40 (ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu II tal-Anness I mal-Ftehim ŻEE:
“— |
32012 R 0322: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 322/2012 tas-16 ta’ April 2012 (ĠU L 105, 17.4.2012, p. 1), |
— |
32012 R 0441: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 441/2012 tal-24 ta’ Mejju 2012 (ĠU L 135, 25.5.2012, p. 4), |
— |
32012 R 0473: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 473/2012 tal-4 ta’ Ġunju 2012 (ĠU L 144, 5.6.2012, p. 25).” |
Artikolu 2
Il-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat kif ġej:
1. |
L-inċiżi li ġejjin jiżdiedu mal-punt 54zzy (ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):
|
2. |
L-inċiżi li ġejjin jiżiedu mal-punt 54zzzzr (ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):
|
3. |
Il-punti li ġejjin jiddaħħlu wara l-punt 54zzzzzm (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 16/2011):
|
Artikolu 3
It-testi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 307/2012, ir-Regolamenti (UE) Nru 322/2012, (UE) Nru 379/2012, (UE) Nru 380/2012, (UE) Nru 432/2012, (UE) Nru 441/2012, (UE) Nru 470/2012, (UE) Nru 471/2012, (UE) Nru 472/2012 u (UE) Nru 473/2012 fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-2 ta’ Frar 2013, dment li jkunu saru n-notifiki kollha, skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).
Artikolu 5
Din id-Deċiżjoni tkun ippubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Frar 2013.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Gianluca GRIPPA
(1) ĠU L 102, 12.4.2012, p. 2.
(2) ĠU L 105, 17.4.2012, p. 1.
(3) ĠU L 119, 4.5.2012, p. 12.
(4) ĠU L 119, 4.5.2012, p. 14.
(5) ĠU L 136, 25.5.2012, p. 1.
(6) ĠU L 135, 25.5.2012, p. 4.
(7) ĠU L 144, 5.6.2012, p. 16.
(8) ĠU L 144, 5.6.2012, p. 19.
(9) ĠU L 144, 5.6.2012, p. 22.
(10) ĠU L 144, 5.6.2012, p. 25.
(*) Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.