This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22009D0154
Decision of the EEA Joint Committee No 154/2009 of 4 December 2009 amending Annex XXI (Statistics) to the EEA Agreement
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 154/2009 tal- 4 ta’ Diċembru 2009 li temenda l-Anness XXI (Statistiċi) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 154/2009 tal- 4 ta’ Diċembru 2009 li temenda l-Anness XXI (Statistiċi) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE
ĠU L 62, 11.3.2010, p. 58–59
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 21994A0103(71) | Żieda | punt 17d | 05/12/2009 | |
Modifies | 21994A0103(71) | Żieda | punt 18xa | 05/12/2009 | |
Modifies | 21994A0103(71) | Żieda | punt 19s inċiż | 05/12/2009 |
11.3.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 62/58 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 154/2009
tal-4 ta’ Diċembru 2009
li temenda l-Anness XXI (Statistiċi) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Anness XXI tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 113/2009 tat-22 ta’ Ottubru 2009 (1). |
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 646/2009 tat-23 ta’ Lulju 2009 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1177/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika Komunitarja dwar l-introjtu u l-kundizzjonijiet tal-għixien (UE-SILC) fir-rigward tal-lista tal-2010 ta’ fatturi varjabbli sekondarji fil-mira dwar il-qsim ta’ riżorsi intra-familjari (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim. |
(3) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 707/2009 tal-5 ta’ Awwissu 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 184/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika tal-Komunità fuq il-bilanċ ta’ pagamenti, kummerċ internazzjonali f’servizzi u l-investiment dirett barrani, fir-rigward tal-aġġornament tar-rekwiżiti ta’ dejta (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim. |
(4) |
Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2009/498/KE tat-23 ta’ Ġunju 2009 dwar metadejta ta’ referenza għas-Sistema Ewropea tal-Istatistika (4) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
L-Anness XXI tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:
1. |
Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara punt 18x (Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 362/2008):
|
2. |
Dan li ġej għandu jiġi miżjud mal-punt 19s (ir-Regolament (KE) Nru 184/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):
|
3. |
Il-punt li jmiss se jiddaħħal wara l-punt 17c (Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2005/217/COM):
|
Artikolu 2
It-testi tar-Regolamenti (KE) Nru 646/2009 u (KE) Nru 707/2009 u r-Rakkomandazzjoni 2009/498/KE, fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li se jkunu ppubblikati fis-Supplimet taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar il-5 ta’ Diċembru 2009, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Diċembru 2009.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Oda Helen SLETNES
(1) ĠU L 334, 17.12.2009, p. 15.
(2) ĠU L 192, 24.7.2009, p. 3.
(4) ĠU L 168, 30.6.2009, p. 50.
(*) Ma huma indikati l-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali.