Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22009D0146

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 146/2009 tal- 4 ta’ Diċembru 2009 li temenda l-Anness XVII (Proprjetà Intellettwali) għall-Ftehim taż-ŻEE

    ĠU L 62, 11.3.2010, p. 43–44 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2009/146(2)/oj

    11.3.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 62/43


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

    Nru 146/2009

    tal-4 ta’ Diċembru 2009

    li temenda l-Anness XVII (Proprjetà Intellettwali) għall-Ftehim taż-ŻEE

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Anness XVII tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 56/2007 tat-8 ta’ Ġunju 2007 (1).

    (2)

    Id-Direttiva 2008/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 22 ta’ Ottubru 2008 biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks (Verżjoni kodifikata) (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

    (3)

    Id-Direttiva 2008/95/KE tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 89/104/KEE (3), li hi inkorporata fil-Ftehim u li sussegwentement hija mħassra skont il-Ftehim,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    L-Anness XVII tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

    1.

    It-test tal-punt 4 (id-Direttiva tal-Kunsill 89/104/KEE) għandu jitħassar.

    2.

    Dan il-punt li ġej għandu jkun miżjud wara l-punt 9 g (id-Direttiva 2006/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

    “9h.

    32008 L 0095: Id-Direttiva 2008/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2008 biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks (Verżjoni kodifikata) (ĠU L 299, 8.11.2008, p. 25).

    Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva għandhom, għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, jinqraw bl-addattamenti li ġejjin:

    (a)

    fl-Artikolu 3(2), it-terminu ‘liġi dwar it-trade mark’ għandu jinftiehem bħala l-liġi dwar it-trade mark applikabbli għal Parti Kontraenti;

    (b)

    fl-Artikoli 4(2)(a)(i), (2)(b) u (3), 9 u 14, id-dispożizzjonijiet dwar it-Trade Mark tal-Komunità m’għandhomx japplikaw għall-Istati tal-EFTA sakemm it-Trade Mark tal-Komunità ma tkunx estiża għalihom.”

    Artikolu 2

    It-testi tad-Direttiva 2008/95/KE fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li se jkunu ppubblikati fis-Supplimet taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar il-5 ta’ Diċembru 2009, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Diċembru 2009.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    Oda Helen SLETNES


    (1)  ĠU L 266, 11.10.2007, p. 17.

    (2)  ĠU L 299, 8.11.2008, p. 25.

    (3)  ĠU L 40, 11.2.1989, p. 1.

    (*)  Ma huma indikati l-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali.


    Top