EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22008D0031

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 31/2008 ta' l- 14 ta' Marzu 2008 li temenda l-Anness XIII (It-Trasport) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

ĠU L 182, 10.7.2008, p. 26–27 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2008/31(2)/oj

10.7.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 182/26


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 31/2008

ta' l-14 ta' Marzu 2008

li temenda l-Anness XIII (It-Trasport) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XIII tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 13/2008 ta' l-1 ta' Frar 2008 (1).

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1400/2007 tat-28 ta' Novembru 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 474/2006 li jistabbilixxi l-lista Komunitarja ta' kumpaniji ta' l-ajru li huma suġġetti għall-projbizzjoni ta' operar fil-Komunità (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-Anness XIII tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

L-inċiż li ġej għandu jiġi miżjuda fil-punt 66zab (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 474/2006):

“—

32007 R 1400: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1400/2007 tat-28 ta' Novembru 2007 (ĠU L 311, 29.11.2007, p. 12).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (KE) Nru 1400/2007 fil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li jridu jiġu ppubblikati fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-15 ta' Marzu 2008, sakemm in-notifiki kollha skond l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu ntagħtu lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment ŻEE tiegħu .

Magħmul fi Brussell, 14 ta' Marzu 2008.

Għall-Kumitat Konġunt ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)  ĠU L 154, 12.6.2008, p. 27.

(2)  ĠU L 311, 29.11.2007, p. 12.

(*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali mhuma indikati.


Top