Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22008D0030

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 30/2008 ta' l- 14 ta' Marzu 2008 li temenda l-Anness XIII (It-Trasport) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

ĠU L 182, 10.7.2008, p. 24–25 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2008/30(2)/oj

10.7.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 182/24


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 30/2008

ta' l-14 ta' Marzu 2008

li temenda l-Anness XIII (It-Trasport) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XIII tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 13/2008 ta' l-1 ta' Frar 2008 (1).

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 549/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-10 ta' Marzu 2004 li jistabbilixxi l-qafas għall-ħolqien ta' l-ajru uniku Ewropew (2), ir-Regolament (KE) Nru 550/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-10 ta' Marzu 2004 dwar il-forniment ta' servizzi ta' navigazzjoni ta' l-ajru fl-ajru uniku Ewropew (3), ir-Regolament (KE) Nru 551/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-10 ta' Marzu dwar l-organizzazzjoni u l-użu ta' l-ispazju ta' l-ajru fl-ajru uniku Ewropew (4) u r-Regolament (KE) Nru 552/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-10 ta' Marzu 2004 dwar l-interoperabbiltà tax-Xibka Ewropea ta' Amministrazzjoni ta' Traffiku ta' l-Ajru (5) kienu inkorporati fil-Ftehim b'Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 67/2006 (6) tat-2 ta' Ġunju 2006, b'addattamenti speċifiċi għal kull pajjiż.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni Nru 1265/2007 (KE) tas-26 ta' Ottubru 2007 li jistabilixxi rekwiżiti għall-ispazjar bejn il-kanali għall-komunikazzjoni vokali mill-ajru għall-art għall-Ajru Uniku Ewropew (7) għandu jiddaħħal fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Dan il-punt li ġej għandu jkun miżjud wara l-punt 66wd (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1794/2006) ta' l-Anness XIII tal-Ftehim:

“66we.

32007 R 1265: Ir-Regolament tal-Kummissjoni Nr 1265/2007 (KE) tas-26 ta' Ottubru 2007 li jistabilixxi rekwiżiti għall-ispazjar bejn il-kanali għall-komunikazzjoni vokali mill-ajru għall-art għall-Ajru Uniku Ewropew (ĠU L 283, 27.10.2007, p. 25).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (KE) Nru 1265/2007 bil-lingwa Iżlandiża u l-lingwa Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-15 ta' Marzu 2008, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment ŻEE tiegħu.

Magħmul fi Brussell, 14 ta' Marzu 2008.

Għall-Kumitat Konġunt ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)  ĠU L 154, 12.6.2008, p. 27.

(2)  ĠU L 96, 31.3.2004, p. 1.

(3)  ĠU L 96, 31.3.2004, p. 10.

(4)  ĠU L 96, 31.3.2004, p. 20.

(5)  ĠU L 96, 31.3.2004, p. 26.

(6)  ĠU L 245, 7.9.2006, p. 18.

(7)  ĠU L 283, 27.10.2007, p. 25.

(*)  L-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali m'huma indikati.


Top