Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22009D0124

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 124/2009 tal- 4 ta’ Diċembru 2009 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertfikazzjoni) u l-Anness IV (l-enerġija) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

    ĠU L 62, 11.3.2010, p. 9–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2009/124(2)/oj

    11.3.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 62/9


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

    Nru 124/2009

    tal-4 ta’ Diċembru 2009

    li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertfikazzjoni) u l-Anness IV (l-enerġija) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Anness II tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 132/2007 tas-26 ta’ Ottubru 2007 (1).

    (2)

    L-Anness IV tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 81/2009 tat-3 ta’ Lulju 2009 (2).

    (3)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/591/KE tat-30 ta’ Ġunju 2008 Forum Konsultattiv dwar l-Eko-disinn (3) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 6 (id-Direttiva 2005/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu IV tal-Anness II tal-Ftehim:

    “7.

    32008 D 0591: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/591/KE tat-30 ta’ Ġunju 2008 Forum Konsultattiv dwar l-Eko-disinn (ĠU L 190, 18.7.2008, p. 22).”

    Artikolu 2

    Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 26 (id-Direttiva 2005/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness IV għall-Ftehim:

    “26a.

    32008 D 0591: id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/591/KE tat-30 ta’ Ġunju 2008 Forum Konsultattiv dwar l-Eko-disinn (ĠU L 190, 18.7.2008, p. 22).”

    Artikolu 3

    It-testi tad-Deċiżjoni 2008/591/KE fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li se jkunu ppubblikati fis-Supplimet taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar il-5 ta’ Diċembru 2009, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

    Artikolu 5

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Diċembru 2009.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    Oda Helen SLETNES


    (1)  ĠU L 100, 10.4.2008, p. 1.

    (2)  ĠU L 277, 22.10.2009, p. 32.

    (3)  ĠU L 190, 18.7.2008, p. 22.

    (*)  Ma huma indikati l-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali.


    Top