Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22008D0041

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 41/2008 tal- 25 ta’ April 2008 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim taż-ŻEE

    ĠU L 223, 21.8.2008, p. 31–32 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2008/41(2)/oj

    21.8.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 223/31


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

    Nru 41/2008

    tal-25 ta’ April 2008

    li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim taż-ŻEE

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Anness I tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 1/2008 ta’ l-1 ta’ Frar 2008 (1).

    (2)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1266/2007 tas-26 ta’ Ottubru 2007 dwar regoli implimentattivi għad-Direttiva tal-Kunsill 2000/75/KE fir-rigward tal-kontroll, ta’ l-immonitorjar, tas-sorveljanza u tar-restrizzjonijiet f’dak li għandu x’jaqsam mal-movimenti ta’ ċerti annimali ta’ speċi suxxettibbli għall-bluetongue (2) għandu jkun inkorporat fil-Ftehim.

    (3)

    Ir-Regolament (KE) Nru 1266/2007 jħassar id-Direttiva tal-Kummissjoni 2005/393/KE (3), li tinsab inkorporata fil-Ftehim u li konsegwentement għandha titħassar taħt dan il-Ftehim.

    (4)

    Din id-Deċiżjoni m’għandhiex tapplika għall-Iżlanda u l-Liechtenstein,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    Il-Kapitolu I ta’ l-Anness I tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

    (1)

    Il-punt li ġej għandu jiġi inkluż wara l-punt 39 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/598/KE) fil-Parti 3.2:

    “40.

    32007 R 1266: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1266/2007 tas-26 ta’ Ottubru 2007 dwar regoli implimentattivi għad-Direttiva tal-Kunsill 2000/75/KE fir-rigward tal-kontroll, ta’ l-immonitorjar, tas-sorveljanza u tar-restrizzjonijiet tal-movimenti ta’ ċerti annimali ta’ speċi suxxettibbli għall-bluetongue (ĠU L 283, 27.10.2007, p. 37).

    Dan l-att m’għandux japplika għall-Iżlanda.”

    (2)

    It-test tal-punt 33 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/393/KE) tal-Parti 3.2 għandu jitħassar.

    Artikolu 2

    It-test tar-Regolament (KE) Nru 1266/2007 fl-ilsien Norveġiż, li għandu jiġi ippubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar is-26 ta’ April 2008, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima u fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Magħmula fi Brussell, 25 ta’ April 2008.

    Għall-Kumitat Konġunt ŻEE

    Il-President

    Alan SEATTER


    (1)  ĠU L 154, 12.6.2008, p. 1.

    (2)  ĠU L 283, 27.10.2007, p. 37.

    (3)  ĠU L 130, 24.5.2005, p. 22.

    (*)  Ebda rekwiżiti kostituzzjonali m’huma indikati.


    Top