Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22012D0102

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 102/2012 tat- 30 ta’ April 2012 li temenda l-Protokoll 47 (dwar it-tneħħija tal-ostakoli tekniċi għall-kummerċ tal-inbid) għall-Ftehim ŻEE

ĠU L 248, 13.9.2012, pp. 40–42 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2012/102/oj

13.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 248/40


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 102/2012

tat-30 ta’ April 2012

li temenda l-Protokoll 47 (dwar it-tneħħija tal-ostakoli tekniċi għall-kummerċ tal-inbid) għall-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat permezz tal-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Protokoll 47 tal-Ftehim kien emendat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 50/2011 tal-20 ta’ Mejju 2011 (1).

(2)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 436/2009 tas-26 ta’ Mejju 2009 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008 f’dak li jirrigwarda r-reġistru tal-vinji, il-prospetti obbligatorji u l-istabbiliment ta’ tagħrif għall-monitoraġġ tas-suq, id-dokumenti li jakkumpanjaw il-ġarr tal-prodotti u r-reġistri li għandhom jinżammu fis-settur tal-vinji tal-inbid (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(4)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 491/2009 tal-25 ta’ Mejju 2009 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (4) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(5)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 606/2009 tal-10 ta’ Lulju 2009 li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008 fir-rigward tal-kategoriji tal-prodotti tad-dwieli, il-prattiċi enoloġiċi u r-restrizzjonijiet applikabbli (5) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(6)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 607/2009 tal-14 ta’ Lulju 2009 li jistabbilixxi ċerti regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008 fir-rigward tad-denominazzjonijiet tal-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti, termini tradizzjonali, it-tikkettar u l-preżentazzjoni ta’ ċerti prodotti fis-settur tal-inbid (6) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(7)

Ir-Regolament (KE) Nru 436/2009 jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 884/2001 (7) li hu inkorporat fil-Ftehim u li konsegwentement għandu jitħassar skont il-Ftehim.

(8)

Ir-Regolament (KE) Nru 606/2009 jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2676/90 (8) li hu inkorporat fil-Ftehim u li konsegwentement għandu jitħassar skont il-Ftehim.

(9)

Ir-Regolament (KE) Nru 607/2009 jħassar ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1607/2000 (9) u (KE) Nru 753/2002 (10) li huma inkorporati fil-Ftehim u li konsegwentement għandhom jitħassru skont il-Ftehim.

(10)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 (11) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1622/2000 (12), li huma inkorporati fil-Ftehim, ġew imħassra fl-UE u li konsegwentement għandhom jitħassru skont il-Ftehim.

(11)

Il-biċċa l-kbira tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 u r-Regolament (KE) Nru 436/2009 mhumiex rilevanti għaż-ŻEE peress li huma relatati mal-organizzazzjoni komuni tas-swieq agrikoli. Konsegwentement, id-dispożizzjonijiet li huma applikabbli għandhom ikunu elenkati b’mod speċifiku. Dawn id-dispożizzjonijiet għandhom ikunu interpretati fid-dawl tat-test ewlieni tal-Ftehim u l-adattamenti orizzontali u speċifiċi fil-Protokoll 47.

(12)

Din id-Deċiżjoni ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Appendiċi 1 tal-Protokoll 47 tal-Ftehim jiġi emendat kif ġej:

1.

It-testi tal-punti 1 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2676/90), 2 (ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999), 3 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1607/2000), 4 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1622/2000), 5 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 884/2001) u 6 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 753/2002) għandhom jitħassru.

2.

Dan li ġej jiddaħħal wara l-punt 7 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1793/2003):

“8.

32007 R 1234: ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1), kif emendat permezz ta’.

32009 R 0491: ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 491/2009 tal-25 ta’ Mejju 2009 (ĠU L 154, 17.6.2009, p. 1).

Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

(a)

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament li ġejjin biss għandhom japplikaw:

 

l-Artikolu 1(1)(1), cf. il-Parti XII tal-Anness I,

 

l-Artikolu 2(1), cf. il-Parti IIIa tal-Anness III,

 

l-Artikolu 113d, cf. l-Anness XIb,

 

l-Artikoli 118a sa 118c,

 

l-Artikoli 118e sa 118zb,

 

l-Artikoli 120a sa 120g,

 

l-Artikolu 185c(1) u (2), u

 

l-Artikolu 185d.

Id-dispożizzjonijiet għandhom japplikaw bl-adattamenti li jistgħu jiġu derivati mid-dispożizzjonijiet tat-test ewlieni tal-Ftehim, l-adattamenti orizzontali fl-introduzzjoni għall-Protokoll 47 ta’ mal-Ftehim u l-adattamenti speċifiċi fl-Appendiċi I tal-Protokoll 47 ta’ mal-Ftehim.

(b)

Ir-rappreżentanti tal-Istati EFTA għandhom jipparteċipaw bis-sħiħ fix-xogħol tal-Kumitati msemmija fl-Artikolu 195 tar-Regolament, li jittrattaw kwistjonijiet li jaqgħu fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni tal-atti msemmija fil-Ftehim, iżda ma għandhomx ikollhom id-dritt li jivvutaw.

9.

32009 R 0436: ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 436/2009 tas-26 ta’ Mejju 2009 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008 f’dak li jirrigwarda r-reġistru tal-vinji, il-prospetti obbligatorji u l-istabbiliment ta’ tagħrif għall-monitoraġġ tas-suq, id-dokumenti li jakkumpanjaw il-ġarr tal-prodotti u r-reġistri li għandhom jinżammu fis-settur tal-vinji tal-inbid (ĠU L 128, 27.5.2009, p. 15).

Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

(a)

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament li ġejjin biss għandhom japplikaw:

 

l-Artikolu 21(1), il-punt (iii) tal-ittra (a), l-ittra (b) u l-ittra (c),

 

l-Artikoli 22 sa 26,

 

l-Artikolu 27(3),

 

l-Artikoli 28 u 29,

 

l-Artikolu 31(1) sa (5),

 

l-Artikoli 32 sa 35,

 

l-Artikolu 47,

 

l-Artikolu 48(1), u

 

l-Artikolu 49.

Id-dispożizzjonijiet għandhom japplikaw bl-adattamenti li jistgħu jiġu derivati mid-dispożizzjonijiet tat-test ewlieni tal-Ftehim, l-adattamenti orizzontali fl-introduzzjoni għall-Protokoll 47 ta’ mal-Ftehim u l-adattamenti speċifiċi fl-Appendiċi I tal-Protokoll 47 ta’ mal-Ftehim.

(b)

Fit-tielet paragrafu tal-Artikolu 34(1) il-kliem ‘Meta l-ġarr ikun wieħed Komunitarju, din l-informazzjoni għandha tkun ikkomunikata skont ir-Regolament (KE) Nru 555/2008.’ għandhom jiġu sostitwiti bi ‘Din l-informazzjoni għandha tkun mibgħuta skont l-Appendiċi 2 tal-Protokoll 47 ta’ mal-Ftehim.’.

10.

32009 R 0606: ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 606/2009 tal-10 ta’ Lulju 2009 li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008 fir-rigward tal-kategoriji tal-prodotti tad-dwieli, il-prattiċi enoloġiċi u r-restrizzjonijiet applikabbli (ĠU L 193, 24.7.2009, p. 1).

11.

32009 R 0607: ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 607/2009 tal-14 ta’ Lulju 2009 li jistabbilixxi ċerti regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008 fir-rigward tad-denominazzjonijiet tal-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti, termini tradizzjonali, it-tikkettar u l-preżentazzjoni ta’ ċerti prodotti fis-settur tal-inbid (ĠU L 193, 24.7.2009, p. 60).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti (KE) Nru 1234/2007, (KE) Nru 436/2009, (KE) Nru 491/2009, (KE) Nru 606/2009 u (KE) Nru 607/2009, bl-ilsien Islandiż u b’dak Norveġiż, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ ma’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Mejju 2012, dment li jkunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ miegħu.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ April 2012.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

L-Aġent President

Gianluca GRIPPA


(1)   ĠU L 196, 28.7.2011, p. 29.

(2)   ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(3)   ĠU L 128, 27.5.2009, p. 15.

(4)   ĠU L 154, 17.6.2009, p. 1.

(5)   ĠU L 193, 24.7.2009, p. 1.

(6)   ĠU L 193, 24.7.2009, p. 60.

(7)   ĠU L 128, 10.5.2001, p. 32.

(8)   ĠU L 272, 3.10.1990, p. 1.

(9)   ĠU L 185, 25.7.2000, p. 17.

(10)   ĠU L 118, 4.5.2002, p. 1.

(11)   ĠU L 179, 14.7.1999, p. 1.

(12)   ĠU L 194, 31.7.2000, p. 1.

(*1)  Hemm rekwiżiti kostituzzjonali indikati.


Top