Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22009A0221(01)

    Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Armenja dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru

    ĠU L 50, 21.2.2009, p. 22–29 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/2009/149/oj

    Related Council decision
    Related Council decision

    22009A0221(01)

    Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Armenja dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru

    Official Journal L 050 , 21/02/2009 P. 0022 - 0029


    Ftehim

    bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Armenja dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru

    IL-KOMUNITÀ EWROPEA

    minn naħa, u

    IR-REPUBBLIKA tal-ARMENJA

    min-naħa l-oħra

    (minn hawn ‘il quddiem "il-Partijiet")

    FILWAQT LI JINNUTAW li ġew konklużi strumenti ta’ ftehim ta’ servizzi bilaterali tal-ajru bejn bosta Stati Membri tal-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Armenja li fihom dispożizzjonijiet li jmorru kontra l-liġi Komunitarja,

    FILWAQT LI JINNUTAW li l-Komunità Ewropea għandha l-kompetenza esklussiva fir-rigward ta’ bosta aspetti li jistgħu jiġu inklużi fi strumenti ta’ ftehim bilaterali ta’ servizzi tal-ajru bejn l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea u pajjiżi terzi,

    FILWAQT LI JINNUTAW li, skont il-liġi tal-Komunità Ewropea, it-trasportaturi tal-ajru Komunitarji stabbiliti f’xi wieħed mill-Istati Membri għandhom id-dritt għal aċċess mhux diskriminatorju għar-rotot tal-ajru bejn l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea u pajjiżi terzi,

    FILWAQT LI KKUNSIDRAW l-istrumenti ta’ ftehim bejn il-Komunità Ewropea u ċerti pajjiżi terzi li jipprovdu l-possibbiltà għaċ-ċittadini ta’ dawn il-pajjiżi terzi li jiksbu dritt ta’ sjieda fi trasportaturi tal-ajru mogħtija liċenzja f’konformità mal-liġi tal-Komunità Ewropea,

    FILWAQT LI JAGĦRFU li ċerti dispożizzjonijiet tal-Ftehim dwar servizzi bilaterali tal-ajru bejn Stati Membri tal-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Armenja, li huma kontra l-liġi Komunitarja Ewropea, għandhom jinġiebu konformi ma’ dawn sabiex tiġi stabbilita bażi legali tajba għas-servizzi tal-ajru bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Armenja u sabiex tiġi ppreżervata l-kontinwità ta’ tali servizzi tal-ajru,

    FILWAQT LI JINNUTAW li, skont il-leġiżlazzjoni Ewropea, il-linji tal-ajru fil-prinċipju ma jistgħux jikkonkludu strumenti ta’ ftehim li jistgħu jaffettwaw il-kummerċ bejn l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea u li jkollghom l-għan jew l-effett li jipprevjenu, jikkawżaw distorsjoni jew jirrestrinġu l-kompetizzjoni,

    FILWAQT LI JAGĦRFU li d-dispożizzjonijiet fl-istrumenti ta’ ftehim bilaterali dwar is-servizzi bl-ajru konklużi bejn l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Armenja (i) jeħtieġu jew jiffavorixxu l-adozzjoni ta’ strumenti ta’ ftehim bejn il-kumpaniji, deċiżjonijiet minn assoċjazzjonijiet ta’ kumpaniji jew prassi miftiehma li jipprevjenu, jikkawżaw distorsjoni jew jirrestrinġu l-kompetizzjoni bejn it-trasportaturi bl-ajru fuq ir-rotot rilevanti; jew (ii) isaħħu l-effetti ta’ kwalunkwe ftehim, deċiżjoni jew prattika kkonċernata tali; jew iii) jiddelegaw lil operaturi tal-ajru jew operaturi ekonomiċi privati oħra r-responsabbiltà għat-teħid ta’ miżuri li jipprevjenu, jikkawżaw distorsjoni jew jirrestrinġu l-kompetizzjoni bejn l-operaturi tal-ajru fuq ir-rotot rilevanti, li jistgħu ixejnu l-effikaċja tar-regoli tal-kompetizzjoni applikabbli għall-impriżi,

    FILWAQT LI JINNUTAW li m’huwiex għan ta’ dan il-Ftehim li jżid il-volum totali ta’ traffiku tal-ajru bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Armenja, li jaffettwa l-bilanċ bejn trasportaturi tal-ajru tal-Komunità u trasportaturi tal-ajru tar-Repubblika tal-Armenja, jew li jemenda d-dispożizzjonijiet li diġà jeżistu ta’ ftehim bilaterali għal servizzi tal-ajru dwar drittijiet tat-traffiku.

    FTEHMU KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    Dispożizzjonijiet ġenerali

    1. Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, "Stati Membri" tfisser l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea.

    2. Fl-istrumenti ta’ Ftehim elenkati fl-Anness I, ir-referenzi kollha għaċ-ċittadini tal-Istat Membru li huwa parti fil-Ftehim għandhom jinftiehmu li qed jirreferu għaċ-ċittadini tal-Istati Membri tal-Komunità Ewropea.

    3. Referenzi f’kull Ftehim elenkat fl-Anness I għat-trasportaturi tal-ajru jew linji tal-ajru tal-Istat Membru li huwa parti fil-Ftehim għandhom jinftiehmu bħala li qed jirriferu għat-trasportaturi tal-ajru jew linji tal-ajru nominati minn dak l-Istat Membru.

    Artikolu 2

    Nomina minn Stat Membru

    1. Id-dispożizzjonijiet fil-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu għandhom jieħdu post id-dispożizzjonijiet li jikkorrispondu għalihom fl-artikoli elenkati fl-Anness II(a) u (b) rispettivament, f’dak li għandu x’jaqsam man-nomina tat-trasportaturi tal-ajru mill-Istat Membru kkonċernat, l-awtorizzazzjonijiet u permessi tiegħu mogħtija mir-Repubblika tal-Armenja, u r-rifjut, ir-revoka, is-sospensjoni jew il-limitazzjoni tal-awtorizzazzjonijiet jew permessi tat-trasportaturi tal-ajru, rispettivament.

    2. Malli tirċievi nomina mingħand Stat Membru, ir-Repubblika tal-Armenja għandha tagħti l-awtorizzazzjonijiet u l-permessi meħtieġa bl-anqas dewmien proċedurali, sakemm:

    (i) it-trasportatur tal-ajru jkun stabbilit, taħt it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, fit-territorju tal-Istat Membru li jkun innominah u jkollu Liċenzja Operattiva valida fi qbil mal-liġi tal-Komunità Ewropea;

    (ii) ikun eżerċitat u miżmum kontroll regolatorju effettiv tat-trasportatur bl-ajru mill-Istat Membru responsabbli għall-ħruġ taċ-Ċertifikat tiegħu ta’ Operatur tal-Ajru u l-awtorità aeronawtika relevanti tkun identifikata biċ-ċar fin-nomina; kif ukoll

    (iii) it-trasportatur tal-ajru jkun proprjetà ta’, direttament jew permezz tal-akbar sehem azzjonarju, u jkun ikkontrollat effettivament mill-Istati Membri u/jew miċ-ċittadini tal-Istati Membri, u/jew mill-istati l-oħra elenkati fl-Anness III u/jew miċ-ċittadini ta’ dawn l-istati l-oħra.

    3. Ir-Repubblika tal-Armenja tista’ tirrifjuta, tirrevoka, tissospendi jew tillimita l-awtorizzazzjonijiet jew il-permessi ta’ trasportatur tal-ajru minn Stat Membru fejn:

    (i) it-trasportatur tal-ajru ma jkunx stabbilit fit-territorju tal-Istat Membru li jkun qed jinnominah skont it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea jew ma jkollux Liċenzja Operattiva valida skont il-liġi tal-Komunità Ewropea;

    (ii) ma jiġix eżerċitat jew miżmum kontroll regolatorju effettiv tal-kumpanija tal-ajru mill-Istat Membru responsabbli għall-ħruġ taċ-Ċertifikat Operattiv tal-Ajru tiegħu, jew l-awtorità aeronawtika relevanti ma tkunx identifikata biċ-ċar fin-nomina; jew

    (iii) it-trasportatur tal-ajru ma jkunx proprjetà, direttament jew permezz tal-akbar sehem azzjonarju, jew ma jkunx ikkontrollat effettivament mill-Istati Membri u/jew miċ-ċittadini tal-Istati Membri, u/jew mill-istati l-oħra elenkati fl-Anness III u/jew miċ-ċittadini ta’ stati oħra bħal dawn.

    Waqt li qed teżerċita d-dritt tagħha taħt dan il-paragrafu, ir-Repubblika tal-Armenja ma għandhiex tiddiskrimina bejn trasportaturi tal-ajru abbażi tan-nazzjonalità.

    Artikolu 3

    Sigurtà

    1. Id-dispożizzjonijiet fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għandhom jikkomplimentaw id-dispożizzjonijiet korrispondenti fl-artikoli elenkati fl-Anness II(ċ).

    2. Fejn Stat Membru jkun innomina trasportatur tal-ajru li l-kontroll regolatorju tiegħu huwa eżerċitat u miżmum minn Stat Membru ieħor, id-drittijiet tar-Repubblika tal-Armenja taħt id-dispożizzjonijiet ta’ sigurtà tal-Ftehim bejn l-Istat Membru li nnomina t-trasportatur tal-ajru u r-Repubblika tal-Armenja għandu japplika b’mod ugwali fir-rispett tal-adozzjoni, l-eżerċizzju jew iż-żamma tal-istandards tas-sigurtà mill-Istat Membru l-ieħor u b’rispett tal-awtorizzazzjoni għall-operazzjoni ta’ dak it-trasportatur tal-ajru.

    Artikolu 4

    Tassazzjoni tal-karburant tal-avjazzjoni

    1. Id-dispożizzjonijiet fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għandhom jikkomplementaw id-dispożizzjonijiet korrispondenti fl-Artikoli elenkati fl-Anness II (d).

    2. Minkejja kull dispożizzjoni oħra kontra dan, m’għandu jkun hemm xejn fi kwalunkwe wieħed mill-istrumenti ta’ Ftehim elenkati fl-Anness II(d) li jżomm Stat Membru milli jimponi, fuq bażi mhux diskriminatorja, taxxi, imposti, dazji, drittijiet jew ħlasijiet fuq karburant li jiġi fornut fit-territorju tiegħu għall-użu f’vettura tal-ajru ta’ trasportatur tal-ajru nominat mir-Repubblika tal-Armenja li jopera bejn punt fit-territorju ta’ Stat Membru u punt ieħor fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru jew fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor.

    Artikolu 5

    It-tariffi għat-trasport ġewwa l-Komunità Ewropea

    1. Id-dispożizzjonijiet fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għandhom jikkomplimentaw id-dispożizzjonijiet li jikkorrispondu fl-artikoli elenkati fl-Anness II (e).

    2. It-tariffi li għandhom jiġu ddebitati mit-trasportatur(i) tal-ajru nominat/i mir-Repubblika tal-Armenja permezz ta’ Ftehim elenkat fl-Anness I li fih dispożizzjoni elenkata fl-Anness II(e) għal trasport li jseħħ kollu kemm hu ġewwa l-Komunità Ewropea għandhom ikunu suġġetti għal-liġi Komunitarja Ewropea.

    Artikolu 6

    Il-kompatibbiltà mar-regoli tal-kompetizzjoni

    1. Minkejja kull dispożizzjoni għall-kuntrarju, f’kull wieħed mill-istrumenti ta’ Ftehim elenkati fl-Anness I ma hemm xejn li għandu

    (i) jirrikjedi jew jiffavorixxi l-adozzjoni ta’ strumenti ta’ ftehim bejn impriżi tas-servizzi tal-ajru, deċiżjonijiet minn assoċjazzjonijiet ta’ impriżi jew prattiki miftiehma li jipprevjenu jew jikkawżaw distorsjoni fil-kompetizzjoni;

    (ii) isaħħaħ l-effetti ta’ kwalunkwe ftehim, deċiżjoni jew prattika miftiehma bħal dawn; jew

    (iii) jiddelega lill-operaturi ekonomiċi privati r-responsabbiltà għat-teħid ta’ miżuri li jipprevjenu, jikkawżaw distorsjoni jew jirrestrinġu l-kompetizzjoni.

    2. Id-dispożizzjonijiet fl-istrumenti ta’ Ftehim elenkati fl-Anness I li mhumiex kompatibbli mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ma għandhomx jiġu applikati.

    Artikolu 7

    Annessi ta’ dan il-Ftehim

    L-Annessi ta’ dan il-Ftehim ser jifformaw parti integrali minnu.

    Artikolu 8

    Reviżjoni jew emendar

    Il-Partijiet jistgħu, f’kull ħin, jirrevedu jew jemendaw dan il-Ftehim b’kunsens reċiproku. Tali emendi għandhom isiru fil-forma ta’ protokolli, li mad-dħul fis-seħħ tagħhom skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 9 ta’ dan il-Ftehim, għandhom jifformaw parti integrali ta’ dan il-Ftehim.

    Artikolu 9

    Id-dħul fis-seħħ

    1. Il-Partijiet għandhom jinnotifikaw lil xulxin bil-miktub li l-proċeduri interni rispettivi neċessarji għad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim jkunu tlestew. Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fid-data ta’ meta tiġi riċevuta l-aħħar notifika.

    2. L-istrumenti ta’ Ftehim u arranġamenti oħra bejn l-Istati Membri u r-Repubblika tal-Armenja li, fid-data tal-firma ta’ dan il-Ftehim, ma kinux daħlu fis-seħħ u li mhumiex qed jiġu applikati huma inkluzi fl-Anness I. Dan il-Ftehim għandu japplika għal tali strumenti ta’ Ftehim u għal tali arranġamenti mad-dħul fis-seħħ tagħhom.

    Artikolu 10

    Terminazzjoni

    1. Fil-każ li Ftehim elenkat fl-Anness I jiġi tterminat, id-dispożizzjonijiet kollha ta’ dan il-Ftehim li jirrigwardaw il-Ftehim elenkat fl-Anness I ikkonċernat għandhom jiġu tterminati fl-istess ħin.

    2. Fil-każ li l-istrumenti ta’ Ftehim kollha elenkati fl-Anness I jiġu tterminati, dan il-Ftehim jiġi tterminat fl-istess waqt.

    B’XIEHDA TA’ DAN, il-firmatarji ta’ hawn taħt, debitament awtorizzati, iffirmaw dan il-Ftehim.

    Magħmul fi Brussell duplikament, f’dan il- disa’ jum ta’ Diċembru tas-sena elfejn u tmienja fil-lingwa Bulgara, Ċeka, Daniża, Olandiża, Ingliża, Estonjana, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ungeriża, Taljana, Latvjana, Litwana, Maltija, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Spanjola, Svediża u Armena.

    За Европейската Общност

    Por la Comunidad Europea

    Za Evropské společenství

    For Det Europæiske Fællesskab

    Für die Europäische Gemeinschaft

    Euroopa Ühenduse nimel

    Για την Ευρωπαϊκή Κοινότητα

    For the European Community

    Pour la Communauté européenne

    Per la Comunità europea

    Eiropas Kopienas vārdā

    Europos bendrijos vardu

    Az Európai Közösség részéről

    Għall-Komunità Ewropea

    Voor de Europese Gemeenschap

    W imieniu Wspólnoty Europejskiej

    Pela Comunidade Europeia

    Pentru Comunitatea Europeană

    Za Európske spoločenstvo

    Za Evropsko skupnost

    Euroopan yhteisön puolesta

    För Europeiska gemenskapen

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    За Република Армения

    Por la República de Armenia

    Za Arménskou republiku

    For Republikken Armenien

    Für die Republik Armenien

    Armeenia Vabariigi nimel

    Για τη Δημοκρατία της Αρμενίας

    For the Republic of Armenia

    Pour la République d'Arménie

    Per la Repubblica d'Armenia

    Armēnijas Republikas vārdā

    Armenijos Respublikos vardu

    Az Örmény Köztársaság részéről

    Għar-Repubblika ta' l-Armenja

    Voor de Republiek Armenië

    W imieniu Republiki Armenii

    Pela República da Arménia

    Pentru Republica Armenia

    Za Arménsku republiku

    Za Republiko Armenijo

    Armenian tasavallan puolesta

    För Republiken Armenien

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    --------------------------------------------------

    ANNESS I

    Lista ta’ strumenti ta’ Ftehim imsemmija fl-Artikolu 1 ta’ dan il-Ftehim

    Strumenti ta’ Ftehim dwar is-Servizzi bl-Ajru bejn ir-Repubblika tal-Armenja u l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea:

    - Ftehim bejn il-Gvern tal-Awstrija u l-Gvern tar-Repubblika tal-Armenja dwar is-Servizzi bl-Ajru inizjalat fi Vienna fil- 25 ta’ Awwissu 1993, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ "il-Ftehim Armenja – Awstrija" fl-Anness II,

    - Ftehim bejn il-Gvern tal-Belġju u l-Gvern tar-Repubblika tal-Armenja dwar is-Servizzi bl-Ajru ffirmat fi Brussell fis- 7 ta’ Ġunju 2001, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ "il-Ftehim Armenja – Belġju" fl-Anness II,

    - Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika tal-Bulgarija u l-Gvern tar-Repubblika tal-Armenja dwar is-Servizzi bl-Ajru ffirmat f’Sofia fl- 10 ta’ April 1995, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ "il-Ftehim Armenja – Bulgarija" fl-Anness II,

    - Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika ta’ Ċipru u l-Gvern tar-Repubblika tal-Armenja dwar is-Servizzi bl-Ajru ffirmat f’Yerevan fil- 11 ta’ Settembru 1998, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ "il-Ftehim Armenja – Ċipru" fl-Anness II,

    - Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn il-Gvern tar-Repubblika Ċeka u l-Gvern tar-Repubblika tal-Armenja inizjalat fi Praga fit- 8 ta’ Frar 2002, minn hawn ‘il quddiem "il-Ftehim Armenja - Repubblika Ċeka" fl-Anness II,

    - Ftehim bejn il-Gvern tar-Renju tad-Danimarka u l-Gvern tar-Repubblika tal-Armenja dwar is-Servizzi bl-Ajru ffirmat fi Stokkolma fil- 25 ta’ Ottubru 2000, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ "il-Ftehim Armenja – Estonja" fl-Anness II,

    - Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika tal-Estonja u l-Gvern tar-Repubblika tal-Armenja dwar is-Servizzi bl-Ajru ffirmat f’Tallin fis- 17 ta’ Marzu 2000, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ "il-Ftehim Armenja – Estonja" fl-Anness II,

    - Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika Franċiża u l-Gvern tar-Repubblika tal-Armenja dwar is-Servizzi bl-Ajru inizjalat f’Pariġi fit- 12 ta’ Frar 2002, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ "il-Ftehim Armenja – Franza" fl-Anness II,

    - Ftehim ta’ Trasport bl-Ajru bejn il-Gvern tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja u l-Gvern tar-Repubblika tal-Armenja ffirmat f’Bonn fil- 4 ta’ Mejju 1998, minn hawn ‘il quddiem "il-Ftehim Armenja – Ġermanja" fl-Anness II,

    - Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika Ellenika u l-Gvern tar-Repubblika tal-Armenja dwar is-Servizzi bl-Ajru ffirmat f’Ateni fis- 16 ta’ Diċembru 1994, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ "il-Ftehim Armenja – Greċja" fl-Anness II,

    - Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika Taljana u l-Gvern tar-Repubblika tal-Armenja dwar is-Servizzi bl-Ajru ffirmat f’Yerevan fit- 18 ta’ Lulju 2002, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ "il-Ftehim Armenja – Italja" fl-Anness II,

    - Ftehim bejn il-Gvern tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu u l-Gvern tar-Repubblika tal-Armenja dwar is-Servizzi bl-Ajru inizjalat f’Lussemburgu fil- 21 ta’ Novembru 2000, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ "il-Ftehim Armenja – Lussemburgu" fl-Anness II,

    - Ftehim bejn il-Gvern tar-Renju tal-Olanda u l-Gvern tar-Repubblika tal-Armenja dwar is-Servizzi bl-Ajru ffirmat f’Yerevan fis- 26 ta’ Novembru 1999, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ "il-Ftehim Armenja – Olanda" fl-Anness II,

    - Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika tal-Polonja u l-Gvern tar-Repubblika tal-Armenja dwar it-trasport ċivili bl-Ajru ffirmat f’Varsavja fis- 27 ta’ Jannar 1998, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ "il-Ftehim Armenja – Polonja" fl-Anness II,

    - Ftehim bejn il-Gvern tar-Rumanija u l-Gvern tar-Repubblika tal-Armenja dwar is-Servizzi bl-Ajru ffirmat f’Yerevan fil- 25 ta’ Marzu 1996, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ "il-Ftehim Armenja – Rumanija" fl-Anness II,

    - Ftehim bejn il-Gvern tar-Renju tal-Iżvezja u l-Gvern tar-Repubblika tal-Armenja dwar is-Servizzi bl-Ajru ffirmat fi Stokkolma fil- 25 ta’ Ottubru 2000, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ "il-Ftehim Armenja – Svezja" fl-Anness II,

    - Ftehim bejn il-Gvern tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq u l-Gvern tar-Repubblika tal-Armenja dwar is-Servizzi bl-Ajru ffirmat f’Londra fid- 9 ta’ Frar 1994, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ "il-Ftehim Armenja – Renju Unit" fl-Anness II,

    mmodifikati l-aħħar bil-Memorandum ta’ Ftehim magħmul f’Yerevan fid- 19 ta’ Ġunju 1998.

    --------------------------------------------------

    ANNESS II

    Lista ta’ Artikoli fl-istrumenti ta’ Ftehim elenkati fl-Anness II u msemmija fl-Artikoli 2 sa 5 ta’ dan il-Ftehim

    (a) Nomina minn Stat Membru

    - L-Artikolu 3 tal-Ftehim Armenja – Awstrija

    - L-Artikolu 4 tal-Ftehim Armenja – Belġju

    - L-Artikolu 3 tal-Ftehim Armenja – Bulgarija

    - L-Artikolu 4 tal-Ftehim Armenja – Ċipru

    - L-Artikolu 3 tal-Ftehim Armenja-Repubblika Ċeka

    - L-Artikolu 3 tal-Ftehim Armenja – Danimarka

    - L-Artikolu 3 tal-Ftehim Armenja – Estonja

    - L-Artikolu 3 tal-Ftehim Armenja – Franza

    - L-Artikolu 3 tal-Ftehim Armenja – Ġermanja

    - L-Artikolu 3 tal-Ftehim Armenja – Greċja

    - L-Artikolu 4 tal-Ftehim Armenja – Italja

    - L-Artikolu 3 tal-Ftehim Armenja – Lussemburgu

    - L-Artikolu 4 tal-Ftehim Armenja – Olanda

    - L-Artikolu 3 tal-Ftehim Armenja – Polonja

    - L-Artikolu 3 tal-Ftehim Armenja – Rumanija

    - L-Artikolu 3 tal-Ftehim Armenja – Svezja

    - L-Artikolu 4 tal-Ftehim Armenja – Renju Unit

    (b) Rifjut, revoka, sospensjoni jew limitazzjoni tal-awtorizzazzjonijiet jew il-permessi

    - L-Artikolu 4 tal-Ftehim Armenja – Awstrija

    - L-Artikolu 5 tal-Ftehim Armenja – Belġju

    - L-Artikolu 4 tal-Ftehim Armenja – Bulgarija

    - L-Artikolu 5 tal-Ftehim Armenja – Ċipru

    - L-Artikolu 4 tal-Ftehim Armenja – Repubblika Ċeka

    - L-Artikolu 4 tal-Ftehim Armenja – Danimarka

    - L-Artikolu 4 tal-Ftehim Armenja – Estonja

    - L-Artikolu 4 tal-Ftehim Armenja – Franza

    - L-Artikolu 4 tal-Ftehim Armenja – Ġermanja

    - L-Artikolu 4 tal-Ftehim Armenja – Greċja

    - L-Artikolu 5 tal-Ftehim Armenja – Italja

    - L-Artikolu 4 tal-Ftehim Armenja – Lussemburgu

    - L-Artikolu 5 tal-Ftehim Armenja – Olanda

    - L-Artikolu 4 tal-Ftehim Armenja – Polonja

    - L-Artikolu 4 tal-Ftehim Armenja – Rumanija

    - L-Artikolu 4 tal-Ftehim Armenja – Svezja

    - L-Artikolu 5 tal-Ftehim Armenja – Renju Unit

    (ċ) Is-sigurtà

    - L-Artikolu 8 tal-Ftehim Armenja – Repubblika Ċeka

    - L-Artikolu 14 tal-Ftehim Armenja – Danimarka

    - L-Artikolu 12 tal-Ftehim Armenja – Estonja

    - L-Artikolu 8 tal-Ftehim Armenja – Franza

    - L-Artikolu 12 tal-Ftehim Armenja – Ġermanja

    - L-Artikolu 10 tal-Ftehim Armenja – Italja

    - L-Artikolu 6 tal-Ftehim Armenja – Lussemburgu

    - L-Artikolu 14 tal-Ftehim Armenja – Svezja

    - L-Artikolu 9a tal-Ftehim Armenja – Renju Unit

    (d) It-tassazzjoni fuq il-karburant tal-avjazzjoni

    - L-Artikolu 7 tal-Ftehim Armenja – Awstrija

    - L-Artikolu 10 tal-Ftehim Armenja – Belġju

    - L-Artikolu 7 tal-Ftehim Armenja – Bulgarija

    - L-Artikolu 7 tal-Ftehim Armenja – Ċipru

    - L-Artikolu 9 tal-Ftehim Armenja – Repubblika Ċeka

    - L-Artikolu 6 tal-Ftehim Armenja – Danimarka

    - L-Artikolu 6 tal-Ftehim Armenja – Estonja

    - L-Artikolu 10 tal-Ftehim Armenja – Franza

    - L-Artikolu 6 tal-Ftehim Armenja – Ġermanja

    - L-Artikolu 9 tal-Ftehim Armenja – Greċja

    - L-Artikolu 6 tal-Ftehim Armenja – Italja

    - L-Artikolu 8 tal-Ftehim Armenja – Lussemburgu

    - L-Artikolu 10 tal-Ftehim Armenja – Olanda

    - L-Artikolu 6 tal-Ftehim Armenja – Polonja

    - L-Artikolu 9 tal-Ftehim Armenja – Rumanija

    - L-Artikolu 6 tal-Ftehim Armenja – Svezja

    - L-Artikolu 8 tal-Ftehim Armenja – Renju Unit

    (e) Tariffi għat-trasport ġewwa l-Komunità Ewropea

    - L-Artikolu 11 tal-Ftehim Armenja – Awstrija

    - L-Artikolu 13 tal-Ftehim Armenja – Belġju

    - L-Artikolu 4 tal-Ftehim Armenja – Bulgarija

    - L-Artikolu 5 tal-Ftehim Armenja – Ċipru

    - L-Artikolu 13 tal-Ftehim Armenja – Repubblika Ċeka

    - L-Artikolu 10 tal-Ftehim Armenja – Danimarka

    - L-Artikolu 10 tal-Ftehim Armenja – Estonja

    - L-Artikolu 14 tal-Ftehim Armenja – Franza

    - L-Artikolu 10 tal-Ftehim Armenja – Ġermanja

    - L-Artikolu 12 tal-Ftehim Armenja – Greċja

    - L-Artikolu 8 tal-Ftehim Armenja – Italja

    - L-Artikolu 10 tal-Ftehim Armenja – Lussemburgu

    - L-Artikolu 6 tal-Ftehim Armenja – Olanda

    - L-Artikolu 10 tal-Ftehim Armenja – Polonja

    - L-Artikolu 8 tal-Ftehim Armenja – Rumanija

    - L-Artikolu 10 tal-Ftehim Armenja – Svezja

    - L-Artikolu 7 tal-Ftehim Armenja – Renju Unit

    --------------------------------------------------

    ANNESS III

    Lista ta’ stati oħra msemmija fl-Artikolu 2 ta’ dan il-Ftehim

    (a) Ir-Repubblika tal-Islanda (skont il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea);

    (b) Il-Prinċipat ta’ Liechtenstein (skont il-Ftehim taż-Żona Ekonomika Ewropea);

    (c) Ir-Renju tan-Norveġja (skont il-Ftehim taż-Żona Ekonomika Ewropea);

    (d) Il-Konfederazzjoni Żvizzera (skont il-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera).

    --------------------------------------------------

    Top