EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22009D0140

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 140/2009 tal- 4 ta’ Diċembru 2009 li temenda l-Anness IV (Enerġija) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

ĠU L 62, 11.3.2010, p. 34–34 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2009/140(2)/oj

11.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 62/34


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 140/2009

tal-4 ta’ Diċembru 2009

li temenda l-Anness IV (Enerġija) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness IV tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 81/2009 tas-3 ta’ Lulju 2009 (1).

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/74/KE tal-21 ta’ Diċembru 2006 li tistabbilixxi l-valuri armonizzati ta’ referenza għall-effiċjenza għal produzzjoni separata ta’ elettriċità u ta’ sħana bl-applikazzjoni tad-Direttiva 2004/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 28 (Regolament (KE) Nru 1099/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness IV għall-Ftehim:

“29.

32007 D 0074: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/74/KE tal-21 ta’ Diċembru 2006 li tistabbilixxi l-valuri armonizzati ta’ referenza għall-effiċjenza għal produzzjoni separata ta’ elettriċità u ta’ sħana bl-applikazzjoni tad-Direttiva 2004/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 32, 6.2.2007, p. 183).”

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjoni 2007/74/KE fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li se jkunu ppubblikati fis-Supplimet taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar il-5 ta’ Diċembru 2009, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Diċembru 2009.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Oda Helen SLETNES


(1)  ĠU L 277, 22.10.2009, p. 32.

(2)  ĠU L 32, 6.2.2007, p. 183.

(*)  Ma huma indikati l-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali.


Top