Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22007D0149

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 149/2007 tas- 7 ta’ Diċembru 2007 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim taż-ŻEE

    ĠU L 124, 8.5.2008, p. 3–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2007/149(2)/oj

    8.5.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 124/3


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

    Nru 149/2007

    tas-7 ta’ Diċembru 2007

    li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim taż-ŻEE

    IL-KUMITAT KONĠUNT ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Anness I tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 137/2007 tat-26 ta' Ottubru 2007 (1).

    (2)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/142/KE tat-28 ta' Frar 2007 li tistabbilixxi Tim Veterinarju Komunitarju ta' Emerġenza sabiex jgħin lill-Kummissjoni fl-appoġġ għall-Istati Membri u pajjiżi terzi fi kwistjonijiet veterinarji marbuta ma' ċertu mard ta' l-annimali (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

    (3)

    Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/10/KE tal-21 ta' Frar 2007 li temenda l-Anness II tad-Direttiva tal-Kunsill 92/119/KEE dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu f'żona ta' protezzjoni wara tifqigħa tal-marda ta' l-infafet (vexxikulari) (3) fil-ħnieżer għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

    (4)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/146/KE tat-28 ta' Frar 2007 li temenda d-Deċiżjoni 2005/393/KE fir-rigward tal-kundizzjonijiet għall-eżenzjoni mill-projbizzjoni ta' spedizzjoni għal kummerċ intrakomunitarju u fir-rigward tad-demarkazzjoni taż-żoni ristretti fil-Bulgarija, Franza, il-Ġermanja, u l-Italja (4) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

    (5)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/174/KE ta' l-20 ta' Marzu 2007 li temenda d-Deċiżjoni 2003/467/KE fir-rigward tad-dikjarazzjoni li ċerti provinċji jew reġjuni fl-Italja huma uffiċjalment ħielsa mit-tuberkulożi bovina, il-bruċellożi bovina u l-lewkożi bovina enżootika u li reġjun tal-Polonja huwa uffiċjalment ħieles mil-lewkożi bovina enżootika (5) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

    (6)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/182/KE tad-19 ta' Marzu 2007 dwar stħarriġ fuq il-marda ta' tnewwin kroniku fiċ-ċriev (6) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

    (7)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/227/KE tal-11 ta' April 2007 li temenda d-Deċiżjoni 2005/393/KE dwar żoni ristretti fir-rigward tad-deni katarrali (7) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

    (8)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/265/KE tas-26 ta' April 2007 li temenda l-Anness E tad-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE biex tinkludi miżuri tas-saħħa supplimentari għall-kummerċ tan-naħal ħaj, u sabiex taġġorna l-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa (8) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

    (9)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/268/KE tat-13 ta’ April 2007 dwar l-implimentazzjoni ta’ programmi ta’ sorveljenza għall-influwenza tat-tjur fit-tjur ta’ l-irziezet u fl-għasafar selvaġġi li għandha titwettaq fl-Istati Membri u li temenda d-Deċiżjoni 2004/450/KE (9) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

    (10)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/354/KE tal-21 ta' Mejju 2007 li temenda d-Deċiżjoni 2005/393/KE dwar żoni ristretti fir-rigward tad-deni katarrali (10) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

    (11)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/357/KE tal-22 ta' Mejju 2007 li temenda d-Deċiżjoni 2005/393/KE dwar żoni ristretti fir-rigward tad-deni katarrali (11) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

    (12)

    Din id-Deċiżjoni m'għandhiex tapplika għall-Iżlanda u l-Liechtenstein,

    IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

    Artikolu 1

    Il-Kapitolu I ta' l-Anness I tal-Ftehim għandu jkun emendat kif speċifikat fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    It-testi tad-Direttiva 2007/10/KE u tad-Deċiżjonijiet 2007/142/KE, 2007/146/KE, 2007/174/KE, 2007/182/KE, 2007/227/KE, 2007/265/KE, 2007/268/KE, 2007/354/KE u 2007/357/KE, fil-lingwa Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-8 ta' Diċembru 2007, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment għaż-ŻEE tiegħu.

    Magħmul fi Brussell, 7 ta' Diċembru 2007.

    Għall-Kumitat Konġunt ŻEE

    Il-President

    Stefán Haukur JÓHANNESSON


    (1)  ĠU L 100, 10.4.2008, p. 53.

    (2)  ĠU L 62, 1.3.2007, p. 27.

    (3)  ĠU L 63, 1.3.2007, p. 24.

    (4)  ĠU L 64, 2.3.2007, p. 37.

    (5)  ĠU L 80, 21.3.2007, p. 11.

    (6)  ĠU L 84, 24.3.2007, p. 37.

    (7)  ĠU L 98, 13.4.2007, p. 23.

    (8)  ĠU L 114, 1.5.2007, p. 17.

    (9)  ĠU L 115, 3.5.2007, p. 3.

    (10)  ĠU L 133, 25.5.2007, p. 37.

    (11)  ĠU L 133, 25.5.2007, p. 44.

    (*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma ġew indikati.


    ANNESS

    Il-Kapitolu I ta' l-Anness I tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

    1.

    Il-punt li ġej għandu jiġi inkluż wara l-punt 137 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/275/KE) fil-Parti 1.2:

    “138.

    32007 D 0142: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/142/KE tat-28 ta' Frar 2007 li tistabbilixxi Tim Veterinarju Komunitarju ta' Emerġenza sabiex jgħin lill-Kummissjoni fl-appoġġ tagħha għall-Istati Membri u għal pajjiżi terzi fi kwistjonijiet veterinarji marbuta ma' ċertu mard ta' l-annimali (ĠU L 62, 1.3.2007, p. 27).

    Dan l-att m'għandux japplika għall-Iżlanda.”

    2.

    L-inċiż li ġej għandu jiġi jiddaħħal fil-punt 9 (Direttiva tal-Kunsill 92/119/KEE) fil-Parti 3.1:

    “—

    32007 L 0010: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/10/KE tal-21 ta' Frar 2007 (ĠU L 63, 1.3.2007, p. 24).”

    3.

    L-inċiżi li ġejjin għandhom jiżdiedu fil-punt 33 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/393/KE) fil-Parti 3.2:

    “—

    32007 D 0146: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/146/KE tat-28 ta' Frar 2007 (ĠU L 64, 2.3.2007, p. 37),

    32007 D 0227: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/227/KE tal-11 ta' April 2007 (ĠU L 98, 13.4.2007, p. 23),

    32007 D 0354: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/354/KE tal-21 ta' Mejju 2007 (ĠU L 133, 25.5.2007, p. 37),

    32007 D 0357: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/357/KE tat-22 ta' Mejju 2007 (ĠU L 133, 25.5.2007, p. 44).”

    4.

    Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 37 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/437/KE) fil-Parti 3.2:

    “38.

    32007 D 0268: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/268/KE tat-13 ta’ April 2007 dwar l-implimentazzjoni ta’ programmi ta’ sorveljenza għall-influwenza tat-tjur fit-tjur ta’ l-irziezet u fl-għasafar selvaġġi li għandha titwettaq fl-Istati Membri u li temenda d-Deċiżjoni 2004/450/KE (ĠU L 115, 3.5.2007, p. 3)

    Dan l-att m'għandux japplika għall-Iżlanda.”

    5.

    L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 70 (Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/467/KE) fil-Parti 4.2:

    “—

    32007 D 0174: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/174/KE ta' l-20 ta' Marzu 2007 (ĠU L 80, 21.3.2007, p. 11).”

    6.

    Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 45 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 197/2006) fil-Parti 7.2:

    “46.

    32007 D 0182: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/182/KE tad-19 ta' Marzu 2007 dwar stħarriġ fuq il-marda ta' tnewwin kroniku fiċ-ċriev (ĠU L 84, 24.3.2007, p. 37).

    Dan l-att m'għandux japplika għall-Iżlanda.”

    7.

    L-inċiż li ġej għandu jiżdied fil-punti 9 (id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE) fil-parti 4.1 u 15 (id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE) fil-parti 8.1:

    “—

    32007 D 0265: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/265/KE tas-26 ta' April 2007 (ĠU L 114, 1.5.2007, p. 17).”


    Top