EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22009D0148

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 148/2009 tal- 4 ta’ Diċembru 2009 li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim taż-ŻEE

ĠU L 62, 11.3.2010, p. 47–48 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2009/148(2)/oj

11.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 62/47


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 148/2009

tal-4 ta’ Diċembru 2009

li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XX tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 101/2009 tal-25 ta’ Settembru 2009 (1).

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/73/KE tas-17 ta’ Diċembru 2008 li temenda d-Deċiżjoni 2007/589/KE fir-rigward tal-inklużjoni ta’ linji gwida għall-monitoraġġ u r-rapportaġġ tal-emissjonijiet tal-ossidu nitruż (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/339/KE tas-16 ta’ April 2009 li temenda d-Deċiżjoni 2007/589/KE fir-rigward tal-inklużjoni ta’ linji gwida dwar il-monitoraġġ u r-rappurtar tal-emissjonijiet u data dwar it-tunnellati-kilometru mill-attivitajiet tal-avjazzjoni (3) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(4)

Il-pjani ta’ monitoraġġ ippreżentati minn operaturi ta’ ajruplani lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati tal-EFTA u approvati minn dawn tal-aħħar skont l-obbligi stipulati fid-Deċiżjoni 2009/339/KE se jitqiesu bħala approvati skont id-dispożizzjonijiet ta’ Sezzjoni 6 tal-Anness XIV u s-Sezzjoni 3 tal-Anness XV tad-Deċiżjoni 2009/339/KE, u magħrufa bħala tali fl-implimentazzjoni tal-EU ETS għal attivitajiet tal-avjazzjoni.

(5)

L-inkorprazzjoni tad-Deċiżjoni 2009/339/KE qabel l-inkorporazzjoni tad-Direttiva 2008/101/KE hija bla ħsara għall-proċeduri simili ta’ inkorporazzjoni fil-futur u bla ħsara għal xi negozjati dwar adattamenti għad-Direttiva 2008/101/KE,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Dan li ġej għandu jiżdied mal-punt 21am (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/589/KE) fl-Anness XX mal-Ftehim:

“, kif emendat minn:

32009 D 0073: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/73/KE tas-17 ta’ Diċembru 2008 (ĠU L 24, 28.1.2009, p. 18),

32009 D 0339: id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/339/KE tas-16 ta’ April 2009 (ĠU L 103, 23.4.2009, p. 10).”

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjonijiet 2009/73/KE u 2009/339/KE fil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-5 ta’ Diċembru 2009 jew fil-ġurnata wara l-aħħar notifika lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim (*), liema data tkun l-aktar tard.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Diċembru 2009.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Oda Helen SLETNES


(1)  ĠU L 304, 19.11.2009, p. 18.

(2)  ĠU L 24, 28.1.2009, p. 18.

(3)  ĠU L 103, 23.4.2009, p. 10.

(*)  Ma huma indikati l-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali.


Top