Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22011D0053

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 53/2011 tal- 20 ta’ Mejju 2011 li temenda l-Anness XIII (It-Trasport) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

ĠU L 196, 28.7.2011, p. 34–34 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2011/53(2)/oj

28.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 196/34


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 53/2011

tal-20 ta’ Mejju 2011

li temenda l-Anness XIII (It-Trasport) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ’l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XIII tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 38/2011 tal-1 ta’ April 2011 (1).

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/861/KE tat-28 ta’ Lulju 2006 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għal interoperabbiltà relatata mas-subsistema “vetturi ferrovjarji – vaguni tal-merkanzija” tas-sistema ferrovjarja konvenzjonali trans-Ewropea (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 37k (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/920/KE) tal-Anness XIII mal-Ftehim:

“37 l.

32006 D 0861: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/861/KE tat-28 ta’ Lulju 2006 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għal interoperabbiltà relatata mas-subsistema ‘vetturi ferrovjarji – vaguni tal-merkanzija’ tas-sistema ferrovjarja konvenzjonali trans-Ewropea (ĠU L 344, 8.12.2006, p. 1).”

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjoni 2006/861/KE fil-lingwi Islandiża u Norveġiża, li għandhom ikunu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-21 ta’ Mejju 2011, sakemm in-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Mejju 2011.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

L-Aġent President

Gianluca GRIPPA


(1)  ĠU L 171, 30.6.2011, p. 39.

(2)  ĠU L 344, 8.12.2006, p. 1.

(*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


Top