This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22012D0136
Decision of the EEA Joint Committee No 136/2012 of 13 July 2012 amending Annex XX (Environment) to the EEA Agreement
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 136/2012 tat- 13 ta’ Lulju 2012 li temenda l-Anness XX (Ambjent) ta’ mal-Ftehim dwar iż-ŻEE
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 136/2012 tat- 13 ta’ Lulju 2012 li temenda l-Anness XX (Ambjent) ta’ mal-Ftehim dwar iż-ŻEE
ĠU L 309, 8.11.2012, p. 17–17
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
| Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
|---|---|---|---|---|---|
| Modifies | 21994A0103(70) | Tħassir | punt 1eaa Test | 14/07/2012 | |
| Modifies | 21994A0103(70) | Tħassir | punt 1eab Test | 14/07/2012 | |
| Modifies | 21994A0103(70) | Sostituzzjoni | punt 1ea Test | 14/07/2012 |
|
8.11.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 309/17 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 136/2012
tat-13 ta’ Lulju 2012
li temenda l-Anness XX (Ambjent) ta’ mal-Ftehim dwar iż-ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat permezz tal-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness XX ta’ mal-Ftehim ġie emendat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 117/2012 tal-15 ta’ Ġunju 2012 (1). |
|
(2) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar il-parteċipazzjoni volontarja ta’ organizzazzjonijiet fi skema Komunitarja ta’ ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS) li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 761/2001 u d-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2001/681/KE u 2006/193/KE (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim. |
|
(3) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009 iħassar ir-Regolament (KE) Nru 761/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2001/681/KE (4) u 2006/193/KE (5), li huma inkorporati fil-Ftehim u li konsegwentement għandhom jiġu rrevokati skont il-Ftehim, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness XX ta’ mal-Ftehim jiġi emendat kif ġej:
|
1. |
It-test tal-punt 1ea (ir-Regolament (KE) Nru 761/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) għandu jiġi mibdul b’dan li ġej: “ 32009 R 1221: Ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar il-parteċipazzjoni volontarja ta’ organizzazzjonijiet fi skema Komunitarja ta’ ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS) li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 761/2001 u d-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2001/681/KE u 2006/193/KE (ĠU L 342, 22.12.2009, p. 1).” |
|
2. |
It-test tal-punti 1eaa (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/681/KE) u 1eab (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/193/KE) għandu jitħassar. |
Artikolu 2
It-testi tar-Regolament (KE) Nru 1221/2009 bl-ilsien Islandiż u b’dak Norveġiż, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ ma’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fl-14 ta’ Lulju 2012, dment li jkunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ miegħu.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Lulju 2012.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Atle LEIKVOLL
(1) ĠU L 270, 4.10.2012, p. 40.
(2) ĠU L 342, 22.12.2009, p. 1.
(3) ĠU L 114, 24.4.2001, p. 1.
(4) ĠU L 247, 17.9.2001, p. 24.
(*1) L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.