EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22009D0121

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 121/2009 tal- 4 ta’ Diċembru 2009 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim taż-ŻEE

ĠU L 62, 11.3.2010, p. 1–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2009/121(2)/oj

11.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 62/1


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 121/2009

tal-4 ta’ Diċembru 2009

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim’, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 105/2009 tat-22 ta’ Ottubru 2009 (1).

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 202/2009 tas-16 ta’ Marzu 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 600/2005 fir-rigward tal-użu tal-preparazzjoni ta’ Bacillus licheniformis DSM 5749 u Bacillus subtilis DSM 5750 f’għalf kompost li fih il-lasalocid sodium (2) għandu jiġi inkorporat mal-Ftehim.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 203/2009 tas-16 ta’ Marzu 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1137/2007 fir-rigward tal-użu tal-addittiv Bacillus subtilis (035) fl-għalf li fih id-decoquinate u n-narasin/nicarbazin (3) għandu jiġi inkorporat mal-Ftehim.

(4)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 214/2009 tat-18 ta’ Marzu 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1800/2004 fir-rigward tat-termini tal-awtorizzazzjoni tal-addittiv għall-użu fl-għalf Cycostat 66G (4) għandu jiġi inkorporat mal-Ftehim.

(5)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 232/2009 tad-19 ta’ Marzu 2009 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ użu ġdid ta’ Saccharomyces cerevisiae NCYC Sc47 bħala addittiv fl-għalf għall-bufli tal-ħalib (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Société Industrielle Lesaffre) (5) għandu jiġi inkorporat mal-Ftehim.

(6)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 270/2009 tat-2 ta’ April 2009 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ 6-phytase bħala addittiv fl-għalf għat-tiġieġ għat-tismin (id-detentur tal-awtorizzazzjoni DSM Nutritional Products Ltd irrappreżentat minn DSM Nutritional products Sp. Z o.o.) (6) għandu jiġi inkorporat mal-Ftehim.

(7)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 271/2009 tat-2 ta’ April 2009 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni ta’ endo-1,4 beta-xylanase u endo-1,4-beta-glucanase bħala addittiv fl-għalf għall-ħnienes miftuma, tiġieġ għat-tismin, tiġieġ li jbid, dundjani għat-tismin u papri għat-tismin (detentur tal-awtorizzazzjoni BASF SE) (7), kif korrett permezz tal-ĠU L 94, 8.4.2009, p. 112, għandu jiġi inkorporat mal-Ftehim.

(8)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 322/2009 tal-20 ta’ April 2009 li jikkonċerna l-awtorizzazzjonijiet permanenti u provviżjorji ta’ ċerti addittivi fl-għalf (8) għandu jiġi inkorporat mal-Ftehim.

(9)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 378/2009 tat-8 ta’ Mejju 2009 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ użu ġdid ta’ preparazzjoni ta’ Bacillus cereus var. toyoi bħala addittiv tal-għalf għall-fenkiet għat-trobbija (detentur tal-awtorizzazzjoni Rubinum S.A.) (9) għandu jiġi inkorporat mal-Ftehim

(10)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 379/2009 tat-8 ta’ Mejju 2009 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ użu ġdid tas-6-phytase EC 3.1.3.26 bħala addittiv fl-għalf għal tiġieġ għat-tismin, dundjani għat-tismin, tiġieġ li jbid, papri għat-tismin, ħnienes (miftuma), ħnieżer għat-tismin u ħnieżer nisa (detentur tal-awtorizzazzjoni Danisco Animal Nutrition, entità legali Danisco (UK) Limited) (10) għandu jiġi inkorporat mal-Ftehim.

(11)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 386/2009 tat-12 ta’ Mejju 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-twaqqif ta’ grupp funzjonali ġdid ta’ additivi tal-għalf (11) għandu jiġi inkorporat mal-Ftehim.

(12)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 403/2009 tal-14 ta’ Mejju 2009 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni tal-valine bħala addittiv fl-għalf (12) għandu jiġi inkorporat mal-Ftehim.

(13)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/8/KE tal-10 ta’ Frar 2009 li temenda l-Anness I għad-Direttiva 2002/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta’ koċċidijostati jew istomonostati mit-trażmissjoni inevitabbli ta’ dawn is-sustanzi fil-għalf mhux fil-mira (13) għandha tiġi inkorporata mal-Ftehim

(14)

Din id-Deċiżjoni m’għandhiex tapplika għal-Liechtenstein,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Kapitolu II tal-Anness I tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

(1)

Dan li ġej għandu jiġi miżjud mal-punt 1a (ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“ , kif emendat minn:

32009 R 0386: ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 386/2009 tat-12 ta’ Mejju 2009 (ĠU L 118, 13.5.2009, p. 66).”

(2)

L-inċiż li ġej għandu jiġi miżjud fil-punt 1zzd (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/2004):

“—

32009 R 0214: ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 214/2009 tat-18 ta’ Marzu 2009 (ĠU L 73, 19.3.2009, p. 12).”

(3)

L-inċiż li ġej għandu jiġi miżjud fil-punt 1zzj (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 600/2005):

“—

32009 R 0202: ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 202/2009 tas-16 ta’ Marzu 2009 (ĠU L 71, 17.3.2009, p. 8).”

(4)

Dan li ġej għandu jiġi miżjud fil-punt 1zzzy (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1137/2007):

“ , kif emendat minn:

32009 R 0203: ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 203/2009 tas-16 ta’ Marzu 2009 (ĠU L 71, 17.3.2009, p. 11).”

(5)

L-inċiż li ġej għandu jiġi miżjud fil-punt 33 (id-Direttiva 2002/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“—

32009 L 0008: id-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/8/KE tal-10 ta’ Frar 2009 (ĠU L 40, 11.2.2009, p. 19).”

(6)

Il-punti li ġejjin għandhom jiġu mdaħħla wara l-punt 1zzzzt (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 971/2008):

“1zzzzu.

32009 R 0232: ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 232/2009 tad-19 ta’ Marzu 2009 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ użu ġdid ta’ saccharomyces cerevisiae NCYC Sc47 bħala addittiv fl-għalf għall-bufli tal-ħalib (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Société Industrielle Lesaffre) (ĠU L 74, 20.3.2009, p. 14).

1zzzzv.

32009 R 0270: ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 270/2009 tat-2 ta’ April 2009 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ 6-phytase bħala addittiv fl-għalf għat-tiġieġ għat-tismin (id-detentur tal-awtorizzazzjoni DSM Nutritional Products Ltd irrappreżentat minn DSM Nutritional products Sp. Z o.o.) (ĠU L 91, 3.4.2009, p. 3).

1zzzzw.

32009 R 0271: ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 271/2009 tat-2 ta’ April 2009 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni ta’ endo-1,4 beta-xylanase u endo-1,4-beta-glucanase bħala addittiv fl-għalf għall-ħnienes miftuma, tiġieġ għat-tismin, tiġieġ li jbid, dundjani għat-tismin u papri għat-tismin (detentur tal-awtorizzazzjoni BASF SE), (ĠU L 91, 3.4.2009, p. 5), kif korrett fil-ĠU L 94, 8.4.2009, p. 112.

1zzzzx.

32009 R 0322: ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 322/2009 tal-20 ta’ April 2009 li jikkonċerna l-awtorizzazzjonijiet permanenti u provviżjorji ta’ ċerti addittivi fl-għalf (ĠU L 101, 21.4.2009, p. 9).

1zzzzy.

32009 R 0378: ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 378/2009 tat-8 ta’ Mejju 2009 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ użu ġdid ta’ preparazzjoni ta’ Bacillus cereus var. toyoi bħala addittiv tal-għalf għall-fenkiet għat-trobbija (detentur tal-awtorizzazzjoni Rubinum S.A.) (ĠU L 116, 9.5.2009, p. 3).

1zzzzz.

32009 R 0379: ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 379/2009 tat-8 ta’ Mejju 2009 li tikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ użu ġdid tas-6-phytase EC 3.1.3.26 bħala addittiv fl-għalf għal tiġieġ għat-tismin, dundjani għat-tismin, tiġieġ li jbid, papri għat-tismin, ħnienes (miftuma), ħnieżer għat-tismin u ħnieżer nisa (detentur tal-awtorizzazzjoni Danisco Animal Nutrition, entità legali Danisco (UK) Limited) (ĠU L 116, 9.5.2009, p. 6).

1zzzzza.

32009 R 0403: ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 403/2009 tal-14 ta’ Mejju 2009 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni tal-valine bħala addittiv fl-għalf (ĠU L 120, 15.5.2009, p. 3).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti (KE) Nri 202/2009, 203/2009, 214/2009, 232/2009, 270/2009, 271/2009, 322/2009, 378/2009, 379/2009, 386/2009 u 403/2009 u d-Direttiva 2009/8/KE fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li se jkunu ppubblikati fis-Supplimet taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar il-5 ta’ Diċembru 2009, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Diċembru 2009.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Oda Helen SLETNES


(1)  ĠU L 334, 17.12.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 71, 17.3.2009, p. 8.

(3)  ĠU L 71, 17.3.2009, p. 11.

(4)  ĠU L 73, 19.3.2009, p. 12.

(5)  ĠU L 74, 20.3.2009, p. 14.

(6)  ĠU L 91, 3.4.2009, p. 3.

(7)  ĠU L 91, 3.4.2009, p. 5.

(8)  ĠU L 101, 21.4.2009, p. 9.

(9)  ĠU L 116, 9.5.2009, p. 3.

(10)  ĠU L 116, 9.5.2009, p. 6.

(11)  ĠU L 118, 13.5.2009, p. 66.

(12)  ĠU L 120, 15.5.2009, p. 3.

(13)  ĠU L 40, 11.2.2009, p. 19.

(*)  Ma huma indikati l-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali.


Top