EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22009D0143

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 143/2009 tal- 4 ta’ Diċembru 2009 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim taż-ŻEE

ĠU L 62, 11.3.2010, p. 38–39 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2009/143(2)/oj

11.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 62/38


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 143/2009

tal-4 ta’ Diċembru 2009

li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XIII tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 110/2009 tat-22 ta’ Ottubru 2009 (1).

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 68/2009 tat- 23 ta’ Jannar 2009 li jadatta għad-disa’ darba għall-progress tekniku r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 dwar apparat ta’ reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq (2), għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim

(3)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/4/KE tat-23 ta’ Jannar 2009 dwar il-kontromiżuri għall-prevenzjoni u għall-identifikazzjoni tal-manipulazzjoni tar-rekords tat-takografi, filwaqt li temenda d-Direttiva 2006/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet minimi għall-implimentazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nri 3820/85 u 3821/85 dwar il-leġiżlazzjoni soċjali li għandha x’taqsam ma’ attivitajiet tat-trasport bit-triq u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 88/599/KEE (3) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim

(4)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/5/KE tat-30 ta’ Jannar 2009 li temenda l-Anness III tad-Direttiva 2006/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet minimi għall-implimentazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85 u (KEE) Nru 3821/85 dwar il-leġiżlazzjoni soċjali li għandha x’taqsam ma’ attivitajiet tat-trasport bit-triq (4) kif korrett mill-ĠU L 256, 29.9.2009, p. 38, għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim

(5)

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2009/60/KE tat-23 ta’ Jannar 2009 dwar il-linji gwida għall-aħjar prattika tal-infurzar rigward kontrolli ta’ tagħmir ta’ reġistrazzjoni li għandhom isiru permezz ta’ kontrolli fit-triq u minn garaxxijiet awtorizzati (5) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-Anness XIII tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

L-inċiż li ġej għandu jiġi miżjud fil-punt 21 (Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85):

“—

32009 R 0068: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 68/2009 tal-23 ta’ Jannar 2009 (ĠU L 21, 24.1.2009, p. 3).”

2.

Dan li ġej għandu jiżdied fil-punt 21a (id-Direttiva 2006/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“, kif emendat minn:

32009 L 0004: id-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/4/KE tat-23 ta’ Jannar 2009 (ĠU L L 21, 24.1.2009 p. 39),

32009 L 0005: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/5/KE tas-30 ta’ Jannar 2009 (ĠU L 29, 31.1.2009, p. 45), kif korrett bil-ĠU L 256, 29.9.2009, p. 38,.”

3.

Il-punt li ġej għandu jiżdied wara l-punt 95 (ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2004/358/KE):

“96.

32009 H 0060: Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2009/60/KE tat-23 ta’ Jannar 2009 dwar il-linji gwidi għall-aħjar prattika tal-infurzar rigward kontrolli ta’ tagħmir ta’ reġistrazzjoni li għandhom isiru permezz ta’ kontrolli fit-triq u minn garaxxijiet awtorizzati (ĠU L 21, 24.1.2009, p. 87).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti (KE) Nru 68/2009, id-Direttivi 2009/4/KE u 2009/5/KE, kif korretti permezz tal-ĠU L 256, 29.9.2009, p. 38, u r-Rakkomandazzjoni 2009/60/KE fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li se jkunu ppubblikati fis-Supplimet taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar il-5 ta’ Diċembru 2009, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Diċembru 2009.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Oda Helen SLETNES


(1)  ĠU L 334, 17.12.2009, p. 10.

(2)  ĠU L 21, 24.1.2009, p. 3.

(3)  ĠU L 21, 24.1.2009, p. 39.

(4)  ĠU L 29, 31.1.2009, p. 45.

(5)  ĠU L 21, 24.1.2009, p. 87.

(*)  Ma huma indikati l-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali.


Top