EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22011D0055

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 55/2011 tal- 20 ta’ Mejju 2011 li temenda l-Anness XIII (It-Trasport) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

ĠU L 196, 28.7.2011, p. 36–37 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2011/55(2)/oj

28.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 196/36


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 55/2011

tal-20 ta’ Mejju 2011

li temenda l-Anness XIII (It-Trasport) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ’l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XIII tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 38/2011 tal-1 ta’ April 2011 (1).

(2)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2010/47/UE tal-5 ta’ Lulju 2010 li tadatta għall-progress tekniku d-Direttiva 2000/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-ispezzjoni teknika fil-ġenb tat-triq biex jiġi stabbilit jekk il-vetturi kummerċjali li jiċċirkulaw fil-Komunità humiex tajba għat-triq (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(3)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2010/48/UE tal-5 ta’ Lulju 2010 li taddatta għall-progress tekniku d-Direttiva 2009/40/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar testijiet tal-kundizzjoni ta’ vetturi u tal-karrijiet tagħhom għat-triq (3) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(4)

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2010/378/UE tal-5 ta’ Lulju 2010 dwar il-valutazzjoni tad-difetti waqt l-ittestjar ta’ vetturi għat-triq skont id-Direttiva 2009/40/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar testijiet tal-kundizzjoni ta’ vetturi u tal-karrijiet tagħhom għat-triq (4) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

L-Anness XIII tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

L-inċiż li ġej għandu jiżdied fil-punt 17h (id-Direttiva 2000/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“—

32010 L 0047: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2010/47/UE tal-5 ta’ Lulju 2010 (ĠU L 173, 8.7.2010, p. 33).”

2.

Dan li ġej għandu jiżdied mal-Punt 16a (id-Direttiva 2009/40/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“, kif emendat permezz ta’:

32010 L 0048: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2010/48/UE tal-5 ta’ Lulju 2010 (ĠU L 173, 8.7.2010, p. 47).”

3.

Taħt l-intestatura “ATTI LI TAGĦHOM IL-PARTIJIET KONTRAENTI GĦANDHOM JIEĦDU NOTA” il-punt li ġej għandu jiġi mdaħħal wara l-punt 36c (ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2010/379/UE):

“36d.

32010 H 0378: Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2010/378/UE tal-5 ta’ Lulju 2010 dwar il-valutazzjoni tad-difetti waqt l-ittestjar ta’ vetturi għat-triq skont id-Direttiva 2009/40/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar testijiet tal-kundizzjoni ta’ vetturi u tal-karrijiet tagħhom għat-triq (ĠU L 173, 8.7.2010, p. 74).”

Artikolu 2

It-testi tad-Direttivi 2010/47/UE u 2010/48/UE u r-Rakkomandazzjoni 2010/378/UE, fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom ikunu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ma’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-21 ta’ Mejju 2011, sakemm in-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Mejju 2011.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

L-Aġent President

Gianluca GRIPPA


(1)  ĠU L 171, 30.6.2011, p. 39.

(2)  ĠU L 173, 8.7.2010, p. 33.

(3)  ĠU L 173, 8.7.2010, p. 47.

(4)  ĠU L 173, 8.7.2010, p. 74.

(*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


Top