Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22012D0096

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 96/2012 tat- 30 ta’ April 2012 li temenda l-Anness XX (Ambjent) għall-Ftehim ŻEE

ĠU L 248, 13.9.2012, p. 34–34 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2012/96(2)/oj

13.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 248/34


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 96/2012

tat-30 ta’ April 2012

li temenda l-Anness XX (Ambjent) għall-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat permezz tal-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XX ta’ mal-Ftehim ġie emendat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 71/2012 tat-30 ta’ Marzu 2012 (1).

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/769/UE tat-13 ta’ Diċembru 2010 dwar l-iffissar ta’ kriterji għall-użu ta’ metodi teknoloġiċi minn trasportaturi tal-gass naturali likwifikat bħala alternattiva għall-użu ta’ karburanti għal użu marittimu b’kontenut ta’ kubrit baxx li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 4b tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/32/KE dwar it-tnaqqis tal-kontenut tal-kubrit f’ċerti karburanti likwidi kif emendata bid-Direttiva 2005/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kontenut ta’ kubrit f’karburanti għal użu marittimu (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 21ad (id-Direttiva tal-Kunsill 1999/32/KE) tal-Anness XX ta’ mal-Ftehim:

“21ada.

32010 D 0769: id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/769/UE tat-13 ta’ Diċembru 2010 dwar l-iffissar ta’ kriterji għall-użu ta’ metodi teknoloġiċi minn trasportaturi tal-gass naturali likwifikat bħala alternattiva għall-użu ta’ karburanti għal użu marittimu b’kontenut ta’ kubrit baxx li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 4b tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/32/KE dwar it-tnaqqis tal-kontenut tal-kubrit f’ċerti karburanti likwidi kif emendata bid-Direttiva 2005/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kontenut ta’ kubrit f’karburanti għal użu marittimu (ĠU L 328, 14.12.2010, p. 15).”

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjoni 2010/769/UE bl-ilsien Islandiż u b’dak Norveġiż, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ ma’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Mejju 2012, dment li jkunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ miegħu.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ April 2012.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

L-Aġent President

Gianluca GRIPPA


(1)   ĠU L 207, 2.8.2012, p. 50.

(2)   ĠU L 328, 14.12.2010, p. 15.

(*1)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


Top