This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22012D0110
Decision of the EEA Joint Committee No 110/2012 of 15 June 2012 amending Annex XIII (Transport) to the EEA Agreement
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 110/2012 tal- 15 ta’ Ġunju 2012 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 110/2012 tal- 15 ta’ Ġunju 2012 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE
ĠU L 270, 4.10.2012, p. 33–33
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
| Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
|---|---|---|---|---|---|
| Modifies | 21994A0103(63) | Żieda | punt 24f inċiż | 16/06/2012 | |
| Modifies | 21994A0103(63) | Sostituzzjoni | punt 24f punt (e) | 16/06/2012 |
|
4.10.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 270/33 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 110/2012
tal-15 ta’ Ġunju 2012
li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness XIII ta’ mal-Ftehim ġie emendat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 95/2012 tat-30 ta’ April 2012 (1). |
|
(2) |
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2011/94/KE tat-28 ta’ Novembru 2011 li temenda d-Direttiva 2006/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-liċenzji tas-sewqan (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-punt 24f (id-Direttiva 2006/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness XIII ta’ mal-Ftehim jiġi emendat kif ġej:
|
1. |
Jinżied l-inċiż li ġej:
|
|
2. |
It-test tal-adattament (e) jinbidel ma’ dan li ġej: “Fil-punt 3 tal-Anness I, il-kliem ‘mudell tal-Unjoni Ewropea’ f’ittra (e) fir-rigward tal-ewwel paġna (1) tal-liċenzja jiġi mibdul bil-kliem ‘mudell ŻEE’.” |
Artikolu 2
It-testi tad-Direttiva 2011/94/UE bil-lingwa Islandiża u b’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar is-16 ta’ Ġunju 2012, kemm-il darba n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Ġunju 2012.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
L-Aġent President
Gianluca GRIPPA
(1) ĠU L 248, 13.9.2012, р. 33.
(2) ĠU L 314, 29.11.2011, p. 31.
(*1) Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.